SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
16 ta’ Jannar 2025 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Regolament (UE) Nru 952/2013 – Kodiċi Doganali tal-Unjoni – Regolament Delegat (UE) 2015/2446 – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 – Żoni ħielsa – Bidla fl-istatus doganali ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni f’merkanzija tal-Unjoni – Rekords tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni biex jeżerċita attivitajiet f’żona ħielsa – Aspettattivi leġittimi – Awtorità ta’ res judicata”
Fil-Kawża C‑376/23,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Qorti Suprema, il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2023, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-15 ta’ Ġunju 2023, fil-proċedura
“BALTIC CONTAINER TERMINAL” SIA
vs
Valsts ieņēmumu dienests
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn I. Jarukaitis, President tar-Raba’ Awla, li qiegħed jaġixxi bħala President tal-Ħames Awla, D. Gratsias (Relatur) u E. Regan, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Kokott,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal “BALTIC CONTAINER TERMINAL” SIA, minn D. Kiseļevs u A. Zieds, valdes locekļi, |
|
– |
għall-Gvern Latvjan, minn E. Bārdiņš, J. Davidoviča u K. Pommere, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Kalniņš kif ukoll F. Moro, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-11 ta’ Lulju 2024,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni:
|
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn SIA “BALTIC CONTAINER TERMINAL” SIA (iktar ’il quddiem “Baltic Container”) u l-Valsts ieņēmumu dienests (l-Amministrazzjoni Fiskali, il-Latvja) dwar il-ħlas ta’ dazji fuq l-importazzjoni u tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) relatati ma’ merkanzija li ħarġet miż-żona ħielsa mill-port ta’ Riga (il-Latvja). |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Il‑Kodiċi Doganali tal‑Unjoni
|
3 |
L-Artikolu 5 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, intitolat “Definizzjonijiet”, jipprevedi: “Għall-għanijiet tal-Kodiċi, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: […]
[…]
[…]
[…]” |
|
4 |
L-Artikolu 79 ta’ dan il-kodiċi, intitolat “Dejn doganali li jinħoloq minħabba nuqqas ta’ konformità”. “1. Għal merkanzija soġġetta għal dazju tal-importazzjoni, jinħoloq dejn doganali fuq l-importazzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:
[…] 3 Fil-każijiet imsemmija taħt il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, id-debitur għandu jkun kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
[…]” |
|
5 |
L-Artikolu 158(1) tal-imsemmi kodiċi, intitolat “Id-dikjarazzjoni doganali ta’ merkanzija u s-superviżjoni doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni”, jipprevedi: Il-merkanzija kollha maħsuba biex titqiegħed taħt sistema doganali, minbarra l-proċedura ta’ żona ħielsa, għandha tkun koperta b’dikjarazzjoni doganali xierqa għall-proċedura partikolari.” |
|
6 |
L-Artikolu 188 tal-istess kodiċi, intitolat “Il-verifika ta’ dikjarazzjoni doganali”, jipprevedi: “L-awtoritajiet doganali jistgħu, għall-għanijiet tal-verifika tal-preċiżjoni tad-dettalji li hemm f’dikjarazzjoni doganali li kienet aċċettata:
|
|
7 |
L-Artikolu 201 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, intitolat “Kamp ta’ applikazzjoni u effett”, li jagħmel parti mit-Titolu VI tiegħu, li min-naħa tiegħu huwa intitolat “Rilaxx għal Ċirkolazzjoni Ħielsa u Eżenzjoni mid-Dazju tal-Importazzjoni”, jipprovdi: “1. Merkanzija mhux tal-Unjoni intiża li titqiegħed fis-suq tal-Unjoni jew intiża għall-użu privat jew għall-konsum fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha titqiegħed taħt rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa. 2 Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa għandu jinvolvi dan li ġej:
[…] 3 Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa jagħti lill-merkanzija mhux tal-Unjoni l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni.” |
|
8 |
It-titolu VII ta’ dan il-istess kodiċi jirrigwarda l-proċeduri doganali partikolari. Il-Kapitolu I ta’ dan it-Titolu VII, li jinkludi l-Artikoli 210 sa 225 ta’ dan il-kodiċi, jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali relatati ma’ dawn il-proċeduri doganali partikolari. |
|
9 |
L-Artikolu 210 tal-imsemmi regolament, intitolat “Kamp ta’ applikazzjoni”, jipprovdi: Il-merkanzija tista’ titqiegħed taħt xi waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin ta’ proċeduri speċjali: […]
[…]” |
|
10 |
L-Artikolu 211(1)(b) tal-istess kodiċi huwa fformulat kif ġej: “Awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali hija meħtieġa għal dan li ġej: […]
|
|
11 |
L-Artikolu 214 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, intitolat “Kotba”, jipprevedi: “1. Ħlief għall-proċedura ta’ tranżitu, jew fejn hu provdut mod ieħor, id-detentur tal-awtorizzazzjoni, id-detentur talproċedura, u l-persuni kollha li jeżerċitaw attività li tinvolvi lħażna, it-tħaddim jew l-ipproċessar ta’ merkanzija, jew il-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija f’żoni ħielsa, għandhom iżommu kotba xierqa f’forma approvata mill-awtoritajiet doganali. Ir-reġistri għandhom jinkludu l-informazzjoni u l-elementi li jippermettu lill-awtoritajiet doganali jeżerċitaw sorveljanza fuq il-proċedura kkonċernata; dan jinkludi b’mod partikolari l-identifikazzjoni tal-merkanzija mqiegħda taħt din il-proċedura, l-istatus doganali tagħha u l-movimenti tagħha. […]” |
|
12 |
L-Artikolu 215 tal-imsemmi regolament, intitolat “L-għeluq ta’ proċedura speċjali”, jipprovdi: “1. Minbarra fil-każ tal-proċedura ta’ tranżitu, u mingħajr ħsara għall-Artikolu 254, proċedura speċjali għandha tingħalaq meta l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura, jew il-prodotti pproċessati, jitqiegħdu taħt sistema doganali sussegwenti, ikunu ttieħdu ’l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, jew inqerdu u ma tħalla l-ebda skart, jew huma abbandunati f’idejn l-Istat taħt l-Artikolu 199. […]” |
|
13 |
Skont l-Artikolu 247 tal-imsemmi kodiċi, intitolat “Merkanzija mhux tal-Unjoni f’żoni ħielsa”: “1. Merkanzija mhux tal-Unjoni, filwaqt li tibqa’ f’żona ħielsa, tista’ tinħeles għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew titqiegħed taħt proċedura ta’ proċessar attiv, dħul temporanju jew ta’ użu aħħari, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti għal dawk il-proċeduri. F’tali każijiet il-merkanzija ma tkunx meqjusa li qiegħda taħt il-proċedura ta’ żona ħielsa. […]” |
Ir‑Regolament Delegat 2015/2446
|
14 |
Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat 2015/2446, intitolat “Definizzjonijiet”: “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: […]
[…]” |
|
15 |
It-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu V ta’ dan ir-regolament delegat, li tinkludi l-Artikoli 123 sa 127 tiegħu, tistabbilixxi r-regoli dwar il-prova tal-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni. Skont dawn l-artikoli, il-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni tista’ tingħata permezz ta’ dokument “T2L” jew “T2LF”, ta’ fattura jew ta’ dokument tat-trasport li jindika l-kodiċi “T2L” jew “T2LF” flimkien mal-firma tal-kunsinnatur jew, fin-nuqqas ta’ dan, tal-persuna kkonċernata, ta’ manifest marittimu jew ta’ carnets TIR, ATA kif ukoll “formoli 302” dwar it-trasport ta’ merkanzija skont il-Konvenzjoni bejn l-Istati partijiet għat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana dwar l-istatus tal-forzi tagħhom, iffirmata f’Londra fid-19 ta’ Ġunju 1951. |
|
16 |
L-Artikolu 178 tal-imsemmi regolament ta’ delega, li huwa intitolat “Rekords”, jipprovdi: “1. Ir-rekords imsemmija fl-Artikolu 214(1) tal- [KodiċiDoganali tal-Unjoni], għandu jkun fihom dan li ġej: […]
[…] 2 Fil-każ ta’ żoni ħielsa, ir-rekords għandhom, flimkien mal-informazzjoni pprovduta fil-paragrafu 1, jinkludu dan li ġej:
[…] 3 L-awtoritajiet doganali jistgħu jirrinunzjaw il-ħtieġa għal ftit mill-informazzjoni prevista fil-paragrafi 1 u 2, fejn dan ma jaffettwax ħażin is-sorveljanza doganali u kontrolli tal-użu ta’ poċedura speċjali. […]” |
Ir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447
|
17 |
L-Artikolu 226 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2015, L 343, p. 558, rettifiki fil-ĠU 2016, L 87, p. 35 u fil-ĠU 2017, L 101, p. 195) li huwa intitolat “Numru ta’ Referenza Prinċipali” u li jimplimenta l-Artikolu 172 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, li min-naħa tiegħu huwa intitolat “L-aċċettazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali”, jipprovdi: “Għajr għall-każijiet meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali bil-fomm jew b’att li jitqies li jkun dikjarazzjoni doganali, jew meta d-dikjarazzjoni doganali tieħu l-forma ta’ dħul fir-rekords tad-dikjarant skont l-Artikolu 182 tal-[Kodiċi Doganali tal-Unjoni], l-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lid-dikjarant dwar l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali u għandu jipprovdih b’MRN għal dik id-dikjarazzjoni u bid-data tal-aċċettazzjoni tiegħu. Dan l-Artikolu ma għandux japplika qabel id-dati rispettivi tat-tnedija tas-[Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni (AES)] u tas-[sistema kompjuterizzata l-ġdida ta’ tranżitu (NCTS)] u l-aġġornament tas-sistemi nazzjonali ta’ importazzjoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE [tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ April 2014 li tistabbilixxi l-Programm ta’ Ħidma għall-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2014, L 134, p. 46)].” |
Id-dritt Latvjan
Id-Digriet Nru 500 tal-Kunsill tal-Ministri li Jistabbilixxi r-Regoli dwar l-Imħażen Doganali, il-Ħażna Temporanja u ż-Żoni Ħielsa
|
18 |
Il-punt 77 tal-Ministru kabineta noteikumi Nr. 500 “Muitas noliktavu, pagaidu uzglabāšanas un brīvo zonu noteikumi” (id-Digriet Nru 500 tal-Kunsill tal-Ministri, dwar l-imħażen doganali, il-ħażna temporanja u ż-żoni ħielsa), tat-22 ta’ Awwissu 2017 (Latvijas Vēstnesis, 2017, Nru 173, jipprevedi: “Il-persuna li fiż-żona ħielsa tagħha tkun maħżuna, maħduma, mibjugħa jew mixtrija l-merkanzija mhux tal-Unjoni, għandha tiżgura li l-merkanzija maħżuna fiż-żona ħielsa tiġi inkluża fir-rekords u identifikata.” |
|
19 |
Skont il-punt 79 tad-Digriet: “Il-persuna kkonċernata għandha tippreżenta dikjarazzjoni ta’ kull xahar, fit-terminu speċifikat fl-approvazzjoni, tal-merkanzija mhux tal-Unjoni introdotta fiż-żona ħielsa, maħruġa minnha u mniżżla fid-dokumenti matul ix-xahar preċedenti, li tindika n-numru tad-dokument doganali jew in-numru tal-polza tal-vjaġġ li taħtha l-merkanzija daħlet fiż-żona ħielsa u ħarġet minnu, jew tipprovdi aċċess online għas-sistema tal-kontabbiltà tal-merkanzija lill-uffiċjali tal-amministrazzjoni fiskali.” |
Il-Liġi dwar il-Proċedura Amministrattiva
|
20 |
L-Artikolu 153(3) tal-Administratīvā procesa likums (il-Liġi dwar il-Proċedura Amministrattiva), tal-25 ta’ Ottubru 2001 (Latvijas Vēstnesis, 2001, Nru 164), jipprovdi: “Il-fatti kkonstatati fil-motivi ta’ sentenza li għandha l-awtorità ta’ res judicata ma għandhomx jiġu pprovati mill-ġdid fil-kuntest tal-eżami ta’ kawża amministrattiva li tinvolvi l-istess partijiet.” |
Il-Liġi dwar is-Setgħa Ġudizzjarja
|
21 |
L-Artikolu 16(3) u (4) tal-Likums “Par tiesu varu” (il-Liġi dwar is-Setgħa Ġudizzjarja) tal-15 ta’ Diċembru 1992 (Latvijas Vēstnesis, 1993, Nru 1/2), jipprevedi: “(3) Skont il-proċedura prevista mil-liġi, sentenza torbot lill-qorti waqt l-eżami ta’ kawżi oħra konnessi ma’ din il-kawża. (4) Dawn is-sentenzi għandhom saħħa legali, jorbtu lil kulħadd u għandhom jiġu osservati bl-istess mod bħal-liġijiet.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
22 |
Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, Baltic Container, hija detentriċi ta’ awtorizzazzjoni sabiex teżerċita attivitajiet ta’ tagħbija, ta’ ħatt u ta’ ħażna ta’ merkanzija fiż-żona ħielsa tal-port ta’ Riga. L-amministrazzjoni fiskali approvat ir-rekords, fis-sens tal-Artikolu 214 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, li fihom Baltic Container tirreġistra l-merkanzija mqiegħda f’żona ħielsa. |
|
23 |
Fil-kuntest ta’ verifika tal-kontabbiltà tal-merkanzija mqiegħda f’żona ħielsa, l-amministrazzjoni fiskali qieset li ċerta merkanzija mhux tal-Unjoni, fis-sens tal-punt 24 tal-Artikolu 5 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, f’dan il-każ basktijiet tal-plastik, li daħlet f’żona ħielsa bil-baħar fi tliet kontejners fit-2 ta’ Ottubru 2018, fit-18 ta’ Diċembru 2018 u fil-15 ta’ Jannar 2019 u rreġistrata fir-rekords ta’ Baltic Container, kienet ħalliet iż-żona ħielsa ta’ Riga fit-2 ta’ Ottubru 2018, fit-18 ta’ Diċembru 2018 u fis-17 ta’ Jannar 2019 mingħajr applikazzjoni ta’ sistema doganali ġdida. Għaldaqstant, is-sistema doganali partikolari ta’ ħażna f’żona ħielsa ma kinitx twettqet. L-amministrazzjoni fiskali kkonkludiet li l-merkanzija inkwistjoni kienet tneħħiet mis-sorveljanza doganali, li, skont din l-amministrazzjoni, nisslet dejn doganali fil-konfront ta’ Baltic Container skont l-Artikolu 79 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. |
|
24 |
Permezz ta’ deċiżjoni tad-19 ta’ Lulju 2019, l-amministrazzjoni fiskali ordnat lil Baltic Container tħallas id-dazji fuq l-importazzjoni, il-VAT kif ukoll penalitajiet moratorji relatati ma’ dawn iż-żewġ taxxi. |
|
25 |
Permezz ta’ sentenza tad-9 ta’ Lulju 2021, l-Administratīvā apgabaltiesa (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali, il-Latvja) ċaħdet ir-rikors ta’ Baltic Container kontra din id-deċiżjoni sa fejn din tikkonċerna d-dazji ta’ importazzjoni u l-VAT. Din il-qorti rrilevat li l-merkanzija inkwistjoni kienet inħarġet miż-żona ħielsa kkonċernata abbażi ta’ tliet polzi tal-vjaġġ stabbiliti konformement mal-Konvenzjoni dwar il-kuntratt ta’ trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq, iffirmata f’Genève fid-19 ta’ Mejju 1956, kif emendata bil-Protokoll tal-5 ta’ Lulju 1978, li fihom l-istatus doganali ta’ din il-merkanzija kien indikat mis-sinjal “C”, li jservi sabiex jindika “merkanzija tal-Unjoni” fis-sens tal-punt 23 tal-Artikolu 5 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, li ġie ċċertifikat bit-timbru tad-dwana u l-firma ta’ aġent doganali (iktar ’il quddiem il-“polza tal-vjaġġ CMR”). Madankollu, wara li l-imsemmija merkanzija ħalliet din iż-żona ħielsa, l-uffiċjali doganali kkonstataw li huma ma kellhomx id-dokumenti li jiġġustifikaw il-passaġġ tagħha mill-istatus doganali ta’ “merkanzija mhux tal-Unjoni” għal dak ta’ “merkanzija tal-Unjoni”. |
|
26 |
Fil-fatt, mir-regoli applikabbli jirriżulta li polza tal-vjaġġ CMR tista’ sservi bħala prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni biss fir-rigward ta’ merkanzija li diġà għandha dan l-istatus u mhux fir-rigward ta’ merkanzija li tiksibha wara tibdil. Tali bidla fl-istatus doganali tista’ tiġi ppruvata permezz ta’ dikjarazzjoni doganali li ssemmi MRN jew polza tal-vjaġġ li tindika wkoll MRN mogħti lil tali dikjarazzjoni doganali. Għalhekk, dikjarazzjoni miktuba bl-idejn li tindika “status C”, firma u timbru fuq polza tal-vjaġġ CMR ma jistgħux, fl-assenza ta’ riferiment għal MRN li jippermetti li tiġi kkonstatata l-applikazzjoni ta’ sistema doganali li tagħti dan l-istatus doganali lil merkanzija mhux tal-Unjoni, iservu bħala prova tal-bidla tal-imsemmi status f’ “merkanzija tal-Unjoni”. |
|
27 |
Baltic Container ippreżentat appell ta’ kassazzjoni mis-sentenza tad-9 ta’ Lulju 2021, imsemmija fil-punt 25 ta’ din is-sentenza, quddiem l-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Qorti Suprema, il-Latvja), li hija l-qorti tar-rinviju. |
|
28 |
Insostenn ta’ dan l-appell, Baltic Container issostni li hija ma kisret ebda obbligu legali bħala detentur ta’ awtorizzazzjoni sabiex teżerċita attivitajiet f’żona ħielsa, li hija ma kinitx ipparteċipat konxjament fil-ħruġ illegali tal-merkanzija inkwistjoni miż-żona ħielsa kkonċernata u li hija ma kellhiex, u lanqas ma setgħet, tkun taf bin-natura illegali ta’ dan il-ħruġ. Fil-fatt, hija rreġistrat din il-merkanzija fir-rekords tagħha, skont l-approvazzjoni maħruġa mill-amministrazzjoni fiskali, u tatha lura lit-trasportatur skont il-polzi tal-vjaġġ CMR, li għandhom it-timbru doganali kif ukoll indikazzjoni ffirmata ta’ aġent doganali li tindika li l-istatus doganali tal-imsemmija merkanzija kien dak ta’ merkanzija tal-Unjoni, li huwa konformi mal-prattika doganali. Baltic Container għalhekk ikollha d-dritt tistenna rilaxx tas-sistema doganali partikolari ta’ ħażna f’żona ħielsa li taħtha kienet tinsab din il-merkanzija. |
|
29 |
Baltic Container tinvoka wkoll sentenza tar-Rīgas apgabaltiesas Krimināllietu tiesas kolēhebija (il-Qorti Reġjonali ta’ Riga, Kulleġġ Kriminali, il-Latvja) tal-5 ta’ Frar 2021, li permezz tagħha din il-qorti annullat is-sanzjonijiet amministrattivi imposti fuq ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali fil-forma ta’ penalitajiet minħabba l-istess fatti bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża. Skont din is-sentenza, Baltic Container ma kinitx kisret l-Artikolu 215(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, peress li hija ma kinitx neħħiet il-merkanzija inkwistjoni miż-żona ħielsa kkonċernata qabel ma applikat sistema doganali ġdida. B’mod partikolari, l-imsemmija qorti ddeċidiet li ma kien hemm ebda raġuni sabiex jiġi kkunsidrat li polza tal-vjaġġ CMR bil-kliem “status C” u li għandha t-timbru tad-dwana kif ukoll il-firma ta’ aġent doganali ma kinitx suffiċjenti sabiex din il-merkanzija titqiegħed taħt sistema doganali ġdida. L-istess qorti kkonstatat ukoll li kienet teżisti prattika doganali li tgħid li l-merkanzija tqiegħdet taħt sistema doganali ġdida meta l-polza tal-vjaġġ CMR relatata magħha kienet immarkata bħala “status C”, iċċertifikata bit-timbru tal-uffiċċju doganali. |
|
30 |
L-amministrazzjoni fiskali ssostni li, meta l-merkanzija inkwistjoni ħarġet miż-żona ħielsa kkonċernata, Baltic Container ma żguratx li titqiegħed taħt sistema doganali ġdida u lanqas ma inkludiet, fir-rekords tagħha, l-elementi previsti fl-Artikolu 178(1)(b) tar-Regolament Delegat 2015/2446. Skont l-amministrazzjoni fiskali, l-istatus doganali mibdul tagħha f’merkanzija tal-Unjoni jista’ jiġi emendat għall-merkanzija tal-Unjoni biss permezz tal-applikazzjoni ta’ sistema doganali ġdida wara l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali identifikata permezz ta’ MRN. Għalhekk, ir-rikorrenti kellha ssemmi, fir-rekords tagħha, MRN li jippermetti li tiġi identifikata d-dikjarazzjoni doganali li wasslet għall-bidla fl-istatus doganali tal-merkanzija inkwistjoni ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni f’merkanzija tal-Unjoni, peress li l-indikazzjoni “status C” li tinsab fil-polzi tal-vjaġġ CMR ma hijiex suffiċjenti għal dan l-għan. |
|
31 |
Il-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar il-possibbiltà, għal Baltic Container, li tikkontrolla l-istatus doganali tal-merkanzija inkwistjoni abbażi ta’ MRN li tinsab fil-polzi tal-vjaġġ CMR u li tivverifika l-awtentiċità ta’ dokument T2L, li abbażi tiegħu awtorità doganali ta’ Stat Membru ieħor setgħet bidlet dan l-istatus, peress li ma huwiex ċert li din il-kumpannija kellha aċċess għad-databases meħtieġa għal dan l-għan. Barra minn hekk, fiż-żmien tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-prassi tal-amministrazzjoni fiskali kienet li tissuġġetta l-merkanzija kollha tal-Unjoni għal kontroll doganali addizzjonali qabel il-ħruġ tagħha miż-żona portwali kkonċernata, filwaqt li l-polzi tal-vjaġġ CMR kienu jinkludu, bħala prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni, riferiment għal dan l-istatus iffirmat mill-aġent doganali u bit-timbru tal-punt ta’ kontroll doganali. |
|
32 |
Il-qorti tar-rinviju tippreċiża wkoll li, skont l-att ta’ approvazzjoni, mill-awtoritajiet doganali Latvjani, tal-forma tar-rekords miżmuma minn Baltic Container, din għandha żżommhom f’sistema online u tippermetti lil dawn l-awtoritajiet doganali jaċċedu għal din is-sistema. Baltic Container għandha, skont dan l-att ta’ approvazzjoni, iżżomm l-oriġinali jew il-kopji tad-dokumenti tat-trasport li jakkumpanjaw il-merkanzija mdaħħla fiż-żona ħielsa kkonċernata u maħruġa minnha. Jekk din il-merkanzija tiddaħħal f’din iż-żona ħielsa jew maħruġa minnha permezz tal-istabbiliment ta’ dikjarazzjoni doganali jew ta’ dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid li ssemmi MRN, Baltic Container ma hijiex, bħala detentriċi ta’ awtorizzazzjoni sabiex teżerċita attivitajiet f’żona ħielsa, marbuta li żżomm kopji ta’ dan il-MRN għall-imsemmija merkanzija. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-informazzjoni fid-databases doganali u fit-terminals, l-imsemmi att ta’ approvazzjoni ġie sussegwentement emendat sabiex jipprevedi li, meta merkanzija tkun ġiet iddikjarata jew imqiegħda taħt sistema doganali u li tkun ġiet attribwita lilha MRN, ma huwiex neċessarju li jinżammu kopji tad-dokumenti tat-trasport. |
|
33 |
Il-qorti tar-rinviju qieset li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, kien hemm lok li ssir domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet ta’ rilaxx tas-sistema doganali ta’ ħażna f’żona ħielsa kif ukoll dwar l-obbligi li għandha impriża bħal Baltic Container fir-rigward tal-elementi li għandhom jinżammu fir-rekords tagħha u dwar l-eventwali verifika ta’ bidla fl-istatus doganali. Fil-każ li r-regoli doganali tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li bidla fl-istatus doganali ma tistax issir skont il-modalitajiet implimentati minn Baltic Container, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar il-kwistjoni jekk din tistax tibbaża aspettattiva leġittima fuq il-prassi tal-awtoritajiet doganali li tikkonsisti fl-indikazzjoni fuq il-polzi tal-vjaġġ CMR tal-istatus doganali tal-merkanzija li toħroġ minn żona ħielsa. |
|
34 |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll jekk il-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata, irrikonoxxut fid-dritt nazzjonali u fid-dritt tal-Unjoni, jipprekludihiex milli tasal għal konklużjonijiet differenti minn dawk li waslet għalihom ir-Rīgas apgabaltiesas Krimināllietu tiesas kolēgano ija (il-Qorti Reġjonali ta’ Riga, Kulleġġ Kriminali), f’sentenza tal-5 ta’ Frar 2021, li saret definittiva, li tgħid li Baltic Container ma hijiex ħatja ta’ nuqqas ta’ osservanza, fis-sens tal-Artikolu 79 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, tal-obbligi tagħha taħt il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni. |
|
35 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
|
36 |
Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 214(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u l-Artikolu 178(1) (b) u (c) tar-Regolament Delegat 2015/2446 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet f’żona ħielsa (iktar ’il quddiem id-“detentur”) jindika, fir-rekords tiegħu, li l-proċedura doganali taż-żona ħielsa li taħtha tqiegħdet il-merkanzija ġiet eżegwita mingħajr ma jsemmi, f’dawn l-istess rekords, il-MRN li jidentifika d-dikjarazzjoni doganali li tikkorrispondi għat-tqegħid ta’ din il-merkanzija taħt sistema doganali ġdida. |
|
37 |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 214(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jimponi fuq id-detentur l-obbligu li jżomm rekords xierqa fil-forma approvata mill-awtoritajiet doganali. Skont dan it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 214(1), dawn il-kotba[rekords] ikunu jinkludu l-informazzjoni u d-dettalji li jippermettu lill-awtoritajiet doganali li jissorveljaw il-proċedura [sistema] kkonċernata, b’mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-merkanzija mqiegħda taħt dik is-sistema, l-istatus doganali tagħha u l-movimenti tagħha. |
|
38 |
Il-portata ta’ dan l-obbligu hija speċifikata fl-Artikolu 178(1) tar-Regolament Delegat 2015/2446, li jelenka l-elementi li l-imsemmija rekords għandhom jinkludu u li jipprevedi, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet li fihom id-detentur huwa obbligat jinkludi MRN fihom. |
|
39 |
Fir-rigward b’mod iktar preċiż dan l-Artikolu 178(1)(b), din id-dispożizzjoni tistabbilixxi żewġ obbligi distinti, jiġifieri li r-rekords għandhom jinkludu, minn naħa, il-MRN jew, meta ma jkunx hemm, kwalunkwe numru jew kodiċi ieħor li jidentifika d-dikjarazzjonijiet doganali li permezz tagħhom il-merkanzija titqiegħed taħt il-proċedura partikolari u, min-naħa l-oħra, meta l-proċedura tkun rilaxxata, informazzjoni dwar il-mod kif il-proċedura tkun twettqet. |
|
40 |
Issa, fir-rigward tal-ewwel wieħed minn dawn ir-rekwiżiti, għandu jiġi rrilevat, bħalma għamlet l-Avukata Ġenerali fil-punt 41 tal-konklużjonijiet tagħha, li, skont l-Artikolu 158(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, it-tqegħid ta’ merkanzija taħt is-sistema doganali partikolari taż-żona ħielsa ma jeħtieġx dikjarazzjoni doganali, b’tali mod li ebda MRN ma hija kkomunikata fil-mument ta’ dan it-tqegħid. |
|
41 |
Fir-rigward tat-tieni wieħed minn dawn l-obbligi, dan jikkonċerna t-twettiq tas-sistema partikolari li taħtha tqiegħdet il-merkanzija kkonċernata. Skont l-Artikolu 215(1) ta’ dan il-kodiċi, is-sistema doganali partikolari taż-żona ħielsa tista’ tiġi rilaxxata b’erba’ modi differenti. L-ewwel nett, meta l-merkanzija koperta minnha titqiegħed taħt sistema doganali ġdida, it-tieni, meta tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni, it-tielet, meta tkun ġiet meqruda mingħajr ma tħalli skart u, ir-raba’ nett, meta tiġi abbandunata lill-Istat. |
|
42 |
F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tindika li t-tliet kunsinni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tqiegħdu taħt is-sistema doganali partikolari taż-żona ħielsa bħala merkanzija mhux tal-Unjoni u nħarġu fi żmien qasir bħala merkanzija tal-Unjoni. Issa, tali bidla fl-istatus doganali tal-merkanzija inkwistjoni tista’ ssir biss wara t-tqegħid tagħha taħt is-sistema doganali ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera. |
|
43 |
Fil-fatt, skont l-Artikolu 201(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, merkanzija mhux tal-Unjoni li tiġi rrilaxxata għal ċirkulazzjoni libera tingħata l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni. Barra minn hekk, mill-Artikolu 247(1) ta’ dan il-kodiċi jirriżulta li l-merkanzija mhux tal-Unjoni tista’ tiġi rrilaxxata għal ċirkulazzjoni libera matul is-soġġorn tagħha f’żona ħielsa. |
|
44 |
Għal dan l-għan, il-merkanzija kkonċernata hija s-suġġett ta’ dikjarazzjoni doganali konformement mal-Artikolu 158(1) tal-Kodiċi Doganali, li lilu jingħata MRN, fis-sens tal-punt 22 tal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat 2015/2446 u fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 226 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447. |
|
45 |
Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 226 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447, ħlief meta d-dikjarazzjoni doganali tiġi ppreżentata verbalment jew permezz ta’ att li jitqies li jikkostitwixxi tali dikjarazzjoni jew meta din tieħu l-forma ta’ dħul fir-rekords tad-dikjarant, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw lil dan tal-aħħar MRN għal din id-dikjarazzjoni. |
|
46 |
Ċertament, skont it-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu, l-imsemmi artikolu ma japplikax qabel id-dati li fihom iseħħu rispettivament il-varar tal-AES u tal-NCTS kif ukoll l-aġġornament tas-sistemi nazzjonali ta’ importazzjoni msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255. |
|
47 |
Madankollu, huwa paċifiku li l-ewwel domanda hija bbażata fuq żewġ premessi impliċiti. L-ewwel waħda hija li l-fatti fil-kawża prinċipali ma jaqgħux taħt wieħed mit-tliet każijiet partikolari stabbiliti fl-imsemmi l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 226, li fihom ebda MRN ma hija attribwita. It-tieni premessa impliċita hija li dawn il-fatti seħħew wara d-data tat-tnedija tal-AES u tal-NCTS kif ukoll dik tal-aġġornament tas-sistemi Latvjani ta’ importazzjoni msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255. |
|
48 |
Konsegwentement, għandha tingħata risposta għal din id-domanda billi wieħed jitlaq mill-premessa li, kuntrarjament għat-tqegħid inizjali tal-merkanzija taħt is-sistema speċjali taż-żona ħielsa, it-tqegħid sussegwenti ta’ din il-merkanzija taħt is-sistema doganali taċ-ċirkulazzjoni libera, kellu jagħti lok għal dikjarazzjoni doganali u li, konsegwentement, fil-mument meta s-sistema taż-żona ħielsa kienet twettqet, id-dikjarant kellu jkollu MRN li tidentifika din id-dikjarazzjoni. |
|
49 |
Madankollu, għandu jiġi rrilevat li t-tieni rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 178(1)(b) tar-Regolament Delegat 2015/2446 sempliċement jirrikjedi li s-sottomissjonijiet bil-miktub tad-detentur jinkludu informazzjoni dwar il-mod kif l-iskema ġiet approvata mingħajr ma jeżiġi li dawn ir-rekords jinkludu MRN. |
|
50 |
Bl-istess mod, fir-rigward tal-Artikolu 178(1) (c) ta’ dan ir-Regolament Delegat, din id-dispożizzjoni timponi li d-data li tippermetti li jiġu identifikati mingħajr ekwivoku d-dokumenti li din id-dispożizzjoni ssemmi jissemmew fir-rekords tad-detentur, mingħajr ma teżiġi li tiġi inkluża fiha MRN. |
|
51 |
Minn dan isegwi li din id-dispożizzjoni ma tobbligax lid-detentur isemmi, fir-rekords tiegħu, il-MRN li jidentifika d-dikjarazzjoni doganali li tat lok għar-rilaxx għas-sistema doganali partikolari ta’ ħażna f’żona ħielsa permezz tat-tqegħid tal-merkanzija kkonċernata taħt is-sistema doganali ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera. |
|
52 |
Għaldaqstant, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 214(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u l-Artikolu 178(1) (b) u (ċ) tar-Regolament Delegat 2015/2446 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li d-detentur jinkludi, fir-rekords tiegħu, informazzjoni dwar il-mod kif is-sistema doganali taż-żona ħielsa twettqet u data li tippermetti li jiġi identifikat kull dokument, minbarra d-dikjarazzjoni doganali, dwar ir-rilaxx, mingħajr ma jsemmi, f’dawn l-istess rekords, il-MRN li jidentifika d-dikjarazzjoni doganali li tikkorrispondi għat-tqegħid tal-merkanzija kkonċernata taħt sistema doganali ġdida. |
Fuq it-tieni u t-tielet domanda
|
53 |
Permezz tat-tieni u tat-tielet domanda, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 214(1) u l-Artikolu 215(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni kif ukoll l-Artikolu 178(1) (b) u (ċ) tar-Regolament Delegat 2015/2446 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li:
|
|
54 |
Fl-ewwel lok, mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-polzi tal-vjaġġ CMR, li jinkludu l-kliem “status C”, iċċertifikat bit-timbru doganali u ffirmat minn aġent doganali, jindikaw, ċertament, li l-istatus doganali tal-merkanzija kkonċernata għadda minn dak ta’ “merkanzija mhux tal-Unjoni” għal dak ta’ “merkanzija tal-Unjoni”. Madankollu, dawn il-polzi tal-vjaġġ ma fihomx informazzjoni espliċita biżżejjed dwar il-mod kif is-sistema doganali partikolari ta’ ħżin f’żona ħielsa ġiet irrilaxxata. Minn dan isegwi li l-inklużjoni, fir-rekords tad-detentur, ta’ riferiment għal tali polzi tal-vjaġġ ma tissodisfax it-tieni rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 178(1)(b) tar-Regolament Delegat 2015/2446, li tiġi inkluża, fir-rekords, informazzjoni dwar il-mod kif l-iskema inkwistjoni ġiet eżegwita, u lanqas ma tissodisfa r-rekwiżit, stabbilit fl-Artikolu 178(1)(c) tar- Regolament Delegat 2015/2446, li f’dawn l-istess rekords, tiġi inkluża data li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ kull dokument relatat mal-approvazzjoni korrispondenti. |
|
55 |
Madankollu, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punt 44 tal-konklużjonijiet tagħha, li l-imsemmi Artikolu 178(3) jipprevedi li l-awtoritajiet doganali jistgħu jneħħu l-obbligu li jipprovdu ċerta informazzjoni prevista fil-paragrafi 1 u 2 tal-imsemmi artikolu, meta dan ma jippreġudikax is-sorveljanza u l-kontroll doganali tal-użu ta’ sistema partikolari. Għalhekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk l-awtoritajiet doganali Latvjani, skont l-istess Artikolu 178(3), neħħewx l-obbligu, għad-detentur, li jinkludi, fir-rekords tiegħu, informazzjoni dwar il-mod kif is-sistema doganali partikolari taż-żona ħielsa twettqet kif ukoll id-data li tippermetti li jiġi identifikat kull dokument relatat ma’ dan ir-rilaxx. |
|
56 |
Minn dan jirriżulta li d-detentur jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu ta’ żamma ta’ dokumenti relatati mar-rilaxx tas-sistema doganali partikolari taż-żona ħielsa li taħtha titqiegħed merkanzija mhux tal-Unjoni billi jinkludi, fir-rekords tiegħu, informazzjoni dwar polza tal-vjaġġ CMR li takkumpanja din il-merkanzija mal-ħruġ tagħha miż-żona ħielsa kkonċernata, li tindika, fil-forma ta’ indikazzjoni magħmula mill-awtoritajiet doganali, l-istatus doganali tagħhom, sakemm dawn l-awtoritajiet ikunu neħħew l-obbligu li jipprovdu informazzjoni iktar espliċita dwar il-mod kif ir-rilaxx ta’ din is-sistema doganali partikolari titwettaq skont l-Artikolu 178(3) tar-Regolament Delegat 2015/2446, fatt li, fil-kawża prinċipali, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. |
|
57 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-verifika tal-indikazzjoni tal-istatus doganali li tinsab fil-polzi tal-vjaġġ CMR, għandu jiġi rrilevat, bħalma osservat l-Avukata Ġenerali fil-punt 55 tal-konklużjonijiet tagħha, li l-Kodiċi Doganali ma jsemmi ebda obbligu partikolari impost fuq id-detentur li jivverifika l-eżattezza tad-dikjarazzjonijiet u indikazzjonijiet oħra li jinsabu fid-dokumenti mibgħuta lilu. |
|
58 |
Ċertament, bħala professjonist, id-detentur għandu juri prova ta’ livell minimu ta’ viġilanza. Madankollu, sakemm ma jkunx manifest, għal kull professjonist, minn qari tal-polza tal-vjaġġ li l-indikazzjoni li din issemmi kienet dubjuża, fatt li, fil-kawża prinċipali, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika billi tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-indikazzjoni relatata mal-istatus tal-merkanzija kkonċernata li tidher fuq il-polzi tal-vjaġġ CMR kienet barra minn hekk iċċertifikata bit-timbru tad-dwana u ffirmata minn uffiċjal doganali, id-detentur ma jistax jiġi kkritikat li ma vverifikax l-eżattezza tal-imsemmija indikazzjoni. |
|
59 |
Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni u għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 214(1) u l-Artikolu 215(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni kif ukoll l-Artikolu l-aċċenn relatat mal-istatus tal-merkanzija kkonċernata li tidher fuq il-polzi tal-vjaġġ CMR(1) (b) u (c) tar-Regolament Delegat 2015/2446 għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
Fuq ir-raba’ domanda
|
60 |
Permezz tar-raba’ domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandux jiġi interpretat fis-sens li l-indikazzjoni tal-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni li tinsab f’polza tal-vjaġġ CMR li takkumpanja din il-merkanzija mal-ħruġ tagħha minn żona ħielsa, iċċertifikata bit-timbru doganali u ffirmata minn aġent doganali, tista’ toħloq tali aspettattivi fi ħdan id-detentur fir-rigward tal-validità ta’ bidla fl-istatus doganali ta’ din il-merkanzija fid-dawl tal-leġiżlazzjoni doganali, minkejja li din l-polza ma tindikax il-bażi ta’ dan it-tibdil. |
|
61 |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li din id-domanda tqum fil-każ li l-qorti tar-rinviju tikkonstata, fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tieni u għat-tielet domanda, li l-awtoritajiet doganali Latvjani ma adottawx, skont l-Artikolu 178(3) tar-Regolament Delegat 2015/2446, att formali sabiex ineħħu l-obbligi previsti f’dan l-Artikolu 178(1) (b) u (c), dwar l-informazzjoni u d-data li tippermetti l-identifikazzjoni mingħajr ekwivoku tad-dokumenti li jirrigwardaw ir-rilaxx tas-sistema doganali partikolari li għandhom jinkludu r-rekords tad-detentur. |
|
62 |
Barra minn hekk, peress li, kif ġie espost fil-punt 57 ta’ din is-sentenza, il-Kodiċi Doganali ma jsemmi ebda obbligu partikolari impost fuq id-detentur li jivverifika l-eżattezza tad-dikjarazzjonijiet li jinsabu fid-dokumenti mibgħuta lilu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, dwar il-kundizzjonijiet li fihom id-detentur jista’ jinvoka aspettattivi leġittimi fil-konformità tar-rekords tiegħu mal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 178 tar-Regolament Delegat 2015/2446. |
|
63 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, kif osservat l-Avukata Ġenerali fil-punt 69 tal-konklużjonijiet tagħha, tqum il-kwistjoni dwar, b’mod partikolari, f’liema kundizzjonijiet prattika amministrattiva stabbilita li tikkonsisti fit-twaħħil, fuq il-polozz tal-vjaġġ CMR li jakkumpanjaw il-merkanzija mal-ħruġ tagħha miż-żona ħielsa, ta’ indikazzjoni ffirmata u ta’ timbru li jindikaw li din il-merkanzija kisbet l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni tista’ toħloq, fir-rigward tad-detentur, indikazzjoni ffirmata u timbru li jindikaw li din il-merkanzija kisbet l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni, aspettattiva leġittima fis-sens li, skont l-Artikolu 178(3) tar-Regolament Delegat 2015/2446, l-awtoritajiet doganali neħħew l-obbligu li jipprovdu ċerta informazzjoni prevista fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-artikolu u li l-inklużjoni, fir-rekords tad-detentur, ta’ informazzjoni relatata biss ma’ poloz tal-vjaġġ CMR annotati mill-awtoritajiet doganali hija suffiċjenti. |
|
64 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jagħmel parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u huwa impost fuq kull awtorità nazzjonali inkarigata li tapplika d-dritt tal-Unjoni (sentenza tal-14 ta’ Lulju 2022, Sense Visuele Communicatie en Handel vof,C‑36/21, EU:C:2022:556, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
65 |
Minn dan isegwi li, fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali, l-awtoritajiet nazzjonali huma obbligati li josservaw dan il-prinċipju. Issa, id-dritt li jiġi invokat l-imsemmi prinċipju jappartjeni, bħala korollarju tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, lil kull individwu li jinsab f’sitwazzjoni li fiha amministrazzjoni tkun nisslet fih aspettattivi fondati. Informazzjoni preċiża, inkundizzjonata, konsistenti u li toriġina minn sorsi awtorizzati u affidabbli tista’ tnissel tali aspettattivi, tkun xi tkun il-forma li fiha tiġi kkomunikata. Għall-kuntrarju, ħadd ma jista’ jinvoka ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi fl-assenza ta’ garanziji preċiżi li jkunu ngħatawlu mill-amministrazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-4 ta’ Ottubru 2024, Il-Litwanja et vs Il-Parlament u l-Kunsill (Pakkett dwar il-Mobbiltà), C‑541/20 sa C‑555/20, EU:C:2024:818, punt 616). Barra minn hekk, l-aġir ta’ awtorità nazzjonali inkarigata mill-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li tmur kontra dispożizzjoni ta’ dan id-dritt jew kontra d-dritt nazzjonali adottat b’applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, ma jistax joħloq aspettattivi leġittimi fi ħdan operatur ekonomiku. (ara s-sentenza tal-14 ta’ Lulju 2022, Sense Visuele Communicatie en Handel vofC‑36/21, EU:C:2022:556, punti 22 u 28 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
66 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 178(3) tar-Regolament Delegat 2015/2446 ma jipprevedix modalitajiet preċiżi li permezz tagħhom l-awtoritajiet doganali jistgħu jneħħu l-obbligu li jipprovdu ċerta informazzjoni prevista fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-artikolu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, prassi amministrattiva kostanti li tikkonsisti fil-kunsiderazzjoni li l-inklużjoni, fir-rekords tad-detentur, tal-informazzjoni dwar polza tal-vjaġġ CMR li takkumpanja l-merkanzija kkonċernata mal-ħruġ tagħha minn żona ħielsa, flimkien mal-indikazzjoni tal-istatus doganali, iċċertifikata bit-timbru doganali u ffirmata minn aġent doganali, hija suffiċjenti għall-finijiet tar-rilaxx tas-sistema doganali partikolari ma tmurx kontra l-Artikolu 178(1) (b) u (c) u (3) tar-Regolament Delegat 2015/2446. |
|
67 |
Għaldaqstant, id-detentur jista’ jinvoka, fil-preżenza ta’ tali prattika, aspettattivi leġittimi fil-konformità tar-rekords tiegħu mal-Artikolu 178 tar-Regolament ta’ Delega 2015/2446. Dan jista’ jkun il-każ, b’mod partikolari, jekk l-awtoritajiet doganali, fil-passat, indikaw lid-detentur b’mod preċiż, inkundizzjonat u konkordanti li l-inklużjoni, fir-rekords tiegħu, tad-data li tippermetti li tiġi identifikata polza tal-vjaġġ CMR b’din l-indikazzjoni kienet biżżejjed sabiex jitqies li dan kien issodisfa l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmi artikolu. F’tali każ, id-detentur jista’ jkollu aspettattivi leġittimi fil-fatt li l-awtoritajiet doganali, konformement mal-Artikolu 178(3) tar-Regolament Delegat 2015/2446, neħħew l-obbligu li jipprovdu ċerta informazzjoni prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu. |
|
68 |
Konsegwentement, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi għandu jiġi interpretat fis-sens li d-detentur jista’ jibbaża tali aspettattiva fil-konformità tar-rekords tiegħu mal-Artikolu 178(1)(b) u (c) tar-Regolament Delegat 2015/2446 dwar prassi stabbilita tal-awtoritajiet doganali li minnha jirriżulta b’mod preċiż u inkundizzjonat li l-inklużjoni, fir-rekords tad-detentur, biss ta’ informazzjoni dwar polza tal-vjaġġ CMR li takkumpanja l-merkanzija kkonċernata meta tinħareġ minn żona ħielsa, flimkien mal-indikazzjoni bil-miktub tal-istatus doganali, iċċertifikata bit-timbru doganali u ffirmata minn uffiċjal doganali, hija biżżejjed sabiex tissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet. |
Fuq il-ħames domanda
|
69 |
Permezz tal-ħames domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tirrigwarda l-awtorità ta’ res judicata, li tobbliga lil qorti ta’ Stat Membru tannulla dejn doganali dovut mid-detentur skont l-Artikolu 79 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, għar-raġuni li l-qorti ta’ dan l-Istat Membru kompetenti sabiex tistħarreġ il-legalità tas-sanzjoni amministrattiva imposta fuq dan id-detentur għall-istess operazzjonijiet doganali u għall-istess raġunijiet bħal dawk li minnhom jirriżulta dan id-dejn ikkonstatat, f’deċiżjoni ġudizzjarja li kisbet l-awtorità ta’ res judicata, li dan ma naqasx milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni. |
|
70 |
Għandu jiġi speċifikat qabelxejn li r-risposta għal din id-domanda tingħata fil-każ li l-qorti tar-rinviju tqis, minn naħa, li l-awtoritajiet doganali ma neħħewx formalment, skont l-Artikolu 178(3) tar-Regolament Delegat 2015/2446, l-obbligi rilevanti tad-detentur u, min-naħa l-oħra, li d-detentur ma jistax, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, jinvoka aspettattivi leġittimi fil-konformità tar-rekords tiegħu mal-Artikolu 178(1)(b) u (c) tar-Regolament Delegat 2015/2446. |
|
71 |
Wara li ġie ppreċiżat dan, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata għandu importanza kemm fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni kif ukoll fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali. Fil-fatt, sabiex jiġu ggarantiti kemm l-istabbiltà tal-liġi u tar-relazzjonijiet ġuridiċi kif ukoll l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, huwa essenzjali li d-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jkunu saru definittivi wara li jkunu ntużaw il-mezzi kollha disponibbli għal appell jew wara li jkun skada t-terminu previst għal appell sabiex dawn is-sentenzi ma jkunux jistgħu jiġu kkontestati iktar. (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-7 ta’ April 2022, Avio Lucos,C‑116/20, EU:C:2022:273, punt 92 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
72 |
Għaldaqstant, id-dritt tal-Unjoni ma jimponix fuq il-qorti nazzjonali l-obbligu li ma tapplikax ir-regoli proċedurali interni li jagħtu l-awtorità ta’ res judicata lil deċiżjoni, anki jekk, li kieku jsir hekk, dan jippermetti li tiġi rrimedjata sitwazzjoni nazzjonali li tkun inkompatibbli ma’ dan id-dritt. Id-dritt tal-Unjoni ma jeżiġix għalhekk li, sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni rilevanti ta’ dan id-dritt adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja, korp ġudizzjarju nazzjonali għandu, bħala prinċipju, jirriforma d-deċiżjoni tiegħu li jkollha l-awtorità ta’ res judicata (sentenza tat-2 ta’ April 2020, CRPNPAC u Vueling Airlines, C‑370/17 u C‑37/18, EU:C:2020:260, punti 89 u 90 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
73 |
Fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar dan is-suġġett, ir-regoli dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata jaqgħu taħt l-ordinament ġuridiku intern tal-Istati Membri skont il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali ta’ dawn tal-aħħar. Madankollu, dawn ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili ta’ natura interna (prinċipju ta’ ekwivalenza) u lanqas ma għandhom jiġu applikati b’mod li, fil-prattika, l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jsir impossibbli jew eċċessivament diffiċli (prinċipju ta’ effettività) (sentenza tas-7 ta’ April 2022, Avio Lucos, C‑116/20, EU:C:2022:273, punt 100 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
74 |
Barra minn hekk, kull każ, li fih tqum id-domanda ta’ jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali tagħmilx impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni għandu jiġi analizzat billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-irwol ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura kollha, l-iżvolġiment tiegħu u l-karatteristiċi partikolari tiegħu quddiem id-diversi qrati nazzjonali. F’din il-perspettiva, hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni, jekk ikun neċessarju, il-prinċipji li fuqhom hija bbażata s-sistema ġudizzjarja nazzjonali, bħalma huma l-ħarsien tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-iżvolġiment korrett tal-proċedura (sentenza tat-2 ta’ April 2020, CRPNPAC u Vueling Airlines, C‑370/17 u C‑37/18, EU:C:2020:260, punt 93). |
|
75 |
Għalhekk, ġie deċiż li l-prinċipju ta’ effettività jipprekludi interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata li ġġiegħel lill-qorti nazzjonali tirriproduċi interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni, minħabba s-sempliċi fatt li, għalkemm għandha suġġett differenti, il-kawża pendenti quddiemha tirrigwarda l-istess relazzjoni ġuridika jew l-istess punt fundamentali deċiż permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li saret res judicata. Fil-fatt, tali ostakoli għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni ma jistgħux jiġu ġġustifikati b’mod raġonevoli permezz tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u għandhom għalhekk jitqiesu li jmorru kontra l-prinċipju ta’ effettività (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-3 ta’ Settembru 2009, Fallimento Olimpiclub,C‑2/08, EU:C:2009:506, punti 29 sa 31; tat-2 ta’ April 2020, CRPNPAC u Vueling Airlines, C‑370/17 u C‑37/18, EU:C:2020:260, punti 94 sa 96, kif ukoll tas-7 ta’ April 2022, Avio Lucos, C‑116/20, EU:C:2022:273, punti 102 sa 104). |
|
76 |
Issa, il-qorti tar-rinviju ma hijiex mitluba tirriproduċi interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni li tirriżulta minn deċiżjoni ġudizzjarja li ddeċidiet, b’mod definittiv, fuq relazzjoni ġuridika jew punt fundamentali inkwistjoni f’tilwima li għandha suġġett differenti. |
|
77 |
Fil-fatt, l-ewwel nett, il-kawża deċiża mir-Rīgas apgabaltiesas Krimināllietu tiesas kolēhebija (il-Qorti Reġjonali ta’ Riga, Kulleġġ Kriminali) u l-kawża prinċipali jirrigwardaw l-istess operazzjonijiet doganali. |
|
78 |
It-tieni nett, huwa ċertament minnu li n-nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu doganali jista’ jwassal għal diversi konsegwenzi legali, bħat-tnissil ta’ dejn doganali prinċipali, kompost minn dazji fuq l-importazzjoni u ta’ VAT, minn naħa, u mill-penalitajiet marbuta miegħu, min-naħa l-oħra. Xorta jibqa’ l-fatt li, kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, kemm id-dejn prinċipali kif ukoll il-penalitajiet moratorji relatati miegħu huma dovuti mid-detentur skont deċiżjoni waħda tal-amministrazzjoni fiskali u, fi kwalunkwe każ, joriġinaw mill-allegat nuqqas ta’ osservanza tal-istess obbligi relatati mar-rekords tad-detentur bħal dawk li fuqhom hija bbażata l-kawża deċiża mir-Rīgas apgabaltiesas Krimināllietu tiesas kolēģija (il-Qorti Reġjonali ta’ Riga, Kulleġġ Kriminali). |
|
79 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, sa fejn id-dritt Latvjan jipprevedi regola li tgħid li l-qrati amministrattivi huma marbuta bid-deċiżjonijiet tal-qrati kriminali, il-kontestazzjoni ta’ din l-allegata inosservanza, imqajma fil-kuntest ta’ azzjonijiet ġudizzjarji li jikkonċernaw l-istess operazzjonijiet doganali, għandha, bħala prinċipju, tiġi rregolata b’mod uniformi. Issa, il-prinċipju ta’ effettività ma jistax jipprekludi l-osservanza tal-awtorità ta’ res judicata li għandha deċiżjoni ġudizzjarja li tkun saret definittiva, bil-kundizzjoni li din l-osservanza ma tipproduċix effetti fir-rigward ta’ kawżi oħra għajr dawk li jikkontestaw il-legalità tal-istess deċiżjoni amministrattiva jew il-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti li jikkonċernaw l-istess operazzjonijiet doganali. |
|
80 |
Konsegwentement, ir-risposta għall-ħames domanda għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tirrigwarda l-awtorità ta’ res judicata, li tobbliga lil qorti ta’ Stat Membru tannulla dejn doganali dovut mid-detentur skont l-Artikolu 79 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, għar-raġuni li l-qorti ta’ dan l-Istat Membru kompetenti sabiex tistħarreġ il-legalità tas-sanzjoni amministrattiva imposta fuq dan id-detentur għall-istess operazzjonijiet doganali u għall-istess raġunijiet bħal dawk li minnhom jirriżulta dan id-dejn ikkonstatat, f’deċiżjoni ġudizzjarja li kisbet l-awtorità ta’ res judicata, li dan ma naqasx milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni. |
Fuq l-ispejjeż
|
81 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.