|
7.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 717/2009
tal-4 ta’ Awwissu 2009
li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u speċjalment Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hu neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna Nru (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna Nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna Nru (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’IL-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi-President
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
8517 12 00 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 għas-Sezzjoni XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8517 u 8517 12 00 . L-apparat huwa magna komposta, magħmula minn komponenti differenti. Peress li l-apparat ġie ddisinjat biex ikun mgħammar b’SIM (Modulu li Jiddentifika l-Abbonat) u peress li, meta l-apparat huwa mgħammar b’SIM li ġie attivat, il-funżjoni tat-telefonija mobbli tieħu preċedenza fuq il-funzjonijiet tal-apparat kollha l-oħra (b’mod partikolari, it-telefonati rċevuti jieħdu prijorità fuq il-funzjonijiet kollha l-oħra li jintużaw), il-funzjoni prinċipali tal-apparat fi ħdan it-tifsira tan-Nota 3 tas-Sezzjoni XVI hija meqjusa bħala komunikazzjoni permezz ta’ sett tat-telefon ċellulari li tkopri netwerk ċellulari kif previst fl-intestatura 8517 (sotto intestatura 8517 12 00 ). Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt is-sotto intestatura 8517 12 00 bħala telefon għan-netwerks ċellulari skont il-komponent li jħaddem il-funzjoni prinċipali tal-apparat. |

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 għas-Sezzjoni XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8517 u 8517 12 00 . L-apparat huwa magna komposta, magħmula minn komponenti differenti. Peress li l-apparat ġie ddisinjat biex ikun mgħammar b’SIM (Modulu li Jiddentifika l-Abbonat) u peress li, meta l-apparat huwa mgħammar b’SIM li ġie attivat, il-funżjoni tat-telefonija mobbli tieħu preċedenza fuq il-funzjonijiet tal-apparat kollha l-oħra (b’mod partikoalri, it-telefonati rċevuti jieħdu prijorità fuq il-funzjonijiet kollha l-oħra li jintużaw), il-funzjoni prinċipali tal-apparat fi ħdan it-tifsira tan-Nota 3 tas-Sezzjoni XVI titqies bħala komunikazzjoni permezz ta’ sett tat-telefon ċellulari li tkopri netwerk ċellulari kif previst fl-intestatura 8517 (sotto intestatura 8517 12 00 ). Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt is-sotto intestatura 8517 12 00 bħala telefon għan-netwerks ċellulari skont il-komponent li jħaddem il-funzjoni prinċipali tal-apparat. |