1993D0152 — MT — 01.12.2010 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Frar 1993

li tipprovdi l-kriterji għall-vaċċini li għandhom jintużaw kontra l-marda Newcastle fil-kuntest ta’ programmi ta’ tilqim ta’ rutina

(93/152/KEE)

(ĠU L 059, 12.3.1993, p.35)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-22 ta’ Ottubru 2010

  L 279

33

23.10.2010




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Frar 1993

li tipprovdi l-kriterji għall-vaċċini li għandhom jintużaw kontra l-marda Newcastle fil-kuntest ta’ programmi ta’ tilqim ta’ rutina

(93/152/KEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis ( 1 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE ( 2 ), u b’mod partikolari l-Anness III li jinsab magħha,

Billi l-Anness III li jinsab mad-Direttiva 90/539/KEE jgħid li l-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-kriterji għall-użu ta’ vaċċini kontra l-marda Newcastle fil-kuntest ta’ programmi ta’ tilqim ta’ rutina;

Billi l-imsemmija kriterji għandhom jiżguraw li vaċċini ħajjin imnaqqsa u inattivati użati fil-programmi ta’ tilqim ta’ rutina jikkonformaw ma’ ċerti ħtiġjiet li jirrelataw ma’ l-indiċi intracerebral pathogenicity (ICPI) dwar il-linja tal-virus tal-marda Newcastle użat fl-imsemmi vaċċini;

Billi jidher mixtieq li l-livell ta’ l-indiċi intracerebral pathogenicity dwar il-linji tal-virus li għandu jintuża fil-produzzjoni tal-vaċċini għandu jkun iddefinit b’mod ċar;

Bill-l-Kumitat Xjentifiku Veterinarju u l-Kumitat Permanenti Veterinarju ġew ikkonsultati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Għall-użu fil-programmi ta’ tilqim ta’ rutina:

(a) vaċċini ħajjin imnaqqsa kontra l-marda Newcastle għandhom jitħejjew mil-linja tal-virus tal-marda Newcastle li għalih iż-żerriegħa mamma tkun ġiet ittestjata u tkun uriet li jkollha indiċi intracerebral pathogenicity (ICPI) ta’:

(i) anqas minn 0,4 jekk mhux anqas minn 107 EID50 huwa mogħti lil kull tajra fit-test ICPI;

jew

(ii) anqas minn 0,5 jekk mhux anqas minn 108 EID50 huwa mogħti lil kull tajra fit-test ICPI;

▼M1 —————

▼B

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni preżenti għandha tgħodd mill-1 ta’ Jannar 1995.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6.

( 2 ) ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54.