31998R1160



Official Journal L 160 , 04/06/1998 P. 0020 - 0022


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1160/98

tat-2 ta' Ġunju 1998

li jirrigwara l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1048/98 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-Nomenklatura Magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija msejsa fuqha fl-intier tagħha jew f'parti minnha jew li żżid kull subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati t-tariffa u miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati ġewwa l-kodiċi xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi t-Taqsima tat-Tariffi u tan-Nomenklatura Statistikali tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tatx opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati ġewwa n-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fit-2 ta' Ġunju 1998.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal- Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 151, tal-21.5.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Id-Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Il-Klassifika (Il-Kodiċi NM) | Ir-Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.It-Trab tal-ħalib (0,6 % grass tal-ħalib) li fih bejn 2 u 27 miljun ta' baċilli lattiċi ħajjin (Streptococcus lactus) kull gramma. | 04039011 | Il-Klassifika hija stabbilita bir- Regoli Ġenerali 1 u 6 ta' l- interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-għoti tal-kliem tal- kodiċijiet tan-NM 0403, 040390 u 04039011 Dan il-prodott, minħabba l-konċentrazzjoni baxxa tiegħu fil-mikro-organiżmi ma jistax jiġi kkunsidrat bħala kultura tal-mikro-organiżmi. |

2.Taħlita tal-lattosi, il-kaseini, l-albumini u l-globulini tal-ħalib, bil-mikro-organiżmi sporulati (Lactobacillus pentosus u Streptococcus lactus, minn 50 sa 100 miljun għal kull gramma), fil-għamla ta' trab bil-karatteristiċi li ġejjin (% fil-piż):lattosi: 39kaseini: 22albimina/globulina tal-ħalib: 4irmied: 6grass tal-ħalib: 34ilma: 5 | 04039013 | Il-Klassifika hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-għoti tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 0403, 040390 u 04039013 Dan il-prodott, minħabba l-konċentrazzjoni baxxa tiegħu f'mikro-organiżmu jista ma jkunx kunsidrat bħala kultura ta' mikro-organiżmu |

3.Il-prodott jikkonsisti mit- trab tal-ħalib b'fermentazz jonijiet tal-ħalib miżjuda (Streptcoccus lactus u Lactobacillus, madwar 150 miljun għal kull gramma) u ħmira lattika mejta (Kluveromyces lactis u Fragilis) bil-karatteristiċi li ġejjin:proteina: 28materjal niexef: 95 – 96grass tal-ħalib: 25lattosi: 39 | 04039013 | Il-Klassifika hija stabbilita bir-Regoli tan- Nomenklatura Magħquda u bil-għoti tal- kliem tal-kodiċijiet tan-NM 0403, 040390 u 04039013 Dan il-prodott, minħabba l- konċentrazzjoni baxxa tiegħu fil-mikro orgniżmu ma jistax jiġi kunsidrat bħala kultura tal-mikro-organiżmi |

4.Taħlita tal-kostitwenti tal-ħalib mal-klorur tas-sodju u ċ-ċitrat tas-sodju miżjuda (0,2 %) u l-vitamini (0,2 %), bil-karatteristiċi li ġejjin:materjal niexef: 95lattosi: 56.5proteini: 28,8grass tal-ħalib: 1,1irmied: 8 | 04049021 | Il-Klassifika hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-għoti tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 0404, 040490 u 04049021 Dan il-prodott ma jistax jiġi kunsidrat bħala medja ta' kultura mħejjija biex ikunu żviluppati l- mikro-organiżmi |

5.Taħlita tal-kostitwenti tal-ħalib mal-klorur tas-sodju u ċ-ċitrat tas-sodju (4,5 %) u l-vitamini (0,2 %) miżjuda, bil-karatteristiċi li ġejjin (% fil-piż):materjal niexef: 96,2il-lattosi: 59,7il-proteini: 23,3il-grass tal-ħalib: 0,9l-irmied: 11,5 | 04049021 | Il-Klassifika tiġi stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-għoti tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 0404, 040490 u 04049021 Dan il-prodott ma jistax jiġi kunsidrat bħala medja mħejjija ta' kultura għall-iżvilupp tal-mikro-organiżmi |

6.L-etil-alkol żnaturat ta' qawwa alkolika skond il-volum ta' 80 jew ogħla u li jkun fih sa 20 % tal-faħam tal-kannol attivat | 22071000 | Il-Klassifika tiġi stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1, 3b u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-għoti tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 2207 u 22071000 |

--------------------------------------------------