1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/27


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10135 — Nordic Capital/Astorg Asset Management/Cytel)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 34/09)

1.   

Fil-25 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Nordic Capital X Limited (“Nordic Capital”, Jersey, Channel Islands),

—

Astorg VII SLP (“Astorg VII”, il-Lussemburgu), fond ġestit minn Astorg Asset Management S.a.r.l. (“Astorg”, il-Lussemburgu),

—

Cytel Inc. (“Cytel”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Nordic Capital u Astorg jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Cytel.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Nordic Capital: grupp ta’ fondi ta’ ekwità privata li jiffokaw fuq l-investimenti primarjament fir-reġjun Nordiku u setturi magħżula tal-Ewropa tat-Tramuntana. Nordic Capital jinvesti f’firxa wiesgħa ta’ industriji iżda jiffoka b’mod partikolari fuq il-kura tas-saħħa, it-teknoloġija u l-pagamenti, is-servizzi finanzjarji, is-servizzi industrijali u l-prodotti tal-konsumatur,

—

Astorg: grupp ta’ ekwità privata Ewropew b’uffiċċji f’Londra, Pariġi, il-Lussemburgu, Frankfurt, New York u Milan. Astorg ifittex li jissieħeb ma’ timijiet ta’ ġestjoni intraprenditorjali biex jakkwista kumpaniji globali u joħloq valur permezz tal-għoti ta’ gwida strateġika, governanza b’esperjenza u kapital adegwat,

—

Cytel: tipprovdi software u servizzi xprunati mid-data lill-industrija farmaċewtika u bijoteknoloġika, u toffri software tad-disinn tal-istudju statistiku, servizzi analitiċi tax-xjenza tad-data u konsulenza biex jittejbu l-eżiti tal-provi kliniċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10135 – Nordic Capital/Astorg Asset Management/Cytel

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.