|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/4 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9638 — Hyundai Motor Group/Aptiv/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 26/03)
1.
Fis-17 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Aptiv PLC (“Aptiv”, l-Irlanda), |
|
— |
Hyundai Motor Company, Kia Motors Corporation u Hyundai Mobis, kollha jappartjenu għall-Hyundai Motor Group (“HMG”, il-Korea t’Isfel). |
Aptiv u HMG jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, “JV”, l-Istati Uniti tal-Amerka.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Aptiv: kumpanija dinjija tat-teknoloġija u l-mobilità li primarjament isservi lis-settur tal-karozzi. Aptiv tiddisinja u timmanifattura kompenenti tal-vetturi u soluzzjonijiet tat-teknoloġija tas-sigurtà, |
|
— |
HMG: grupp internazzjonali ta’ kumpaniji b’portafoll varjat ta’ attivitajiet kummerċjali, inklużi l-manifattura u l-bejgħ tat-tipi kollha ta’ vetturi bil-mutur. L-affiljati ewlenin ta’ HMG jinkludu l-fergħat tagħha li jagħmlu l-karozzi, HMC u Kia kif ukoll l-unità tagħha Mobis, li tagħmel il-partijiet tal-karozzi. |
Il-JV se tiddisinja, tiżviluppa u tikkummerċjalizza teknoloġiji ta’ software għal sewqan awtomatiku, servizzi, sistemi, arkitettura tal-vetturi u offerti oħra relatati fir-rigward tal-Livelli 4 u u / jew 5 tas-Society of Automotive Engineers (“SAE”) għal sewqan awtomatiku.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9638 — Hyundai Motor Group/Aptiv/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 229-64301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).