European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2851

13.11.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2851

tal-11 ta’ Novembru 2024

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti tar-Renju Unit li jikkonċernaw in-nefqa finanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fl-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 (is-16 ta’ Ottubru 2022 – il-31 ta’ Diċembru 2023)

(notifikata bid-dokument C(2024) 7760)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 104 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 138 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) (“Ftehim dwar il-Ħruġ”),

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 104(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(iv), tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Artikolu 4(1), il-punt (b), l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(3), l-Artikoli 9, 17, 21 u 34, l-Artikolu 35(4), l-Artikoli 36, 37, 38, 40 sa 43, 51, 52, 54, 56, 59, 63, 64, 67, 68, 70 sa 75, 77, 91 sa 97, 99 u 100, l-Artikolu 102(2) u l-Artikoli 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jibqgħu japplikaw, fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), b’rabta man-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji u l-pagamenti li saru mill-Aġenzija tal-Pagamenti fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għall-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 64, it-tieni paragrafu, il-punt (a)(iv), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 (5), l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(1), il-punt (b), l-Artikoli 5, 6 u 7, l-Artikoli 21 sa 25, l-Artikoli 27, 28 u 29, l-Artikolu 30(1), il-punti (a), (b) u (c), l-Artikolu 30(2), (3) u (4), u l-Artikoli 31 sa 40 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (6) jibqgħu japplikaw, fir-rigward tal-FAEŻR, b’rabta man-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji u l-pagamenti li saru mill-Aġenzija tal-Pagamenti fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għall-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 64, it-tieni paragrafu, il-punt (c), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128, l-Annessi II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jibqgħu japplikaw għall-finijiet tal-Artikolu 32, il-punti (f) u (g), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 għall-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 40, it-tieni paragrafu, il-punt (a)(iv), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 (7), l-Artikolu 5, 5a, l-Artikolu 7(3) u (4), l-Artikolu 10, l-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 12, l-Artikolu 13 u l-Artikolu 41(5) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (8) jibqgħu japplikaw, fir-rigward tal-FAEŻR, b’rabta man-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji u l-pagamenti li saru mill-Aġenzija tal-Pagamenti fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għall-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni.

(5)

Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mir-Renju Unit li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni trid tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għall-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni, il-kontijiet annwali jridu jiġu preżentati lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-data ta’ eleġibbiltà finali tan-nefqa kif imsemmi fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), u jridu jkopru n-nefqa li saret mill-Aġenzija tal-Pagamenti sal-aħħar data ta’ eliġibbiltà tan-nefqa, li għar-Renju Unit kienet il-31 ta’ Diċembru 2023.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, wara li tirċievi l-aħħar rapport annwali dwar il-progress rigward l-implimentazzjoni ta’ programm għall-iżvilupp rurali, il-Kummissjoni trid tħallas il-bilanċ, soġġetta għad-disponibbiltà tar-riżorsi, abbażi tal-pjan finanzjarju fis-seħħ, tal-kontijiet annwali għall-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni għall-programm għall-iżvilupp rurali rilevanti, u tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni korrispondenti.

(8)

F’konformità mal-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-Renju Unit ressaq sett komplut tal-kontijiet lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

(9)

Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni mressqa mir-Renju Unit u kkomunikat ir-riżultati tal-verifiki tagħha lir-Renju Unit, flimkien mal-emendi li proponiet.

(10)

Għall-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit, “Department of Agriculture, Environment and Rural Affairs”, “The Scottish Government Rural Payments and Inspections Directorate”, “Welsh Government” u “Rural Payments Agency”, permezz tal-kontijiet għall-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni u d-dokumenti ta’ akkumpanjament, il-Kummissjoni tkun tista’ tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet imressqa.

(11)

L-Artikolu 36(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprevedi li l-pagamenti interim iridu jsiru mingħajr qbiż tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR programmata. Skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, meta t-total kombinat tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jaqbeż it-total tal-kontribuzzjoni programmata għal miżura, l-ammont li jrid jitħallas irid ikun limitat għall-ammont programmat għal dik il-miżura, mingħajr preġudizzju għal-limitu massimu previst fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. L-ammont limitat irid ikun soġġett għal rimborż iktar tard mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tal-pjan finanzjarju emendat, mhux aktar tard mill-għeluq tal-perjodu ta’ programmazzjoni.

(12)

F’konformità mal-Artikolu 75(1), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-regoli dwar l-iskadenzi tal-pagamenti għall-miżuri taħt l-iżvilupp rurali fil-kuntest tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, japplikaw mis-sena tat-talba 2019. It-tnaqqis għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi tal-pagamenti, ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 5a tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 907/2014, isegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 40 u 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u jrid jitqies f’din id-Deċiżjoni għall-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni. Meta jkun xieraq, dak it-tnaqqis jista’ jiġi eżaminat bil-proċeduri għall-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(13)

Skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-Renju Unit irid iħallas 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ma jkunx sar fi żmien 4 snin mid-data tat-talba għall-irkupru jew fi żmien 8 snin f’każ li l-irkupru jitressaq fil-qrati nazzjonali. L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jirrikjedi li flimkien mal-kontijiet annwali li jrid iressaq lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, ir-Renju Unit irid jehmeż tabella ċertifikata li tirrifletti l-ammonti li jridu jitħallsu mir-Renju Unit skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tar-Renju Unit li jirrapporta l-ammonti li jridu jiġu rkuprati, huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistabbilixxi l-mudell tat-tabella li r-Renju Unit irid juża biex jipprovdi l-informazzjoni dwar l-ammonti li jridu jiġu rkuprati. Il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura iżjed minn 4 jew 8 snin rispettivament, abbażi tat-tabelli li r-Renju Unit ikun mela.

(14)

Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal raġunijiet ġustifikati kif xieraq, ir-Renju Unit jista’ jiddeċiedi li ma jitlobx l-irkupru. Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss jekk il-kostijiet li jkunu ġġarrbu diġà, u dawk li x’aktarx ikunu se jiġġarrbu, b’kollox ikunu aktar mill-ammont li jrid jiġi rkuprat, jew jekk l-irkupru jkun impossibbli minħabba l-insolvenza, reġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli mill-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien 4 snin mid-data tat-talba għall-irkupru, jew fi żmien 8 snin f’każ li l-irkupru jitressaq fil-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru jenħtieġ li jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li r-Renju Unit iddeċieda li ma jitlobx l-irkupru għalihom u r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu jridu jiġu inklużi fil-kontijiet annwali, skont l-Artikolu 29, il-punt (e), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. Għalhekk, jenħtieġ li tali ammonti ma jitħallsux mir-Renju Unit iżda minflok jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni.

(15)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tqis ukoll l-ammonti li għad iridu jiġu imposti lir-Renju Unit bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 b’rabta mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għall-FAEŻR.

(16)

F’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jista’ jkun li tieħu sussegwentement biex teskludi xi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret f’konformità mad-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 52 ta’ dak ir-Regolament,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit, “Department of Agriculture, Environment and Rural Affairs”, “The Scottish Government Rural Payments and Inspections Directorate”, “Welsh Government” u “Rural Payments Agency” huma b’dan approvati fir-rigward tan-nefqa finanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) rigward l-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni u b’rabta mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020.

L-ammonti rekuperabbli mir-Renju Unit jew imħallsa lilu għall-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni taħt kull programm għall-iżvilupp rurali skont din id-Deċiżjoni, huma stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-ammonti li jridu jiġu imposti lir-Renju Unit, b’riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 b’rabta mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għall-FAEŻR, huma stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

It-tnaqqis għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi tal-pagamenti f’konformità mal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 taħt kull programm għall-iżvilupp rurali huwa stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-bilanċi finali għall-programmi għall-iżvilupp rurali 2014-2020 li għalihom ġew approvati l-kontijiet annwali kollha rilevanti tal-Aġenziji tal-Pagamenti korrispondenti, huma stabbiliti fl-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet futuri tal-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni jaf tieħu skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex teskludi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj.

(2)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1306/oj.

(3)   ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/withd_2020/sign.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1305/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 131, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/128/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/908/oj).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 95, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/127/oj).

(8)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/907/oj).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1303/oj).


ANNESS I

Nefqa tal-FAEŻR approvata mill-programm għall-iżvilupp rurali għall-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni mis-16 ta’ Ottubru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023

Ammont li jrid jiġi rkuprat mir-Renju Unit jew imħallas lilu għal kull programm

Programmi approvati bin-nefqa dikjarata għall-FAEŻR 2014-2020

(F’euro)

CCI

Nefqa mis-16 ta’ Ottubru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023

Korrezzjonijiet (*1)

Totali

Ammonti mhux riutilizzabbli

Ammont aċċettat approvat mis-16 ta’ Ottubru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023

Pagamenti interim rimborżati lir-Renju Unit mis-16 ta’ Ottubru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023 (*2)

Ammont li jrid jiġi rkuprat mir-Renju Unit (-) jew imħallas lilu (+)

Bilanċ li jrid jitħallas fl-għeluq tal-perjodu ta’ programmazzjoni minħabba li ntlaħaq il-livell limitu ta’ 95 % (*3)

 

i

ii

iii = i + ii

iv

v = iii - iv

vi

vii = v - vi

 

2014UK06RDRP001

121 830 155,77

–3 734 783,73

118 095 372,04

0,00

118 095 372,04

125 353 576,36

–7 258 204,32

126 819 864,44

2014UK06RDRP002

21 434 337,32

26 455,74

21 460 793,06

0,00

21 460 793,06

21 787 003,26

– 326 210,20

11 294 675,97

2014UK06RDRP003

26 660 633,95

–6 531 408,70

20 129 225,25

0,00

20 129 225,25

27 893 955,35

–7 764 730,10

26 731 708,08

2014UK06RDRP004

123 326 734,60

–4 112 110,32

119 214 624,28

0,00

119 214 624,28

119 492 797,86

– 278 173,58

32 579 508,15


(*1)  In-nefqa dikjarata fid-Dikjarazzjonijiet Annwali għal ċerti programmi tiskatta qbiż fil-livell tal-miżuri. L-iffissar tal-limitu massimu ta’ dan il-qbiż se jitqies fil-pagament tal-bilanċ finali (Anness IV).

(*2)  Il-pagamenti interim rimborżati lir-Renju Unit għal-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni inkluż l-approvazzjoni tal-prefinanzjament, jinkludu l-ammonti negattivi dikjarati fis-sena finanzjarja mis-16 ta’ Ottubru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023. Dawn l-ammonti negattivi tqiesu fil-kalkolu tal-bilanċ finali (Anness IV).

(*3)  Meta l-pagamenti laħqu l-95 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal programm għall-iżvilupp rurali — l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-ammonti tqiesu fil-kalkolu tal-bilanċ finali (Anness IV).


ANNESS II

Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

L-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni mis-16 ta’ Ottubru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023 - FAEŻR

Korrezzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

 

Korrezzjonijiet relatati mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020

Korrezzjonijiet relatati mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013

Munita

Fil-munita nazzjonali

F’euro

Fil-munita nazzjonali

F’euro

GBP

21 574,31

0,00

20 161,06

0,00


ANNESS III

Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

L-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni mis-16 ta’ Ottubru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023 - FAEŻR

Tnaqqis minħabba l-iskadenzi tal-pagamenti għal kull programm għall-iżvilupp rurali għall-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni mis-16 ta’ Ottubru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023 f’konformità mal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

(F’euro)

CCI

Tnaqqis għan-nuqqas ta’ konformità mill-aħħar skadenzi tal-pagamenti mis-16 ta’ Ottubru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023

2014UK06RDRP001

14 940,64

2014UK06RDRP002

35 957,09

2014UK06RDRP003

32 648,44

2014UK06RDRP004

0,00


ANNESS IV

Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

L-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni mis-16 ta’ Ottubru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023 - FAEŻR

Il-bilanċi finali għall-programmi għall-iżvilupp rurali 2014-2020 tar-Renju Unit li għalihom ġew approvati l-kontijiet annwali rilevanti kollha

Aġenzija tal-Pagamenti

Programm

Bilanċ finali f’EUR

GB05

2014UK06RDRP002

10 999 215,10

GB06

2014UK06RDRP003

41 031 496,18

GB07

2014UK06RDRP004

32 579 508,15

GB09

2014UK06RDRP001

169 325 140,00


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2851/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)