European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2646

4.10.2024

DEĊIŻJONI (UE) 2024/2646 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tat-2 ta’ Ottubru 2024

li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta’ 26 Imħallef tal-Qorti Ġenerali skadew fil-31 ta’ Awwissu 2022.

(2)

F’dan il-kuntest, ġie propost it-tiġdid tal-mandat tas-Sur Juraj SCHWARCZ bħala Mħallef tal-Qorti Ġenerali. Jenħtieġ li s-Sur Juraj SCHWARCZ jinħatar għall-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2028.

(3)

Barra minn hekk, il-mandati ta’ 26 Imħallef fil-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta’ Awwissu 2025. Jenħtieġ li jsiru ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2025 sal-31 ta’ Awwissu 2031.

(4)

Ġie propost it-tiġdid tal-mandati tas-Sa Suzanne KINGSTON, is-Sur Colm MAC EOCHAIDH, is-Sur José MARTÍN Y PÉREZ DE NANCLARES u s-Sur Miguel SAMPOL PUCURULL bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali.

(5)

Skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara l-ħatra tas-Sur Stéphane GERVASONI bħala Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja, jenħtieġ li jinħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sur Stéphane GERVASONI, jiġifieri sal-31 ta’ Awwissu 2025. Is-Sur Hervé CASSAGNABÈRE ġie nnominat għall-kariga li saret vakanti.

(6)

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara l-ħatra tas-Sur Dean SPIELMANN bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja, jenħtieġ li jinħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sur Dean SPIELMANN, jiġifieri sal-31 ta’ Awwissu 2028. Is-Sur Raphaël MEYER ġie nnominat għall-kariga li saret vakanti.

(7)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dawn il-kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallef tal-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Juraj SCHWARCZ huwa b’dan maħtur Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2028.

Artikolu 2

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin Imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2025 sal-31 ta’ Awwissu 2031:

—

Is-Sa Suzanne KINGSTON,

—

Is-Sur Colm MAC EOCHAIDH,

—

Is-Sur José MARTÍN Y PÉREZ DE NANCLARES,

—

Is-Sur Miguel SAMPOL PUCURULL.

Artikolu 3

Is-Sur Hervé CASSAGNABÈRE huwa b’dan maħtur imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perjodu mis-7 ta’ Ottubru 2024 sal-31 ta’ Awwissu 2025.

Artikolu 4

Is-Sur Raphaël MEYER huwa b’dan maħtur imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perjodu mis-7 ta’ Ottubru 2024 sal-31 ta’ Awwissu 2028.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2024.

Il-President

ÓDOR B.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2646/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)