3.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/20


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9566 — CK Asset/CK Hutchison/Alberta/Northumbrian Water/Northumbrian Services/West Gas/Western Gas/UK Rails/Dutch Enviro)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 332/10)

1.   

Fis-26 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CK Asset Holdings Limited (“CKA”, Ħong Kong),

—

CK Hutchison Holdings Limited (“CKHH”, Ħong Kong),

—

1822604 Alberta Ltd (il-Kanada), ikkontrollata minn CKHH,

—

Northumbrian Water Group Limited (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn CKHH,

—

Northumbrian Services Limited (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn CKHH,

—

West Gas Networks Limited (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn CKHH,

—

Western Gas Networks Limited (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn CKHH,

—

UK Rails S.à r.l. (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn CKHH,

—

Dutch Enviro Energy Holdings B.V. (in-Netherlands), ikkontrollata minn CKHH.

CKA u CKHH jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolamrnt dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ 1822604 Alberta Ltd, Northumbrian Water Group Limited, Northumbrian Services Limited, West Gas Networks Limited, Western Gas Networks Limited, UK Rails S.à r.l. u Dutch Enviro Energy Holdings B.V kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew kwalunkwe mezzi oħrajn.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CKA: żvilupp u investiment tal-proprjetà, tħaddim ta’ lukanda u suites b’servizz, ġestjoni ta’ proprjetà u proġetti, investiment fl-infrastruttura tħaddim ta’ assi tal-utilità u kiri ta’ ajruplani.

—

CKHH: portijiet u servizzi relatati, infrastruttura, bejgħ lil konsumaturi, enerġija, u telekomunikazzjonijiet.

—

1822604 Alberta Ltd: parkeġġ għall-karozzi barra l-ajruport fil-Kanada.

—

Northumbrian Water Group Limited u Northumbrian Services Limited: provvista ta’ ilma, dranaġġ u ilma tad-dranaġġ fl-Ingilterra u Wales.

—

West Gas Networks Limited u Western Gas Networks Limited: network tad-distribuzzjoni tal-gass f’Wales u fi Lbiċ tal-Ingilterra.

—

UK Rails S.à r.l.: is-sid tal-Ersholt Rail Group, kumpanija li hija proprjetarja tal-ferroviji fir-Renju Unit.

—

Dutch Enviro Energy Holdings B.V.: provvista ta’ enerġija mill-iskart fin-Netherlands.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9566 — CK Asset/CK Hutchison/Alberta/Northumbrian Water/Northumbrian Services/West Gas/Western Gas/UK Rails/Dutch Enviro

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.