<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-189/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0189</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:861">EU:C:2019:861</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20191016">16.10.2019</DATE> – Kawża C‑189/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Glencore Agriculture Hungary</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20191016">16 ta’ Ottubru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 167 u 168</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal tnaqqis tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut</KEYWORD><KEYWORD>Frodi</KEYWORD><KEYWORD>Produzzjoni tal-provi</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’rispett tad-drittijiet tad-difiża</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal smigħ</KEYWORD><KEYWORD>Aċċess għall-fajl –Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Stħarriġ ġudizzjarju effettiv</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ kontradittorju</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li tipprovdi li, waqt verifika tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT eżerċitat minn persuna taxxabbli, l-amministrazzjoni tat-taxxa hija marbuta mill-konstatazzjonijiet ta’ fatt u l-klassifikazzjonijiet ġuridiċi li twettqu minnha fil-kuntest tal-proċeduri amministrattivi relatati li għalihom din il-persuna taxxabbli ma kinitx parti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑189/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Budapest, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180214">14 ta’ Frar 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20180313">13 ta’ Marzu 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Glencore Agriculture Hungary Kft.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, I. Jarukaitis (Relatur), E. Juhász, M. Ilešič u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20190320">20 ta’ Marzu 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Glencore Agriculture Hungary Kft., minn Z. Várszegi, D. Kelemen u B. Balog, ügyvédek,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u G. Koós, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Havas u minn J. Jokubauskaitė, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20190605">5 ta’ Ġunju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifka fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Glencore Agriculture Hungary Kft. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Glencore<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (id-Direttorat tal-Appelli tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Taxxa u tad-Dwana, l-Ungerija) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>amministrazzjoni tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) dwar żewġ deċiżjonijiet li jordnaw, b’mod partikolari, il-ħlas tas-somom dovuti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) għas-snin finanzjarji 2010 u 2011.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 167 tad-Direttiva VAT jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Dritt ta’ tnaqqis iseħħ fil-ħin meta t-taxxa mnaqqsa tiġi imposta.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 168 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-transazzjonijiet, li tnaqqas mll-VAT li għandha tħallas dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat Membru rigward provvisti li sarulha ta’ merkanzija jew servizzi, li twettqu jew li għad iridu jitwettqu minn persuna taxxabli oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 119(1) tal-általános forgalmi adóról szóló 2007. évi CXXVII. törvény (il-Liġi Nru CXXVII tal-2007 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud) jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor, id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa jitnissel meta jeħtieġ li tiġi stabbilita t-taxxa dovuta li tikkorrispondi għat-taxxa tal-input ikkalkolata (Artikolu 120).<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 120 ta’ din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Sakemm l-oġġetti u s-servizzi huma użati, jew operati mill-persuna taxxabbli – u f’din il-kwalità – sabiex jitwettqu kunsinni ta’ oġġetti jew provvisti ta’ servizzi taxxabbli, din għandha tkun intitolata li tnaqqas mit-taxxa li għandha tħallas:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>it-taxxa li ġiet iffatturata lilha minn persuna taxxabbli oħra – inkluża kull persuna jew entità suġġetta għal taxxa ssemplifikata fuq il-kumpanniji – waqt l-akkwist ta’ oġġetti jew l-użu ta’ servizzi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(3a) tal-adózás rendjéről szóló 2003. évi XCII. törvény (il-Liġi Nru XCII tal-2003 li tistabbilixxi Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Fil-proċess ta’ spezzjoni tal-partijiet f’relazzjoni legali (kuntratt, tranżazzjoni) li toħloq kwalunkwe obbligu fiskali, l-awtorità tat-taxxa għandha tittratta kwalunkwe relazzjoni legali li diġà ġiet eżaminata u kklassifikata bl-istess mod fir-rigward ta’ kull persuna taxxabbli u għandha tapplika awtomatikament il-konstatazzjonijiet tagħha magħmula fir-rigward ta’ waħda mill-partijiet f’konnessjoni mal-ispezzjoni tal-parti l-oħra.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 12(1) u (3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali, il-persuna taxxabbli, l-istess bħal kwalunkwe persuna li hija obbligata tħallas it-taxxa taħt l-Artikolu 35(2) u (7), hija intitolata tara d-dokumenti relatati mat-taxxa. Hija tista’ tispezzjona, tieħu jew titlob kopja, ta’ kwalunkwe dokument li huwa neċessarji sabiex tkun tista’ teżerċita d-drittijiet tagħha jew sabiex twettaq l-obbligi tagħha. Madankollu l-persuna taxxabbli ma tistax tispezzjona, fost oħrajn, kwalunkwe parti ta’ dokument li fih informazzjoni fuq persuna oħra u li l-iżvelar tagħha jikser dispożizzjoni fil-qasam tas-sigrieti tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 97(4) u (5) ta’ dan il-kodiċi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="097.004"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità tat-taxxa għandha taċċerta l-fatti rilevanti tal-każ u tipprova l-konstatazzjonijiet tagħha fil-konklużjoni tal-ispezzjoni, sakemm l-oneru tal-prova ma jitpoġġiex fuq il-persuna taxxabbli bil-liġi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="097.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>[…] konstatazzjonijiet ta’ spezzjonijiet oħra relatati li kienu ordnati […] għandhom, b’mod partikolari, jinftiehmu bħala prova u evidenza ammissibbli.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 100(4) tal-imsemmi kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Jekk l-awtorità tat-taxxa tehmeż il-konstatazzjonijiet mill-ispezzjoni ta’ persuna taxxabbli oħra jew l-informazzjoni u l-evidenza miksuba matul kwalunkwe inkjesta relatata biex issostni r-riżultati ta’ spezzjoni, ir-rapport u d-deċiżjoni dwar tali spezzjoni, jew l-informazzjoni u l-evidenza miksuba matul dik l-inkjesta relatata, għandhom jingħataw lill-persuna taxxabbli sa fejn din tkun ikkonċernata.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Glencore hija kumpannija stabbilita fl-Ungerija li prinċipalment teżerċita attività ta’ bejgħ bl-ingrossa ta’ ċereali, żerriegħa li minnha jingħasar iż-żejt u għalf għall-annimali kif ukoll materja prima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Wara spezzjonijiet rigward, minn naħa, it-taxxi u s-sussidji kollha tas-snin finanzjarji 2010 u 2011, bl-eċċezzjoni tal-VAT tax-xahar ta’ Settembru u ta’ Ottubru 2011, u, min-naħa l-oħra, l-VAT tax-xahar ta’ Ottubru 2011, l-amministrazzjoni tat-taxxa adottat żewġ deċiżjonijiet, fejn l-ewwel waħda<?PAGE NO="4"?> tordna b’mod partikolari lil Glencore tħallas is-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1951418000</FT> forint Ungeriż (HUF) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">6000000</FT>) fir-rigward tal-VAT kif ukoll multa u penalità għal dewmien u t-tieni deċiżjoni tordnalha tħallas VAT addizzjonali fl-ammont ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">130171000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">400000</FT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dawn id-deċiżjonijiet, l-amministrazzjoni tat-taxxa qieset li Glencore kienet naqset illegalment il-VAT inkwantu hija kienet taf jew kien messha kienet taf li t-tranżazzjonijiet li hija kienet wettqet mal-fornituri tagħha kienu involuti fi frodi tal-VAT. Hija bbażat ruħha fuq konstatazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta’ dawn il-fornituri billi qieset din il-frodi bħala fatt stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Wara li l-appelli amministrattivi tagħha minn dawn iż-żewġ deċiżjonijiet ġew miċħuda, Glencore ippreżentat rikors għal annullament quddiem il-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Budapest, l-Ungerija), li hija l-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, Glencore ssostni fost oħrajn li l-amministrazzjoni tat-taxxa kisret id-dritt għal smigħ xieraq iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta kif ukoll ir-rekwiżiti li dan id-dritt jinvolvi u kisret, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali tal-partijiet. Din l-amministrazzjoni kisret ukoll, fil-fehma tagħha, il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża minn żewġ aspetti. Minn naħa l-imsemmija amministrazzjoni biss kellha aċċess għall-fajl komplut relatat mal-proċeduri kriminali fil-konfront tal-fornituri, li għalihom Glencore ma kinitx parti u li fihom, konsegwentement, hija ma setgħet tinvoka ebda dritt, u għaldaqstant ġew miġbura u prodotti provi kontriha. Min-naħa l-oħra, din l-istess amministrazzjoni la qegħdet għad-dispożizzjoni tagħha l-fajl relatat mal-ispezzjonijiet imwettqa għand dawn il-fornituri, b’mod partikolari d-dokumenti li fuqhom huma bbażati l-konstatazzjonijiet magħmula minnha, la l-proċess verbal u lanqas id-deċiżjonijiet amministrattivi li hija adottat, u sempliċement ikkomunikatilha parti li hija għażlet skont il-kriterji tagħha stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni tat-taxxa ssostni li, għalkemm Glencore ma jistax ikollha drittijiet konnessi mal-kwalità ta’ parti fi proċedura fiskali kontra persuna taxxabbli oħra, madankollu ma kienx hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża peress li hija setgħet teżamina, fil-kuntest tal-proċedura li tikkonċernaha, id-dokumenti u d-dikjarazzjonijiet li ġejjin minn proċeduri relatati u mqiegħda fil-fajl tagħha, u tikkontesta l-valur probatorju tagħhom billi teżerċita d-dritt ta’ azzjoni legali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li d-dritt għal tnaqqis tal-VAT jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT u li, bħala prinċipju, ma jistax jiġi rrifjutat jekk il-kundizzjonijiet sostantivi meħtieġa jkunu ssodisfatti. Madankollu, il-prassi tal-amministrazzjoni tat-taxxa implimentata fil-kawża prinċipali, ibbażata b’mod partikolari fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(3a) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali, li tipprovdi li din l-amministrazzjoni hija marbuta bil-konstatazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjonijiet meħuda minnha wara l-ispezzjonijiet magħmula għand il-fornituri tal-persuna taxxabbli u li għandhom natura definittiva, wasslet sabiex Glencore tiġi miċħuda dan id-dritt għal tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Din il-qorti tesponi li l-Artikolu 1(3a) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali għandu l-għan li jiggarantixxi ċertezza legali billi jimponi li mill-istess operazzjoni jinsiltu l-istess konklużjonijiet. Madankollu, fil-fehma tagħha tqum il-kwistjoni dwar jekk dan l-għan jiġġustifikax prassi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha l-amministrazzjoni tat-taxxa tinħeles mill-oneru tal-prova li għandha billi tieħu inkunsiderazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> konstatazzjonijiet magħmula fil-kuntest ta’ proċedura preċedenti, li fiha l-persuna taxxabbli ma kellhiex il-kwalità ta’ parti, ma setgħetx konsegwentement teżerċita d-drittijiet relatati ma’ din il-kwalità u ma kellhiex għarfien tad-deċiżjonijiet adottati wara dawn il-proċeduri u li saru definittivi ħlief fil-kuntest tal-ispezzjonijiet li tagħhom kienet is-suġġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti żżid tgħid li Glencore kellha biss komunikazzjoni parzjali ta’ dawn id-deċiżjonijiet u tad-dokumenti li fuqhom huma bbażati, peress li l-amministrazzjoni tat-taxxa sempliċement indikat, fil-proċess verbal tagħha, kull waħda mill-konstatazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjonijiet, mingħajr ma pproduċiet dawn id-deċiżjonijiet kif ukoll lanqas id-dokumenti li fuqhom huma bbażati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-konformità ta’ tali prassi mal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża kif ukoll mad-dritt għal smigħ xieraq sanċit fl-Artikolu 47 tal-Karta, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju li hija tista’ twettaq, peress li hija ma hijiex awtorizzata teżamina l-legalità tad-deċiżjonijiet meħuda wara l-ispezzjonijiet li kkonċernaw persuni taxxabbli oħrajn u, b’mod partikolari, tivverifika jekk il-provi li fuqhom huma bbażati dawn id-deċiżjonijiet inkisbux legalment. Filwaqt li tirreferi għas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija tistaqsi jekk ir-rekwiżiti ta’ smigħ xieraq jeħtiġux li l-qorti adita b’rikors kontra d-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa li tipproċedi għal aġġustament tat-taxxa hijiex awtorizzata tistħarreġ jekk il-provi li ġejjin minn proċedura amministrattiva relatata nkisbux f’konformità mad-drittijiet iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni u jekk il-konstatazzjonijiet li huma bbażati fuqhom jiksrux dawn id-drittijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Budapest) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva VAT kif ukoll, fir-rigward tagħhom, il-prinċipju fundamentali tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u l-Artikolu 47 tal-[Karta] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru u prattika nazzjonali li tibbaża fuqha li bis-saħħa tagħhom il-konstatazzjonijiet, fil-kuntest tal-istħarriġ tal-partijiet fir-rabta legali (kuntratt, tranżazzjoni) li tikkonċerna l-obbligu fiskali, li jsiru mill-awtorità tat-taxxa bħala riżultat ta’ proċedura implimentata mingħand waħda mill-partijiet għall-imsemmija rabta legali (l-persuna li ħarġet il-fatturi fil-kawża prinċipali) u li jimplikaw klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rabta legali għandhom jitqiesu <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-awtorità tat-taxxa matul l-istħarriġ ta’ parti oħra għar-rabta legali (d-destinatarju tal-fatturi fil-kawża prinċipali), fid-dawl tal-fatt li l-parti l-oħra għar-rabta legali ma għandha ebda dritt, b’mod partikolari d-drittijiet marbutin mal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>, fil-proċedura tal-istħarriġ tal-oriġini?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Għal każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda b’risposta negattiva, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva VAT kif ukoll, fir-rigward tagħhom, il-prinċipju fundamentali tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u l-Artikolu 47 tal-[Karta] jipprekludu prattika nazzjonali li tippermetti proċedura bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda b’tali mod li l-parti l-oħra għar-rabta legali (d-destinatarju tal-fatturi) ma għandux, fil-proċedura tal-istħarriġ tal-oriġini, drittijiet marbutin mal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>, u ma jistax lanqas jeżerċita dritt ta’ rikors fil-kuntest ta’ proċedura ta’ stħarriġ li tagħha l-konstatazzjonijiet għandhom jitqiesu <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-awtorità tat-taxxa fil-proċedura tal-istħarriġ li tikkonċerna l-obbligu tat-taxxa tal-parti l-oħra u jistgħu jinżammu responsabbli ta’ din tal-aħħar, peress li l-awtorità tat-taxxa ma tqiegħedx għad-dispożizzjoni tal-parti l-oħra l-fajl rilevanti tal-istħarriġ li twettaq mingħand l-ewwel parti fir-rabta legali (l-persuna li ħarġet il-fatturi), b’mod partikolari d-dokumenti wara kwalunkwe sejba, il-minuti u d-deċiżjonijiet amministrattivi, iżda tikkommunikalha biss parti, f’forma ta’ sommarju, peress li l-awtorità tat-taxxa tagħti b’hekk konjizzjoni tal-fajl lill-parti l-oħra biss indirettament, billi tagħmel għażla skont kriterji li huma xierqa għaliha u li fuqhom il-parti l-oħra ma tista’ teżerċita ebda stħarriġ?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Għandhom jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva VAT kif ukoll, fir-rigward tagħhom, il-prinċipju fundamentali tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u l-Artikolu 47 tal-[Karta] fis-sens li jipprekludu prattika nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-konstatazzjonijiet, fil-kuntest tal-istħarriġ tal-partijiet fir-rabta legali li tikkonċerna l-obbligu tat-taxxa, li jsiru mill-awtorità tat-taxxa fir-riżultat ta’ proċedura implimentata mill-persuna li ħarġet il-fatturi u li jimplikaw il-konstatazzjoni li l-imsemmija persuna li ħarġet il-fatturi pparteċipat fi frodi tat-taxxa attiva għandhom jitqiesu <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-awtorità tat-taxxa matul l-istħarriġ tad-destinatarju tal-fatturi, fid-dawl tal-fatt li l-imsemmi destinatarju ma għandux, fil-proċedura tal-istħarriġ implimentata mill-persuna li ħarġet il-fatturi, drittijiet marbutin mal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>, u ma tistax għalhekk lanqas teżerċita dritt ta’ rikors fil-kuntest ta’ proċedura tal-istħarriġ li l-konstatazzjonijiet tagħha<?PAGE NO="6"?> għandhom jitqiesu <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-awtorità tat-taxxa fil-proċedura tal-istħarriġ li tikkonċerna l-obbligu tat-taxxa tad-destinatarju u jistgħu jinżammu fir-responsabbiltà ta’ dan tal-aħħar, u fid-dawl tal-fatt li l-awtorità tat-taxxa ma tqegħedx għad-dispożizzjoni tad-destinatarju l-fajl rilevanti tal-istħarriġ li twettaq mill-persuna li ħarġet il-fatturi, b’mod partikolari d-dokumenti wara kwalunkwe sejba, il-minuti u d-deċiżjonijiet amministrattivi, iżda tikkommunikalha biss parti, f’forma ta’ sommarju, peress li l-awtorità tat-taxxa tagħti b’hekk konjizzjoni tal-fajl lid-destinatarju biss indirettament, billi tagħmel għażla skont kriterji li huma xierqa għaliha u li fuqhom il-parti l-oħra ma tista’ teżerċita ebda stħarriġ?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li wara spezzjonijiet tat-taxxa li l-fornituri tagħha u hija nnifisha kienu s-suġġet tagħhom, Glencore ġiet imċaħħda milli teżerċita d-dritt għal tnaqqis tal-VAT u konsegwentement ġie impost fuqha aġġustament tal-VAT. B’mod partikolari, l-amministrazzjoni tat-taxxa bbażat dan ir-rifjut, konformement mal-Artikolu 1(3a) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali, fuq konstatazzjonijiet imwettqa fil-kuntest ta’ proċeduri kontra l-fornituri tagħha u li għalihom Glencore, konsegwentement, ma kinitx parti, li wasslu għal deċiżjonijiet li saru definittivi u li jipprovdu li l-imsemmija fornituri kienu wettqu frodi tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Peress li t-talba għal deċiżjoni preliminari tieħu inkunsiderazzjoni proċeduri kriminali, proċedura amministrattiva fiskali preċedenti u deċiżjonijiet amministrattivi li l-fornituri u Glencore kienu s-suġġett tagħhom, il-Qorti tal-Ġustizzja talbet lill-qorti tar-rinviju, konformement mal-Artikolu 101 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, sabiex tipprovdilha xi kjarifiki dwar il-proċedura jew il-proċeduri kriminali inkwistjoni u tindikalha jekk ġewx mitmuma permezz ta’ deċiżjonijiet ta’ qorti kriminali li saru definittivi. B’risposta għal din id-domanda, il-qorti tar-rinviju indikat li hija ma kellhiex informazzjoni dwar tmiem il-proċeduri kriminali permezz ta’ sentenza dwar il-mertu li jikkonċernaw il-fornituri ta’ Glencore u kkomunikatilha erba’ deċiżjonijiet amministrattivi fiskali definittivi, li għalihom uħud minn dawn il-fornituri kienu s-suġġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fis-seduta, ġie ppreċiżat minn Glencore u mill-Gvern Ungeriż li ż-żewġ proċeduri kriminali li jirrigwardaw il-frodi inkwistjoni kienu għadhom pendenti meta l-amministrazzjoni tat-taxxa kkonsultat id-dokumenti ta’ dawn il-proċeduri u adottat iż-żewġ deċiżjonijiet amministrattivi kkontestati minn Glencore fil-kawża prinċipali. Għaldaqstant, dawn il-proċeduri ma kinux għadhom intemmu permezz ta’ deċiżjoni mogħtija dwar il-merti minn qorti kriminali. Minn dan isegwi li l-kawża preżenti ma tqajjem ebda kwistjoni relatata mal-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kjarifiki, għandu jitqies li, permezz tat-tliet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva VAT, il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża u l-Artikolu 47 tal-Karta għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prassi ta’ Stat Membru li permezz tagħha, waqt verifika tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT eżerċitat minn persuna taxxabbli, l-amministrazzjoni tat-taxxa hija marbuta mill-konstatazzjonijiet ta’ fatt u l-klassifikazzjonijiet ġuridiċi, diġà mwettqa minnha fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi relatati, li saru fil-konfront ta’ fornituri ta’ din il-persuna taxxabbli, li fuqhom huma bbażati deċiżjonijiet li saru definittivi u li jikkonstataw frodi tal-VAT li saret minn dawn il-fornituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont l-indikazzjonijiet mogħtija mill-qorti tar-rinviju, l-amministrazzjoni tat-taxxa tqis li l-fatt li hija marbuta mill-konstatazzjonijiet ta’ fatt u l-klassifikazzjonijiet ġuridiċi li jinsabu f’dawn id-deċiżjonijiet li saru definittivi, jeżentaha milli tipproduċi mill-ġdid il-provi tal-frodi fil-proċedura li fiha l-persuna taxxabbli hija s-suġġett. F’dan il-kuntest, din il-qorti tistaqsi partikolarment jekk id-Direttiva VAT u<?PAGE NO="7"?> l-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża jipprekludux prassi tal-amministrazzjoni tat-taxxa li tikkonsisti, bħal fil-kawża prinċipali, f’li ma tagħtix lil din il-persuna taxxabbli aċċess għall-fajl relattiv għal proċeduri relatati u, b’mod partikolari, għad-dokumenti kollha li fuqhom huma bbażati dawn il-konstatazzjonijiet, għall-proċessi verbal stabbiliti u għad-deċiżjonijiet adottati u f’li tikkomunikalha indirettament, taħt forma sommarja, parti biss minn dawn l-elementi li hija għażlet skont kriterji li huma tagħha stess u li fuqhom ma jista’ jsir ebda stħarriġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, matul is-seduta ġie ppreċiżat li, sabiex jiġi pprovat l-involviment ta’ Glencore f’din il-frodi, l-amministrazzjoni tat-taxxa bbażat ruħha fuq provi miġbura fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali pendenti, proċeduri amministrattivi mibdija kontra fornituri ta’ Glencore u l-proċedura amministrattiva li tagħha din tal-aħħar kienet is-suġġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Filwaqt li tesponi, barra minn hekk, li ma hijiex awtorizzata teżamina l-legalità ta’ deċiżjonijiet preċedenti mogħtija wara spezzjonijiet li jikkonċernaw persuni taxxabbli oħrajn, u b’mod partikolari, tivverifika jekk il-provi li fuqhom huma bbażati dawn id-deċiżjonijiet inkisbu legalment, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll, filwaqt li tirreferi għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dwar il-kwistjoni jekk ir-rekwiżiti ta’ smigħ xieraq jeħtiġux li l-qorti adita b’rikors kontra d-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa li tipproċedi għal aġġustament tal-VAT hijiex awtorizzata tivverifika li l-provi li ġejjin minn proċedura amministrattiva relatata inkisbu f’konformità mad-drittijiet iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni u li l-konstatazzjonijiet li huma bbażati fuqhom ma jiksrux dawn id-drittijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Sa fejn, fl-osservazzjonijiet bil-miktub u orali tiegħu, il-Gvern Ungeriż ta interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali u spjegazzjoni tal-prassi tal-amministrazzjoni tat-taxxa, li tikkonċerna kemm il-produzzjoni ta’ provi, il-portata tal-aċċess għall-fajl u l-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju, li huma differenti minn dawk esposti mill-qorti tar-rinviju, għandu jitfakkar li ma huwiex l-obbligu tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tas-sistema ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, li tivverifika jew li timmina l-eżattezza tal-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali magħmula minn qorti nazzjonali, peress li din l-interpretazzjoni taqa’ esklużivament taħt il-kompetenza ta’ din tal-aħħar. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, meta tiġi adita b’talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali, tillimita ruħha għall-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali li tkun tressqet quddiemha mill-imsemmija qorti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Târșia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑69/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:662">EU:C:2015:662</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Bl-istess mod, ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja, iżda l-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi l-fatti li wasslu għat-tilwima u li tislet minnhom il-konsegwenzi għas-sentenza li hija tkun mitluba tagħti. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja hija obbligata tieħu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tat-tqassim tal-ġurisdizzjoni bejn din il-qorti tal-aħħar u l-qrati nazzjonali, il-kuntest fattwali u leġiżlattiv li fih isiru d-domandi preliminari, kif deskritt fid-deċiżjoni tar-rinviju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Scotch Whisky Association</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑44/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:415">EU:C:2018:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, lanqas ma huwa l-obbligu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tevalwa l-konformità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni u lanqas li tinterpreta dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolatorji nazzjonali (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Ascafor u Asidac</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑484/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:113">EU:C:2012:113</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Consorci Sanitari del Maresme</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑203/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:664">EU:C:2015:664</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tipprovdi lill-qorti tar-rinviju bl-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni, li jistgħu jippermettulha tevalwa tali konformità sabiex tiddeċiedi l-kawża li hija adita biha (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Ascafor u Asidac</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑484/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:113">EU:C:2012:113</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Europa Way u Persidera</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑560/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:593">EU:C:2017:593</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet preliminari, għandhom jiġu eżaminati suċċessivament ir-rekwiżiti li jirriżultaw mid-Direttiva VAT, mill-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża u mill-Artikolu 47 tal-Karta rigward il-produzzjoni tal-provi, il-portata tal-aċċess tal-persuna taxxabbli għall-fajl u l-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju f’tilwima bħal dik fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-amministrazzjoni tal-provi fir-rigward tad-Direttiva VAT u tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, id-dritt tal-persuni taxxabbli li jnaqqsu l-VAT dovuta jew diġà mħallsa fuq oġġetti mixtrija jew servizzi riċevuti u użati għall-bżonnijiet tal-operazzjonijiet li huma ntaxxati, huwa prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT stabbilita mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet repetutament, id-dritt għal tnaqqis previst fl-Artikoli 167 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tad-Direttiva VAT jagħmel parti integrali tal-mekkaniżmu tal-VAT u ma jistax, bħala prinċipju, jiġi limitat (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Bonik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑285/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:774">EU:C:2012:774</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Paper Consult</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑101/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:775">EU:C:2017:775</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Volkswagen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑533/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:204">EU:C:2018:204</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>B’teħid inkunsiderazzjoni ta’ dan, il-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-abbuż potenzjali hija għan irrikonoxxut u inkoraġġut mid-Direttiva VAT u l-Qorti tal-Ġustizzja repetutament iddeċidiet li l-individwi ma jistgħux, b’mod frawdolenti jew abbużiv, jinvokaw normi tad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, huwa l-obbligu tal-awtoritajiet u tal-qrati nazzjonali li jirrifjutaw id-dritt għal tnaqqis jekk jintwera, fid-dawl ta’ fatturi oġġettivi, li dan id-dritt ikun qiegħed jiġi invokat għal għanijiet frawdolenti jew abbużivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Bonik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑285/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:774">EU:C:2012:774</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Astone</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑332/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:614">EU:C:2016:614</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Jekk dan ikun il-każ meta evażjoni fiskali titwettaq mill-persuna taxxabbli nnifisha, dan ikun il-każ ukoll meta persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li, bl-akkwist tagħha, hija kienet qed tipparteċipa fi tranżazzjoni involuta fi frodi tal-VAT. Għaldaqstant, il-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqis jista’ jiġi rrifjutat lil persuna taxxabbli biss jekk jiġi stabbilit, abbażi ta’ fatturi oġġettivi, li din il-persuna taxxabbli, li lilha l-merkanzija jew is-servizzi li abbażi tagħhom ġie invokat id-dritt għal tnaqqis ġew ikkunsinnati jew ipprovduti, kienet taf jew kellha tkun taf li, bl-akkwist ta’ din il-merkanzija jew ta’ dawn is-servizzi, hija kienet qed tipparteċipa fi tranżazzjoni involuta fi frodi tal-VAT imwettqa mill-fornitur jew minn operatur ieħor li jaġixxi upstream jew downstream fil-katina ta’ dawn il-kunsinni jew ta’ dawn il-provvisti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Bonik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑285/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:774">EU:C:2012:774</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Maks Pen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑18/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:69">EU:C:2014:69</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li r-rifjut tad-dritt għal tnaqqis huwa eċċezzjoni għall-applikazzjoni tal-prinċipju fundamentali li jikkostitwixxi dan id-dritt, huwa l-obbligu tal-awtoritajiet tat-taxxa li jistabbilixxu, suffiċjentement fid-dritt, il-fatturi oġġettivi li jippermettu li jiġi konkluż li l-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li t-tranżazzjoni invokata sabiex fuqha jiġi bbażat id-dritt għal tnaqqis kienet involuta f’tali frodi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Maks Pen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑18/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:69">EU:C:2014:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li d-dritt tal-Unjoni ma jipprevedix regoli dwar il-modalitajiet tal-produzzjoni tal-provi fil-qasam tal-frodi tal-VAT, dawn il-fatturi oġġettivi għandhom jiġu stabbiliti mill-amministrazzjoni tat-taxxa konformement mar-regoli tal-provi previsti fid-dritt nazzjonali. Madankollu, dawn ir-regoli ma għandhomx jippreġudikaw l-effettività tad-dritt tal-Unjoni u għandhom jirrispettaw id-drittijiet iggarantiti minn dan id-dritt, speċjalment mill-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Huwa b’dan il-mod u taħt dawn il-kundizzjonijiet li, fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 68 tagħha, li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix li amministrazzjoni fiskali tista’, fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva, sabiex tikkonstata l-eżistenza ta’ prattika abbużiva fil-qasam tal-VAT, tuża provi miksuba fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali paralleli li għadhom ma ntemmux u li jikkonċernaw il-persuna taxxabbli. Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, tali evalwazzjoni tapplika wkoll għall-użu ta’ provi, sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ frodi tal-VAT, li nkisbu fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali li għadhom ma ntemmux u li jikkonċernaw il-persuna taxxabbli jew miġbura matul proċeduri amministrattivi relatati, bħal fil-kawża prinċipali, li l-persuna taxxabbli ma kinitx parti għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fost id-drittijiet iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni jinsab ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża li, skont ġurisprudenza stabbilita, jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li japplika ladarba l-amministrazzjoni jkolla l-intenzjoni tadotta, fil-konfront ta’ persuna, att li jikkawżalha preġudizzju. Skont dan il-prinċipju, id-destinatarji ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw b’mod sinjifikattiv l-interessi tagħhom għandhom jingħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet tagħhom b’mod effettiv fir-rigward tal-informazzjoni li l-amministrazzjoni tkun ser tibbaża ruħha fuqha. Dan l-obbligu huwa impost fuq l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri meta jieħdu miżuri li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, anki meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli ma tipprevedix espressament tali formalità (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Sopropé</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:746">EU:C:2008:746</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131022">22 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sabou</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑276/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:678">EU:C:2013:678</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Dan il-prinċipju ġenerali japplika, għaldaqstant, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fihom Stat Membru, sabiex jikkonforma ruħu mal-obbligu, li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li jadotta l-miżuri leġiżlattivi u amministrattivi kollha xierqa sabiex jiżgura l-ġbir tal-VAT kollha dovuta fit-territorju tiegħu u li jiġġieled kontra l-frodi, jissuġġetta lil persuni taxxabbli għal proċedura ta’ spezzjoni tat-taxxa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Ispas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑298/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:843">EU:C:2017:843</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Id-dritt għal smigħ, li jiggarantixxi lil kull persuna l-possibbiltà li tressaq, b’mod utli u effettiv, il-fehmiet tagħha matul il-proċedura amministrattiva u qabel l-adozzjoni ta’ kull deċiżjoni li tista’ taffettwa b’mod sfavorevoli l-interessi tagħha, jagħmel parti integrali mir-rispett tad-drittijiet tad-difiża. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizza, ir-regola li tipprovdi li d-destinatarju ta’ deċiżjoni li tikkawża preġudizzju għandu jingħata l-opportunità li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma din tittieħed hija intiża sabiex tippermetti lill-awtorità kompetenti tieħu inkunsiderazzjoni b’mod effettiv l-informazzjoni rilevanti kollha. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-persuna kkonċernata, l-imsemmija regola hija intiża b’mod partikolari sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tikkoreġi żball jew tissottometti elementi marbuta mas-sitwazzjoni personali tagħha li jsostnu s-sens li fih id-deċiżjoni għandha tittieħed, jew ma tittiħidx jew li jkollha kontenut speċifiku (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mukarubega</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑166/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2336">EU:C:2014:2336</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Id-dritt għal smigħ jimplika wkoll li l-amministrazzjoni għandha tagħti l-attenzjoni kollha dovuta lill-osservazzjonijiet sottomessi b’dan il-mod mill-persuna kkonċernata filwaqt li teżamina, bir-reqqa u b’imparzjalità, l-elementi rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni u tagħti motivazzjoni ddettaljata għad-deċiżjoni tagħha, peress li l-obbligu li timmotiva deċiżjoni b’mod suffiċjentement speċifiku u konkret sabiex il-persuna kkonċernata tkun tista’ tifhem ir-raġunijiet għalfejn it-talba tagħha qed tiġi rrifjutat jikkostitwixxi, għaldaqstant, il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mukarubega</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑166/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2336">EU:C:2014:2336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża ma jikkostitwixxix prerogattiva assoluta, iżda jista’ jkollu restrizzjonijiet, bil-kundizzjoni li dan jissodisfa effettivament għanijiet ta’ interess ġenerali mfittxija mill-miżura inkwistjoni u ma<?PAGE NO="10"?> jikkostitwixxix, fir-rigward tal-għan imfittex, intervent sproporzjonat u intollerabbli li jista’ jippreġudika s-sustanza stess tad-drittijiet iggarantiti (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Ispas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑298/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:843">EU:C:2017:843</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża għandha tiġi evalwata fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull każ ineżami, b’mod partikolari tan-natura tal-att inkwistjoni, tal-kuntest tal-adozzjoni tiegħu u tar-regoli ġuridiċi li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mukarubega</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑166/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2336">EU:C:2014:2336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li ċ-ċertezza legali hija fost in-numru ta’ prinċipji ġenerali rrikonoxxuti fid-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, b’mod partikolari, li n-natura definittiva ta’ deċiżjoni amministrattiva, miksuba mal-iskadenza ta’ termini raġonevoli li fihom jista’ jitressaq rikors jew billi jiġu eżawriti r-rimedji ġuridiċi, tikkontribwixxi għall-imsemmija ċertezza, u li dan jirriżulta li d-dritt tal-Unjoni ma jeħtieġx li korp ikun, bħala prinċipju, obbligat li jmur lura fuq deċiżjoni amministrattiva li tkun kisbet tali natura definittiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040113">13 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Kühne &amp; Heitz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑453/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:17">EU:C:2004:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Kempter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:78">EU:C:2008:78</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Byankov</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑249/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:608">EU:C:2012:608</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda regola, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 1(3a) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali, li skont il-qorti tar-rinviju premezz tagħha l-amministrazzjoni tat-taxxa hija marbuta bil-konstatazzjonijiet ta’ fatt u l-klassifikazzjonijiet ġuridiċi li twettqu minnha fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi relatati mibdija kontra fornituri tal-persuna taxxabbli, li għalihom konsegwentement din tal-aħħar ma kinitx parti, jidher li hija ta’ natura li, bħalma sostna l-Gvern Ungeriż u kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 46 tal-konklużjonijiet tiegħu, tiggarantixxi ċ-ċertezza legali kif ukoll l-ugwaljanza bejn il-persuni taxxabbli, inkwantu tobbliga lil din l-amministrazzjoni tkun konsistenti billi tagħti lill-istess fatti klassifikazzjonijiet ġuridiċi identiċi. Għaldaqstant, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix, bħala prinċipju, għall-applikazzjoni ta’ tali regola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma japplikax jekk, bis-saħħa ta’ din ir-regola u minħabba n-natura definittiva tad-deċiżjonijiet meħuda wara dawn il-proċeduri amministrattivi relatati, l-amministrazzjoni tat-taxxa tiġi eżenta milli tgħarraf lill-persuna taxxabbli bil-provi, inklużi dawk li ġejjin minn dawn il-proċeduri, li abbażi tagħhom hija jkollha l-intenzjoni tieħu deċiżjoni u din il-persuna taxxabbli hija għaldaqstant imċaħħda mid-dritt li tikkontesta b’mod utli, matul il-proċedura li tagħha tkun is-suġġett, dawn il-konstatazzjonijiet ta’ fatt u dawn il-klassifikazzjonijiet ġuridiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, tali applikazzjoni tal-imsemmija regola, li tirriżulta fl-għoti ta’ awtorità lil deċiżjoni amministrattiva, li tikkonstata l-eżistenza ta’ frodi, fir-rigward ta’ persuna taxxabbli li ma kinitx parti fil-proċedura li wasslet għal din il-konstatazzjoni, tmur kontra l-obbligu li għandha l-amministrazzjoni tat-taxxa, imfakkra fil-punt 36 tas-sentenza preżenti, li tistabbilixxi suffiċjentement fid-dritt il-fatturi oġġettivi li jippermettu li jiġi konkluż li l-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li t-tranżazzjoni invokata sabiex fuqha tibbaża d-dritt għal tnaqqis kienet involuta fi frodi, peress li dan l-obbligu jippreżumi li din l-amministrazzjoni tipproduċi, fil-proċedura li tagħha hija s-suġġett il-persuna taxxabbli, il-prova tal-eżistenza tal-frodi li fiha hija akkużata li pparteċipat b’mod passiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ stħarriġ tat-taxxa, bħal din inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-prinċipju ta’ ċertezza legali ma jistax jiġġustifika tali restrizzjoni tad-drittijiet tad-difiża, li l-kontenut tiegħu huwa mfakkar fil-punti 39 u 41 tas-sentenza preżenti, liema restrizzjoni tikkostitwixxi, fid-dawl tal-għan imfittex, intervent sproporzjonat u intollerabbli li jippreġudika s-sustanza stess ta’ dawn id-drittijiet. Fil-fatt, hija ċċaħħad lill-persuna taxxabbli, li lilha hija timmira li tirrifjuta l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT, mill-possibbiltà li tressaq b’mod utli u effettiv, matul il-proċedura amministrattiva u qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li hija sfavorevoli għall-interessi tagħha, il-fehmiet tagħha dwar il-provi li fuqhom l-amministrazzjoni jkollha l-intenzjoni tibbaża ruħha. Hija tbiddel il-possibbiltà li l-awtorità kompetenti tkun tista’ tieħu inkunsiderazzjoni b’mod utli<?PAGE NO="11"?> l-elementi kollha rilevanti u li l-persuna kkonċernata tikkoreġi, jekk ikun il-każ, żball. Fl-aħħar nett, hija teżenta lill-amministrazzjoni mid-dmir tagħha li tagħti l-attenzjoni kollha dovuta lill-osservazzjonijiet sottomessi mill-persuna kkonċernata, filwaqt li teżamina, bir-reqqa u imparzjalità, l-elementi kollha rilevanti tal-każ ineżami u tagħti motivazzjoni ddettaljata għad-deċiżjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Konsegwentement, għalkemm id-Direttiva VAT u l-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża ma jipprekludux, bħala prinċipju, tali regola, dan isir bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni tagħha ma teżentax lill-amministrazzjoni tat-taxxa milli tgħarraf lill-persuna taxxabbli bil-provi, inklużi dawk ġejjin minn proċeduri relatati mibdija kontra l-fornituri tagħha, li abbażi tagħhom hija jkollha l-intenzjoni tieħu deċiżjoni, u li din il-persuna taxxabbli ma tkunx għaldaqstant imċaħħda mid-dritt li tikkontesta, b’mod utli, matul il-proċedura li tagħha hija tkun is-suġġett, il-konstatazzjonijiet ta’ fatt u l-klassifikazzjonijiet ġuridiċi mwettqa minn din l-amministrazzjoni fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri relatati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-portata tal-aċċess tal-persuna taxxabbli għall-fajl fid-dawl tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit, imfakkar fil-punti 39 u 41 tas-sentenza preżenti, li wieħed ikun jista’ jressaq b’mod utli l-fehmiet tiegħu dwar provi li fuqhom l-amministrazzjoni jkollha l-intenzjoni tibbaża d-deċiżjoni tagħha, jippreżumi li d-destinatarji tagħha jingħata l-opportunità li jsir jaf b’dawn il-provi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Ispas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑298/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:843">EU:C:2017:843</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża għandu għaldaqstant bħala korollarju d-dritt għal aċċess għall-fajl (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:6">EU:C:2004:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li d-destinatarji ta’ deċiżjoni li tikkawża preġudizzju għandu jkun ingħata l-opportunità li jressaq il-fehmiet tiegħu qabel ma din id-deċiżjoni tittieħed, sabiex, b’mod partikolari, l-awtorità kompetenti titqiegħed f’pożizzjoni li tkun tista’ tieħu inkunsiderazzjoni b’mod utli l-elementi kollha rilevanti u li, jekk ikun il-każ, dan id-destinatarju jkun jista’ jikkoreġi żball u jsostni b’mod utli tali elementi relattivi għas-sitwazzjoni personali tiegħu, l-aċċess għall-fajl għandu jkun awtorizzat matul il-proċedura amministrattiva. Għaldaqstant, ksur tad-dritt għal aċċess għall-fajl imwettaq matul il-proċedura amministrattiva ma jiġix irregolarizzat mis-sempliċi fatt li l-aċċess għall-fajl ikun sar possibbli matul il-proċedura ġudizzjarja li tikkonċerna eventwali rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990708">8 ta’ Lulju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Hercules Chemicals vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑51/92 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:357">EU:C:1999:357</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021015">15 ta’ Ottubru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:582">EU:C:2002:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0318">318</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:6">EU:C:2004:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, f’proċedura amministrattiva tat-taxxa bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-persuna taxxabbli għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni kollha tal-fajl li fuqha l-amministrazzjoni tat-taxxa jkollha l-intenzjoni tibbaża d-deċiżjoni tagħha. Għaldaqstant, meta l-amministrazzjoni tat-taxxa jkollha l-intenzjoni tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq provi miksuba, bħal fil-kawża prinċipali, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali u proċeduri amministrattivi relatati mibdija kontra l-fornituri tagħhha, din il-persuna taxxabbli għandu jkollha aċċess għal dawn il-provi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerai fil-punt 59 u 60 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandu jkun permess ukoll li l-persuna taxxabbli jkollha aċċess għad-dokumenti li ma jservux direttament sabiex tiġi bbażata fuqhom id-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa, iżda jistgħu jintużaw għall-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża, b’mod partikolari għall-provi li jistgħu jiskaġunaw li din l-amministrazzjoni setgħet ġabret (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>UBS Europe <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑358/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:715">EU:C:2018:715</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, peress li, hekk kif tfakkar fil-punt 43 tas-sentenza preżenti, il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża ma jikkostitwixxix prerogattiva assoluta, iżda jista’ jinkludi restrizzjonijiet, għandu jiġi rrilevat li f’proċedura ta’ stħarriġ tat-taxxa, tali restrizzjonijiet, stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jistgħu jkunu intiżi, fost oħrajn, sabiex jipproteġu l-ħtiġijiet ta’ kunfidenzjalità jew ta’ sigriet professjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Ispas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑298/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:843">EU:C:2017:843</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll, hekk kif sostna l-Gvern Ungeriż, il-ħajja privata ta’ terzi, l-informazzjoni personali li tikkonċernahom jew l-effettività tal-azzjoni ta’ infurzar, li l-aċċess għal ċerta informazzjoni jew għal ċerti dokumenti jista’ jippreġudikahom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża, fi proċedura amminisrattiva bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jimponix obbligu ġenerali fuq l-amministrazzjoni tat-taxxa li tipprovdi aċċess komplut għall-fajl li hija għandha, iżda jeżiġi li l-persuna taxxabbli jkollha l-possibbiltà li tingħata, fuq talba tagħha, l-informazzjoni u d-dokumenti li jinsabu fil-fajl amministrattiv u meħudin inkunsiderazzjoni minn din l-amministrazzjoni sabiex tadotta d-deċiżjoni tagħha, sakemm l-għan ta’ interess ġenerali ma jkunx jiġġustifika li l-aċċess għall-imsemmija informazzjoni u għall-imsemmija dokumenti jkun ristrett (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Ispas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑298/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:843">EU:C:2017:843</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan il-każ tal-aħħar, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 64 tal-konklużjonijiet tiegħu, huwa l-obbligu tal-amministrazzjoni tat-taxxa li teżamina jekk aċċess parzjali huwiex possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Isegwi li, meta l-amministrazzjoni tat-taxxa jkollha l-intenzjoni tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq provi miksuba, bħal fil-kawża prinċipali, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali u ta’ proċeduri amministrattivi relatati kontra l-fornituri tal-persuna taxxabbli, il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża jeħtieġ li din tal-aħħar jista’ jkollha aċċess, waqt il-proċeduri li tagħhom tkun is-suġġett, għal dawn il-provi kollha u għal dawk li jistgħu jkunu utli għad-difiża tagħha, sakemm għanijiet ta’ interess ġenerali ma jkunux jiġġustifikaw li dan l-aċċess jiġi ristrett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Prassi tal-amministrazzjoni tat-taxxa li tikkonsisti f’li l-persuna taxxabbli kkonċernata ma tingħata ebda aċċess għal dawn il-provi, u b’mod partikolari, għad-dokumenti li fuqhom huma bbażati l-konstatazzjonijiet imwettqa, għall-proċessi verbali stabbiliti u għad-deċiżjonijiet adottati wara l-proċeduri amministrattivi relatati, u f’li tiġi kkomunikata lilha b’mod indirett, taħt forma ta’ sommarju, parti biss minn dawn il-provi li hija tkun għażlet skont kriterji tagħha stess u li fuqhom hija ma tista’ tagħmel ebda stħarriġ, ma tissodisfax dan ir-rekwiżit.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju fir-rigward tal-Artikolu 47 tal-Karta</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Peress li l-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ir-rekwiżiti ta’ smigħ xieraq jeħtiġux li l-qorti adita b’rikors kontra deċiżjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa li tipproċedi għal aġġustament tal-VAT hijiex awtorizzata tivverifika li l-provi li ġejjin minn proċedura amministrattiva relatata inkisbu f’konformità mad-drittijiet iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni u li l-konstatazzjonijiet li huma bbażati fuqhom ma jiksrux dawn id-drittijiet, għandu jitfakkar li d-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta huma intiżi li japplikaw f’tali sitwazzjoni, peress li aġġustament tal-VAT wara l-konstatazzjoni ta’ frodi, bħal dak li huwa s-suġġett tal-kawża prinċipali, jikkostitwixxi implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 47 tal-Karta, kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni jkunu nkisru għandha dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti skont il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-artikolu. Kull persuna għandha d-dritt, b’mod partikolari, li jkollha smigħ xieraq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali tal-partijiet, li jagħmel parti integrali mill-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet li l-persuni taxxabbli jisiltu mid-dritt tal-Unjoni, sanċit fl-Artikolu 47 tal-Karta, inkwantu huwa korollarju, bħal b’mod partikolari l-prinċipju ta’ kontradittorju, tal-kunċett stess ta’ smigħ xieraq, jimplika l-obbligu li kull parti tingħata l-possibbiltà raġonevoli li tippreżenta l-każ tagħha, inkluż il-provi tagħha, f’kundizzjonijiet li ma jpoġġuhiex f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ sostanzjali meta mqabbla mal-avversarju tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Sánchez Morcillo u Abril García</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑169/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2099">EU:C:2014:2099</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170516">16 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Berlioz Investment Fund</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑682/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:373">EU:C:2017:373</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Dan il-prinċipju għandu l-għan li jiżgura l-ekwilibriju proċedurali bejn il-partijiet f’kawża, billi jiggarantixxi l-ugwaljanza tad-drittijiet u tal-obbligi ta’ dawn il-partijiet f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni tal-provi u t-trattazzjonijiet quddiem il-qorti kif ukoll id-drittijiet għal azzjoni legali ta’ dawn il-partijiet (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ordre des barreaux francophones u germanophone <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑543/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:605">EU:C:2016:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti relatati mad-dritt għal smigħ xieraq, huwa importanti li l-partijiet ikollhom għarfien u jkollhom l-opportunità ta’ trattazzjoni kemm fuq punti ta’ fatt kif ukoll fuq punti ta’ liġi li huma deċiżivi għall-eżitu tal-proċedura (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091202">2 ta’ Diċembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Irlanda <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:742">EU:C:2009:742</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li għaliha tirreferi l-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja, għal dak li jirrigwarda, fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza, provi miksuba fil-kuntest ta’ proċedura kriminali pendenti, mingħajr l-għarfien tal-persuna taxxabbli, permezz ta’ interċettazzjoni ta’ telekomunikazzjonijiet u konfiska ta’ posta elettronika li jistgħu jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 7 tal-Karta, u tal-użu tagħhom fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva, irrilevat, fil-punt 87 ta’ din is-sentenza, li l-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta teżiġi li l-qorti li twettaq l-istħarriġ tal-legalità ta’ deċiżjoni li tikkostitwixxi implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni tista’ tivverifika jekk il-provi li fuqhom hija bbażata din id-deċiżjoni nkisbux u ntużawx bi ksur tad-drittijiet iggarantiti mill-imsemmi dritt u, speċjalment, mill-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fil-punt 88 ta’ din is-sentenza il-Qorti tal-Ġustizzja rrelevat li dan ir-rekwiżit huwa ssodisfatt jekk il-qorti adita b’rikors kontra d-deċiżjoni tal-amministrazzjoni fiskali li twettaq aġġustament tal-VAT hija awtorizzata tistħarreġ jekk dawn il-provi li fuqhom hija bbażata din id-deċiżjoni, inkisbux f’dawn il-proċeduri kriminali konformement mad-drittijiet iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni jew mill-inqas tista’ tiżgura ruħha, abbażi ta’ stħarriġ li diġà twettaq minn qorti kriminali fil-kuntest ta’ proċedura kontradittorja, li l-imsemmija provi nkisbu konformement ma’ dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>L-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta jeżiġi wkoll li l-qorti adita b’rikors kontra deċiżjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa li tipproċedi għal aġġustament tal-VAT tkun awtorizzata tivverifika jekk il-provi miġbura matul proċedura amministrattiva relatata, li fiha l-persuna taxxabbli ma kinitx parti, u li ntużaw sabiex fuqhom tiġi bbażata din id-deċiżjoni, ma ntużawx bi ksur tad-drittijiet iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni u, speċjalment, mill-Karta. Dan huwa wkoll il-każ meta, bħal fil-kawża prinċipali, dawn il-provi jkunu l-bażi ta’ deċiżjonijiet amministrattivi meħuda fir-rigward ta’ persuni taxxabbli oħra li saru definittivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, bħalma jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 74 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-dikjarazzjonijiet u l-konstatazzjonijiet tal-awtoritajiet amministrattivi ma jistgħux jorbtu lill-qrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>B’mod iktar ġenerali, din il-qorti għandha tkun f’pożizzjoni li tivverifika, fil-kuntest ta’ trattazzjonijiet, il-legalità tal-kisba u tal-użu tal-provi miġbura matul proċeduri amministrattivi relatati mibdija kontra persuni taxxabbli oħrajn kif ukoll il-konstatazzjonijiet imwettqa fid-deċiżjonijiet amministrattivi meħuda wara dawn il-proċeduri, li huma deċiżivi għall-eżitu tal-kawża. Fil-fatt, l-opportunitajiet ugwali għall-partijiet u l-prinċipju ta’ kontradittorju ma jkunux osservati jekk l-amministrazzjoni tat-taxxa,<?PAGE NO="14"?> minħabba li tkun marbuta mid-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta’ persuni taxxabbli oħra u li jkunu saru definittivi, ma tkunx obbligata tipproduċi dawn il-provi quddiemha, jekk il-persuna taxxabbli ma tkunx tista’ tarahom, jekk il-partijiet ma jkunux jistgħu jitrattaw dwar kemm l-imsemmija provi kif ukoll dawn il-konstatazzjonijiet u jekk l-imsemmija qorti ma tkunx f’pożizzjoni li tivverifika l-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom ikunu bbażati dawn id-deċiżjonijiet u li jkunu deċiżivi għas-soluzzjoni tat-tilwima li biha tkun adita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Jekk l-imsemmija qorti ma tkunx awtorizzata twettaq din il-verifika u jekk, għaldaqstant, id-dritt għal azzjoni ġudizzjarja ma jkunx effettiv, il-provi miġbura matul proċeduri amministrattivi relatati u l-konstatazzjonijiet imwettqa fid-deċiżjonijiet amministrattivi meħuda fir-rigward ta’ persuni taxxabbli oħra wara dawn il-proċeduri għandhom ikunu injorati u d-deċiżjoni kkontestata, ibbażata fuq dawn il-provi u fuq dawn il-konstatazzjonijiet, għandha tiġi annullata jekk, minħabba f’dan il-fatt, hija tispiċċa mingħajr bażi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntaq, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li d-Direttiva VAT, il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża u l-Artikolu 47 tal-Karta għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni jew prassi ta’ Stat Membru, li tipprovdi li, waqt verifika tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT eżerċitat minn persuna taxxabbli, l-amministrazzjoni tat-taxxa hija marbuta mill-konstatazzjonijiet ta’ fatt u mill-klassifikazzjonijiet ġuridiċi, diġà mwettqa minnha fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi relatati mibdija kontra fornituri ta’ din il-persuna taxxabbli, li fuqhom huma bbażati deċiżjonijiet li saru definittivi u li jikkonstataw l-eżistenza ta’ frodi tal-VAT imwettqa minn dawn il-fornituri, bil-kundizzjoni li, l-ewwel nett, hija ma teżentax lill-amministrazzjoni tat-taxxa milli tgħarraf lill-persuna taxxabbli bil-provi, inklużi dawk li ġejjin minn dawn il-proċeduri amministrattivi relatati, li abbażi tagħhom hija għandha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni, u li din il-persuna taxxabbli ma tkunx għaldaqstant imċaħħda mid-dritt li timmina b’mod utli, matul il-proċedura li tagħha hija tkun is-suġġett, dawn il-konstatazzjonijiet ta’ fatt u dawn il-klassifikazzjonijiet ġuridiċi, it-tieni nett, li l-imsemmija persuna taxxabbli jkun jista’ jkollha aċċess waqt din il-proċedura għall-provi kollha miġbura matul dawn il-proċeduri amministrattivi relatati jew kwalunkwe proċedura oħra li fuqhom l-imsemmija amministrazzjoni għandha l-intenzjoni tibbaża d-deċiżjoni tagħha jew li jistgħu jintużaw fl-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża, kemm-il darba oġġettivi ta’ interess ġenerali ma jiġġustifikawx ir-restrizzjoni ta’ dan l-aċċess u, it-tielet nett, li l-qorti adita b’rikors kontra din id-deċiżjoni tkun tista’ tivverifika l-legalità tal-ksib u tal-użu ta’ dawn il-provi kif ukoll il-konstatazzjonijiet imwettqa fid-deċiżjonijiet amministrattivi meħuda fil-konfront tal-imsemmija fornituri, li huma deċiżivi għall-eżitu tal-kawża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni jew prassi ta’ Stat Membru, li tipprovdi li, waqt verifika tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) eżerċitat minn persuna taxxabbli, l-amministrazzjoni tat-taxxa hija marbuta mill-konstatazzjonijiet ta’ fatt u mill-klassifikazzjonijiet ġuridiċi, diġà mwettqa minnha fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi relatati mibdija kontra fornituri ta’ din il-persuna taxxabbli, li fuqhom huma bbażati<?PAGE NO="15"?> deċiżjonijiet li saru definittivi u li jikkonstataw l-eżistenza ta’ frodi tal-VAT imwettqa minn dawn il-fornituri, bil-kundizzjoni li, l-ewwel nett, hija ma teżentax lill-amministrazzjoni tat-taxxa milli tgħarraf lill-persuna taxxabbli bil-provi, inklużi dawk li ġejjin minn dawn il-proċeduri amministrattivi relatati, li abbażi tagħhom hija għandha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni, u li din il-persuna taxxabbli ma tkunx għaldaqstant imċaħħda mid-dritt li timmina b’mod utli, matul il-proċedura li tagħha hija tkun is-suġġett, dawn il-konstatazzjonijiet ta’ fatt u dawn il-klassifikazzjonijiet ġuridiċi, it-tieni nett, li l-imsemmija persuna taxxabbli jkun jista’ jkollha aċċess waqt din il-proċedura għall-provi kollha miġbura matul dawn il-proċeduri amministrattivi relatati jew kwalunkwe proċedura oħra li fuqhom l-imsemmija amministrazzjoni għandha l-intenzjoni tibbaża d-deċiżjoni tagħha jew li jistgħu jintużaw fl-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża, kemm-il darba oġġettivi ta’ interess ġenerali ma jiġġustifikawx ir-restrizzjoni ta’ dan l-aċċess u, it-tielet nett, li l-qorti adita b’rikors kontra din id-deċiżjoni tkun tista’ tivverifika l-legalità tal-ksib u tal-użu ta’ dawn il-provi kif ukoll il-konstatazzjonijiet imwettqa fid-deċiżjonijiet amministrattivi meħuda fil-konfront tal-imsemmija fornituri, li huma deċiżivi għall-eżitu tal-kawża.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>