|
11.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/3 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 609/2009
tat-8 ta’ Lulju 2009
li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Maqgħuda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni b’mod uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri rigward il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella li tinsab fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa approprjat li jiġi pprovdut li informazzjoni vinkolanti tat-tariffa li tkun inħarġet mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri fir-rigward tal-klassifika ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma tkunx skont dan ir-Regolament, tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tiġi invokata mid-detentur, taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mfassla fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Maqgħuda taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
|||||||||
|
Prodott f’forma granulari ta’ (% bil-piż):
u l-bqija huma impuritajiet Il-prodott huwa wżat fi preparamenti tat-tip użat fl-għalf tal-annimali. |
2923 90 00 |
Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 (a) u 1(f) tal-Kapitolu 29 u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 2923 u 2923 90 00 . Il-prodott barra minn anhydrous betaine u ilma fih biss kalċjusteariku (aġent ta’ kontra t-tgħaqqid) u impuritajiet u konsegwentement jissodisfaw il-kliem tan-Noti 1(a) u 1(f) tal-Kapitolu 29. Betaine mhux vitamina jew provitamina tal-intestatura 2936 . Huwa melħ tal-ammonju intramolekulari quartenery [ara wkoll in-Noti Spjegati tas-Sistema Armonizzata (HS EN) tal-intestatura 2923 , paragrafu 4 (6)]. B’hekk, il-prodott għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 2923 . |