Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 – Strålfors vs UASI (ID SOLUTIONS)
(Kawża T-211/10)
“Rikors għal annullament – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà manifesta”
Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Sunt tal-motivi invokati - Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors - Riferiment għall-annessi kollha - Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punti 5-7)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1111/2009‑2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ID SOLUTIONS bħala trade mark Komunitarja. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Strålfors AB |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali ID SOLUTIONS, għal prodotti fil-klassi 16 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8235202 |
|
Deċiżjoni tal-eżaminatur: |
Reġistrazzjoni parzjalment irrifjutata |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud u deċiżjoni kkontestata kkonfermata |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Strålfors AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |