25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 73/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2008 tal-25 ta' April 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar konsenji dwar l-iskart (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 iħassar, b'effett mit-12 ta' Lulju 2007, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 (3) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/774/KE (4) li huma inkorporati fil-Ftehim u li konsegwentement għandhom jitħassru taħt dan il-Ftehim.

(4)

L-adattazzjonijiet preżenti għar-Regolament (KEE) Nru 259/93 u d-Deċiżjoni 94/774/KE fir-rigward ta' Liechtenstein għandhom, fis-sustanza, jibqgħu l-istess,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

It-test ta' punt 32c (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

“ 32006 R 1013: Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar konsenji ta' skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).

L-arranġamenti tranżizzjonali stabbiliti fl-Annessi ta' l-Att dwar l-Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 għal-Latvja (Aness VIII, Kapitolu 10, Sezzjoni B, punt 1), l-Ungerija (Anness X, Kapitolu 8, Sezzjoni A, punt 1), Malta (Anness XI, Kapitolu 10, Sezzjoni B, punt 1), il-Polonja (Anness XII, Kapitolu 13, Sezzjoni B, punt 1) u s-Slovakkja (Anness XIV, Kapitolu 9, Sezzjoni B, punt 1) li jikkonċernaw ir-Regolament (KEE) Nru 259/93 għandhom ikunu applikabbli mutatis mutandis.

L-arranġamenti tranżizzjonali stabbiliti fl-Annessi ta' l-Att dwar l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 10, Sezzjoni B, punt 1) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 9, Sezzjoni B, punt 1) li jikkonċernaw ir-Regolament (KEE) Nru 259/93 għandhom ikunu applikabbli mutatis mutandis.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Fir-rigward ta' l-esportazzjoni ta' l-iskart għall-irkupru (Titolu IV, Kapitolu 2 tar-Regolament), Liechtenstien għandu jitqies bħala pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni OECD.

(b)

Għall-iskart perikoluż li jiġi dispost jew irkuprat fl-Iżvizzera, il-Liechtenstein jista' juża n-notifika u d-dokumenti tal-moviment Żvizzeru minflok il-formoli standard annessi mar-Regolament.

(c)

Fl-Artikolu 2(29) il-kliem “jew fit-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “it-territorju doganali tal-Komunità”.”

2)

Fit-test ta' adattazzjoni ta' punt 32aa (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532 KE) il-kliem “u msemmi mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93” fl-aħħar sentenza għandu jinbidel mal-kliem “u msemmi mir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”.

3)

It-test tal-punt 32ca (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/774/KE) għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Ġunju 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 223, 21.8.2008, p. 54.

(2)   ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(3)   ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1.

(4)   ĠU L 310, 3.12.1994, p. 70.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.