12005SAN02

Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - Anness II:Lista ta' disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen kif integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b' xi mod ieħor relatati miegħu, li għandhom jorbtu l-Istati Membri ġodda u japplikaw fihom mill-adeżjoni (msemmija fl-Artikolu 4(1) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni)

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0224 - 0230


ANNESS II

Lista ta' disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen kif integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu, li għandhom jorbtu u jkunu applikabbli fl-Istati Membri l-ġodda mill-adeżjoni (imsemmija fl-Artikolu 4(1) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni)

1. Il-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom ta' l- 14 ta' Ġunju 1985 [1].

2. Id-disposizzjonijiet, li ġejjin, tal-Konvenzjoni iffirmata f'Schengen fid- 19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l- 14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, l-Att Finali u d-Dikjarazzjonijiet Konġunti relatati miegħu [2], kif emendati minn xi uħud mill-atti elenkati fil-paragrafu 8 hawn taħt:

L-Artikolu 1 safejn jirrigwarda dawn id-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu; l-Artikoli 3 sa 7, eskluż l-Artikolu 5(1)(d); l-Artikolu 13; l-Artikoli 26 u 27; l-Artikolu 39; l-Artikoli 44 sa 59; l-Artikoli 61 sa 63; l-Artikoli 65 sa 69; l-Artikoli 71 sa 73; l-Artikoli 75 u 76; l-Artikolu 82; l-Artikolu 91; l-Artikoli 126 sa 130 safejn jirrigwardaw id-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu; u l-Artikolu 136; id-Dikjarazzjonijiet Konġunti 1 u 3 ta' l-Att Finali.

3. Id-disposizzjonijiet, li ġejjin, tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni mal-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid- 19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l- 14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, l-Atti Finali tagħhom u d-Dikjarazzjonijiet relatati, kif emendati b'ċerti atti elenkati fil-paragrafu 8 hawn taħt:

(a) il-Ftehim iffirmat fis- 27 ta' Novembru 1990 dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika Taljana:

- l-Artikolu 4,

- id-Dikjarazzjoni Konġunta 1 fil-Parti II ta' l-Att Finali;

(b) il-Ftehim iffirmat fil- 25 ta' Ġunju 1991 dwar l-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja:

- l-Artikolu 4,

- id-Dikjarazzjoni Konġunta 1 fil-Parti II ta' l-Att Finali,

- id-Dikjarazzjoni 2 fil-Parti III ta' l-Att Finali;

(ċ) il-Ftehim iffirmat fil- 25 ta' Ġunju 1991 dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika Portugiża:

- l-Artikoli 4, 5 u 6,

- id-Dikjarazzjoni Konġunta 1 fil-Parti II ta' l-Att Finali;

(d) il-Ftehim iffirmat fis- 6 ta' Novembru 1992 dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika Ellenika:

- l-Artikoli 3, 4 u 5,

- id-Dikjarazzjoni Konġunta 1 fil-Parti II ta' l-Att Finali,

- id-Dikjarazzjoni 2 fil-Parti III ta' l-Att Finali;

(e) il-Ftehim iffirmat fit- 28 ta' April 1995 dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija:

- l-Artikolu 4,

- id-Dikjarazzjoni Konġunta 1 fil-Parti II ta' l-Att Finali;

(f) il-Ftehim iffirmat fid- 19 ta' Diċembru 1996 dwar l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka:

- l-Artikoli 4, 5(2) u 6,

- id-Dikjarazzjonijiet Konġunti 1 u 3 fil-Parti II ta' l-Att Finali;

(g) il-Ftehim iffirmat fid- 19 ta' Diċembru 1996 dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Finlandja:

- l-Artikoli 4 u 5,

- id-Dikjarazzjonijiet Konġunti 1 u 3 fil-Parti II ta' l-Att Finali,

- id-Dikjarazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja dwar il-gżejjer Åland fil-Parti III ta' l-Att Finali;

(h) il-Ftehim iffirmat fid- 19 ta' Diċembru 1996 dwar l-Adeżjoni tar-Renju ta' l-Isvezja:

- l-Artikoli 4 u 5,

- id-Dikjarazzjonijiet Konġunti 1 u 3 fil-Parti II ta' l-Att Finali.

4. Il-ftehim li ġejjin konklużi mill-Kunsill skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta' Schengen:

- il-Ftehim tat- 18 ta' Mejju 1999 konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika ta' l-Islanda u mir-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dan ta' l-aħħar ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen, inkluż l-Annessi, l-Att Finali tiegħu, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta' Ittri annessi miegħu [3], approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/439/KE [4]

- il-Ftehim tat- 30 ta' Ġunju 1999 konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika ta' l-Islanda u mir-Renju tan-Norveġja dwar l-istabbiliment tad-drittijiet u l-obbligi bejn l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta' Fuq, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, min-naħa l-oħra, fl-oqsma ta' l-acquis ta' Schengen li japplikaw għal dawn l-Istati [5], approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/29/KE [6]

- il-Ftehim iffirmat fil- 25 ta' Ottubru 2004 mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u mill-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Acquis ta' Schengen [7].

5. Id-disposizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet li ġejjin tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni iffirmata f'Schengen fid- 19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l- 14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, kif emendati b'ċerti atti elenkati fil-paragrafu 8 hawn taħt:

SCH/Com-ex (93) 10 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta' l- 14 ta' Diċembru 1993 dwar id- dikjarazzjonijiet mill-Ministri u mis-Segretarji ta' l-Istat

SCH/Com-ex (93) 14 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta' l- 14 ta' Diċembru 1993 dwar it-titjib tal-koperazzjoni ġudizzjarja prattika għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi

SCH/Com-ex (94) 16 rev Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal- 21 ta' Novembru 1994 dwar l-akkwist ta' timbri komuni ta' dħul u ta' ħruġ

SCH/Com-ex (94) 28 rev Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat- 22 ta' Diċembru 1994 dwar iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 75 għall-ġarr ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi

SCH/Com-ex (94) 29 rev 2 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat- 22 ta' Diċembru 1994 dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tad- 19 ta' Ġunju 1990

SCH/Com-ex (95) 21 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta' l- 20 ta' Diċembru 1995 dwar l-iskambju rapidu, bejn l-Istati ta' Schengen, ta' data stastistika u speċifika dwar il-problemi li jistgħu jinqalgħu fuq il-fruntieri esterni

SCH/Com-ex (98) 1 rev 2 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal- 21 ta' April 1998 dwar l-attivitajiet tat-Task Force, safejn din hija relatata mad-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 hawn fuq

SCH/Com-ex (98) 26 def Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas- 16 ta' Settembru 1998 li tistabbilixxi Kumitat Permanenti dwar il-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen

SCH/Com-ex (98) 35 rev 2 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas- 16 ta' Settembru 1998 dwar it-trasmissjoni tal-Manwali Komuni lill-Istati applikanti ta' l-UE

SCH/Com-ex (98) 37 def 2 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas- 27 ta' Ottubru 1998 dwar l-adozzjoni ta' miżuri sabiex tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali, safejn din hija relatata mad-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 hawn fuq

SCH/Com-ex (98) 51 rev 3 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas- 16 ta' Diċembru 1998 dwar il-koperazzjoni transkonfinali bejn il-pulizija fil-qasam tal-prevenzjoni u l-kxif tal-kriminalità

SCH/Com-ex (98) 52 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas- 16 ta' Diċembru 1998 dwar il-Ktieb- Gwida dwar il-Koperazzjoni transkonfinali bejn il-pulizija, safejn din hija relatata mad-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 hawn fuq

SCH/Com-ex (98) 57 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas- 16 ta' Diċembru 1998 dwar l-introduzzjoni ta' formola armonizzata li tforni prova ta' stedina, sponsorizzazzjoni u akkomodazzjoni

SCH/Com-ex (98) 59 rev Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas- 16 ta' Diċembru 1998 dwar l-insedjament koordinat ta' konsulenti dwar id-dokumenti

SCH/Com-ex (99) 1 rev 2 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat- 28 ta' April 1999 dwar is-sitwazzjoni tad-drogi

SCH/Com-ex (99) 6 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat- 28 ta' April 1999 dwar l-acquis ta' Schengen dwar it-telekomunikazzjoni

SCH/Com-ex (99) 7 rev 2 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat- 28 ta' April 1999 dwar l-uffiċjali tal-kollegament

SCH/Com-ex (99) 8 rev 2 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat- 28 ta' April 1999 dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-ħlas ta' informaturi

SCH/Com-ex (99) 10 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat- 28 ta' April 1999 dwar il-kummerċ illegali ta' l-armi tan-nar

SCH/Com-ex (99) 13 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat- 28 ta' April 1999 dwar il-verżjonijiet definittivi tal-Manwali Komuni u l-Istrutuzzjonijiet Konsulari Komuni:

- l-Annessi 1-3, 7, 8 u 15 ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni

- Il-Manwali Komuni, sa fejn dan huwa relatat mad-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 hawn fuq, inklużi l-Annessi 1, 5, 5A, 6, 10, 13

SCH/Com-ex (99) 18 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat- 28 ta' April 1999 dwar it-titjib fil-koperazzjoni bejn il-pulizija fil-prevenzjoni u l-kxif ta' reati kriminali.

6. Id-Dikjarazzjonijiet, li ġejjin, tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid- 19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l- 14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, sa fejn huma relatati mad-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 hawn fuq:

SCH/Com-ex (96) dikj 6 rev 2 Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas- 26 ta' Ġunju 1996 dwar l-estradizzjoni

SCH/Com-ex (97) dikj 13 rev 2 Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tad- 9 ta' Frar 1998 dwar il-ħtif ta' minorenni.

7. Id-Deċiżjonijiet, li ġejjin, tal-Grupp Ċentrali stabbilit mill-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid- 19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l- 14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, sa fejn huma relatati mad-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 hawn fuq:

SCH/C (98) 117 Deċiżjoni tal-Grupp Ċentrali tas- 27 ta' Ottubru 1998 dwar l-adozzjoni ta' miżuri sabiex tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali

SCH/C (99) 25 Deċiżjoni tal-Grupp Ċentrali tat- 22 ta' Marzu 1999 dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-ħlas ta' infurmaturi.

8. L-atti li ġejjin li jibnu fuq l-acquis ta' Schengen jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad- 29 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi (ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1)

Id-Deċizjoni tal-Kunsill ta' l-1999/307/KE ta' l- 1 ta' Mejju 1999 li tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-integrazzjoni tas-Segretarjat ta' Schengen fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (ĠU L 119, 7.5.1999, p. 49)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/435/KE ta' l- 20 ta' Mejju 1999 dwar id-definizzjoni ta' l-acquis ta' Schengen bil-għan li tkun determinata, b'mod konformi mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-disposizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jagħmlu l-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/436/KE ta' l- 20 ta' Mejju 1999 li tiddetermina, b'mod konformi mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-disposizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jagħmlu l-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 17)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas- 17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja rigward l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/848/KE tat- 13 ta' Diċembru 1999 dwar l-applikazzjoni sħiħa ta' l-acquis ta' Schengen fil-Greċja (ĠU L 327, 21.12.1999, p. 58)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad- 29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq sabiex jieħu sehem f'xi wħud mid-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/586/ĠAI tat- 28 ta' Settembru 2000 li tistabbilixxi proċedura għall-emenda ta' l-Artikoli 40(4) u (5), 41(7) u 65(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l- 14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni (ĠU L 248, 3.10.2000, p. 1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/751/KE tat- 30 ta' Novembru 2000 dwar id-deklassifikazzjoni ta' ċerti partijiet tal-Manwali Komuni adottat mill-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l- 14 ta' Ġunju 1985 (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 29)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/777/KE ta' l- 1 ta' Diċembru 2000 dwar l-applikazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen fid-Danimarka, il-Finlandja u l-Isvezja, u fl-Islanda u n-Norveġja (ĠU L 309, 9.10.2000, p. 24)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal- 15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni jrid ikollhom fil-pussess tagħhom viża u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1)

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 789/2001/KE ta' l- 24 ta' April 2001 li jirriserva għall-Kunsill poteri implimentattivi fir-rigward ta' ċerti disposizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi għall-eżami ta' applikazzjonijiet għall-viżi (ĠU L 116, 26.4.2001, p. 2)

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 790/2001/KE ta' l- 24 ta' April 2001 li jirriserva għall-Kunsill poteri implimentattivi fir-rigward ta' ċerti disposizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi għat-twettiq ta' kontrolli u sorveljanza fuq il-fruntieri (ĠU L 116, 26.4.2001, p. 5)

Id-Deċizjoni tal-Kunsill 2001/329/KE ta' l- 24 ta' April 2001 li taġġorna l-Parti VI u l-Annessi 3, 6 u 13 ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Annessi 5(a), 6(a) u 8 tal-Manwali Komuni (ĠU L 116, 26.4.2001, p. 32), safejn għandha x'taqsam ma' l-Anness 3 għall-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Anness 5(a) tal-Manwali Komuni

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE tat- 28 ta' Ġunju 2001 li tissupplimenta d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l- 14 ta' Ġunju 1985 (ĠU L 187, 10.7.2001, p. 45)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/886/ĠAI tas- 6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) (ĠU L 328, 13.12.2001, p. 1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2414/2001 tas- 7 ta' Diċembru 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom, meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta' Stati Membri, irid ikollhom fil-pussess tagħhom viża, u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 327, 12.12.2001, p. 1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 tas- 6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) (ĠU L 328, 13.12.2001, p. 4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 tat- 18 ta' Frar 2002 dwar format uniformi għal formoli għat-twaħħil tal-viża maħruġa mill-Istati Membri lil persuni li jkollhom dokumenti ta' l-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istat Membru li jfassal il-formola (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 334/2002 tat- 18 ta' Frar 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1683/95 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 7)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat- 28 ta' Frar 2002 dwar it-talba ta' l-Irlanda sabiex tieħu sehem f'xi disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/352/KE tal- 25 ta' April 2002 dwar ir-reviżjoni tal-Manwali Komuni (ĠU L 123, 9.5.2002, p. 47)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/353/KE tal- 25 ta' April 2002 dwar id-deklassifikazzjoni tal-Parti II tal-Manwali Komuni adottat mill-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l- 14 ta' Ġunju 1985 (ĠU L 123, 9.5.2002, p. 49)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat- 13 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi format uniformi għal permessi ta' residenza għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/587/KE tat- 12 ta' Lulju 2002 dwar ir-reviżjoni tal-Manwal Komuni (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 50)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/946/ĠAI tat- 28 ta' Novembru 2002 dwar it-tisħiħ tal-qafas penali għall-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta' dħul, transitu u residenza mhux awtorizzati (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat- 28 ta' Novembru 2002 li tiddefinixxi t-tħaffif ta' dħul, transitu u residenza mhux awtorizzati (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 17)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/170/ĠAI tas- 27 ta' Frar 2003 dwar l-użu komuni ta' uffiċjali ta' kollegament mibgħuta barra l-pajjiż mill-aġenziji ta' infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri (ĠU L 67, 12.3.2003, p. 27)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 453/2003 tas- 6 ta' Marzu 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom, meta jaqsmu l-fruntieri esterni, irid ikollhom fil-pussess tagħhom viża, u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 69, 13.3.2003, p. 10)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/725/ĠAI tat- 2 ta' Ottubru 2003 li temenda d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 40(1) u (7) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l- 14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni (ĠU L 260, 11.10.2003, p. 37)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE tal- 25 ta' Novembru 2003 dwar assistenza f'każijiet ta' transitu bl-għan ta' tneħħija bl-ajru (ĠU L 321, 6.12.2003, p. 26)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad- 19 ta' Frar 2004 dwar il-ħolqien ta' network ta' uffiċjali tal-kollegament ta' l-immigrazzjoni (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/466/KE tad- 29 ta' April 2004 li temenda l-Manwali Komuni sabiex jinkludi disposizzjoni għal kontrolli mmirati fuq il-fruntiera fuq minuri mhux akkumpanjati (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 136)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE tad- 19 ta' April 2004 dwar l-obbligu ta' trasportaturi sabiex jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 24)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/573/KE tad- 29 ta' April 2004 dwar l-organizzazzjoni ta' titjiriet konġunti għat-tneħħija mit-territorju ta' żewġ Stati Membri jew iżjed, ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta' ordnijiet ta' tneħħija individwali (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 28)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/574/KE tad- 29 ta' April 2004 li temenda l-Manwal Komuni (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 36)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat- 8 ta' Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viżi (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas- 26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fuq il-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2133/2004 tat- 13 ta' Diċembru 2004 dwar il-ħtieġa li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jittimbraw sistematikament id-dokumenti ta' l-ivvjaġġar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri u li jemenda d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni li timplimenta l-ftehim ta' Schengen u l-manwali komuni għal dan il-għan (ĠU L 369, 16.12.2004, p. 5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat- 13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi u bijometriċi ta' sigurtà fil-passaporti u dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1).

[1] ĠU L 239, 22.9.2000, p. 13.

[2] ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19. Il-Konvenzjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 871/2004 (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 29).

[3] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

[4] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 35.

[5] ĠU L 15, 20.1.2000, p. 2.

[6] ĠU L 15, 20.1.2000, p. 1.

[7] Sakemm dan il-Ftehim ikun għadu ma ġiex konkluż, safejn japplika b'mod provviżorju.

--------------------------------------------------