32001R1565



Official Journal L 208 , 01/08/2001 P. 0015 - 0015


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2001

tal-31 ta’ Lulju 2001

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2191/81 dwar l-għoti ta’ għajnuna għax-xiri ta’ butir minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet mingħajr profitt

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1670/2000 [2] u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2191/81 [3], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1207/98 [4], jipprovdi għall-għoti ta’ għajnuna għax-xiri ta’ butir minn istituzzjonijiet u organizazzjonijiet mingħajr profitt. Skond is-sitwazzjoni kurrenti fis-suq tal-butir u l-livell ta’ bejgħ taħt dak ir-Regolament, l-ammont ta’ għajnuna għandu jitnaqqas.

(2) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2191/81, l-ammont ta’ "105 ECU" huwa mibdul b’ "100 EUR"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Lulju 2001.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

[2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 10.

[3] ĠU L 213, ta’ l-1.8.1981, p. 20.

[4] ĠU L 166, tal-11.6.1998, p. 37.

--------------------------------------------------