SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
20 ta’ Jannar 2021 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2004/83/KE – Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja – Kwalità ta’ refuġjat – Artikolu 2(ċ) – Waqfien tal-istatus ta’ refuġjat – Artikolu 11 – Bidla fiċ-ċirkustanzi – Artikolu 11(1)(e) – Possibbiltà li tintalab il-protezzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Artikolu 7(2) – Sostenn finanzjarju u soċjali – Assenza ta’ rilevanza”
Fil-Kawża C‑255/19,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari mressqa skont l-Artikolu 267 TFUE mill-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) (il-Qorti Superjuri) (Awla tal-immigrazzjoni u l-Ażil) (Ir-Renju Unit)), permezz ta’ deċiżjoni tat‑22 ta’ Marzu 2019, li wasslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑26 ta’ Marzu 2019, fil-proċedura
Secretary of State for the Home Department
vs
OA,
fil-preżenza ta’:
Il-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR)
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),
komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala Imħallef tat-Tieni Awla, A. Kumin, T. von Danwitz (Relatur) u P. G. Xuereb, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: G. Hogan,
Reġistratur: C. Strömholm, amministratriċi,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑27 ta’ Frar 2020,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għall-Gvern tar-Renju Unit, minn Z. Lavery u J. Simpson, bħala aġenti, assistiti minn D. Blundell, barrister, |
|
– |
għall-Gvern Franċiż, inizjalment minn A.-L. Desjonquères, A. Daniel, D. Colas u D. Dubois, sussegwentement minn A.-L. Desjonquères, A. Daniel u D. Dubois, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u R. Kissné Berta, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, inizjalment minn A. Azema, M. Condou-Durande u J. Tomkin, sussegwentement minn A. Azema u J. Tomkin, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑30 ta’ April 2020,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2(ċ), tal-Artikolu 7 u tal-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad‑29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat [istatus] ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn is-Secretary of State for the Home Department (is-Segretarju tal-Istat tad-Dipartiment tal-Intern) u OA, ċittadin Somalu, dwar ir-revoka tal-istatus ta’ refuġjat tiegħu. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt internazzjonali
|
3 |
Il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati ffirmata f’Genève fit‑28 ta’ Lulju 1951 (Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 189, p. 150, Nru 2545, (1954)), daħlet fis-seħħ fit‑22 ta’ April 1954. Hija ġiet ikkompletata mill-Protokoll dwar l-Istatus tar-Refuġjati, konkluż fi New York, fil‑31 ta’ Jannar 1967, u li daħal fis-seħħ fl‑4 ta’ Ottubru 1967 (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Genève”). |
|
4 |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(A)(2) tal-Konvenzjoni ta’ Genève, it-terminu “refuġjat” japplika għal kull persuna li “minħabba f’biża’ fondata li tiġi ppersegwitata għal raġunijiet ta’ razza, reliġjon, nazzjonalità, appartenenza għal grupp soċjali partikolari jew l-opinjonijiet politiċi tagħha, issib ruħha barra mill-pajjiż tan-nazzjonalità tagħha u li ma tistax jew, minħabba din il-biża’, ma tixtieqx titlob il-protezzjoni ta’ dan il-pajjiż; jew li, jekk ma jkollhiex nazzjonalità u tkun tinsab barra mill-pajjiż fejn l-aħħar kellha r-residenza abitwali tagħha ma tistax jew, minħabba l-imsemmija biża’, ma tkunx trid tmur lura fih”. [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
5 |
L-Artikolu 1(C)(5) tal-imsemmija konvenzjoni jipprovdi: “Din il-konvenzjoni ma tibqax tapplika fir-rigward ta’ kull persuna li taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija fit-Taqsima A msemmija iktar ’il fuq: […] 5. Jekk, minħabba li ċ-ċirkustanzi li bihom hija tkun ġiet irrikonoxxuta bħala refuġjat ikunu waqfu milli jeżistu, hija ma tkunx tista’ tkompli tirrifjuta milli tgawdi mill-protezzjoni tal-pajjiż ta’ nazzjonalità tagħha Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma japplikawx għal kull refuġjat imsemmi fil-paragrafu 1 tat-Taqsima A ta’ dan l-artikolu li jista’ jinvoka, sabiex jirrifjuta l-protezzjoni tal-pajjiż tan-nazzjonalità tiegħu, raġunijiet imperattivi li jirriżultaw minn persekuzzjonijiet preċedenti.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
Id-dritt tal-Unjoni
|
6 |
Il-premessa 3 tad-Direttiva 2004/83 tipprovdi li “[i]l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u l-Protokoll jipprovdu l-cornerstone tar-reġim legali internazzjonali għall-protezzjoni ta’ refuġjati.” |
|
7 |
L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi: “L-għan ta’ din id-Direttiva tal-Kunsill huwa li tippreskrivi livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija.” |
|
8 |
Skont l-Artikolu 2(ċ) sa (e) tal-imsemmija direttiva: “Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva: […]
|
|
9 |
L-Artikolu 7 tal-istess direttiva, intitolat “Atturi ta’ protezzjoni”, jipprevedi fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu: “1. Protezzjoni tista’ tiġi provvduta minn:
2. Protezzjoni hija ġeneralment provvduta meta l-atturi msemmija fil-paragrafu 1 jieħdu passi raġunevoli sabiex jipprevjenu l-persekuzzjoni jew isofru minn periklu serju, fost ħwejjeġ oħra, billi joperaw sistema legali effettiva għall-kxif, prosekuzzjoni u kastig ta’ atti li jikkostitwixxu persekuzzjoni jew periklu serju, u l-applikant għandu aċċess għal din il-protezzjoni.” |
|
10 |
Skont l‑Artikolu 9 tad‑Direttiva 2004/83, intitolat “Atti ta’ persekuzzjoni”: “1. Atti ta’ persekuzzjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu [1, Taqsima A] tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra jridu:
2. Atti ta’ persekuzzjoni kif kwalifikat fil-paragrafu 1, jistgħu, fost ħwejjeġ oħra, jieħdu l-forma ta’:
[…] 3. Bi qbil ma’ l-Artikolu 2(ċ), irid ikun hemm konnessjoni bejn ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 10 u l-atti ta’ persekuzzjoni kif kwalifikat fil-paragrafu 1.” |
|
11 |
L-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva, intitolat “Waqfien”, jipprovdi, fil-paragrafu 1(e) u fil-paragrafu 2 tiegħu: “1. Ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat [status] għandu jieqaf milli jkun refuġjat, jekk huwa jew hija: […]
[…] 2. Fil-konsiderazzjoni tal-punti (e) jew (f) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iqisu jekk il-bdil fiċ-ċirkostanzi huwiex ta’ natura sinifikanti u mhux temporanja li l-biża tar-refuġjat minn persekuzzjoni ma tistax tibqa’ titqies bħala bir-raġun.” |
|
12 |
L-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Periklu serju”, jipprovdi: “Periklu serju jikkonsisti minn:
|
|
13 |
Id-Direttiva 2004/83 tħassret, b’effett mill‑21 ta’ Diċembru 2013, permezz tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9). Skont il-premessa 50 ta’ din l-aħħar direttiva, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ma pparteċipax fl-adozzjoni tal-imsemmija direttiva, la huwa marbut biha u lanqas suġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
Id-dritt tar-Renju Unit
|
14 |
L-Artikolu 4(1) u (2) tar-Refugee or Person In Need of International Protection Regulations 2006 (ir-Regoli tal‑2006 dwar ir-Refuġjati u l-Persuni li Jeħtieġu Protezzjoni Internazzjonali) jipprovdi: “1. Meta jiġi sabiex ikun deċiż jekk persuna tkunx refuġjata jew persuna eliġibbli għal protezzjoni umanitarja, protezzjoni minn persekuzzjoni jew perikolu serju tista’ tiġi pprovduta minn:
2. Protezzjoni għandha titqies li ġeneralment tiġi pprovduta meta l-atturi msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) jieħdu passi raġonevoli sabiex jipprevjenu persekuzzjoni jew tbatija minn perikolu serju billi joperaw sistema legali effettiva għall-identifikazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjoni ta’ atti li jikkostitwixxu persekuzzjoni jew perikolu serju, u meta l-persuna msemmija fil-paragrafu (1) ikollha aċċess għal tali protezzjoni.” |
|
15 |
L-Artikolu 338A tal-Immigration Rules (ir-Regoli dwar l-Immigrazzjoni) jipprovdi: “L-għoti ta’ status ta’ refuġjat lil persuna skont il-paragrafu 334 għandu jiġi rrevokat jew ma jiġġeddidx jekk ikun japplika xi wieħed mill-paragrafi minn 339A sa 339AB. […]” |
|
16 |
Skont l-Artikolu 339A ta’ dawn ir-regoli: “Dan il-paragrafu japplika meta s-Segretarju tal-Istat ikun issodisfatt li wieħed jew iktar minn dan li ġej ikun japplika: […]
Meta jikkunsidra (v) u (vi), is-Segretarju tal-Istat għandu jqis jekk il-bdil fiċ-ċirkustanzi jkunx ta’ natura tant sinjifikattiv u mhux temporanju li l-biża’ tar-refuġjat minn persekuzzjoni ma jkunx għadu jista’ jitqies iktar bħala fondata.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
17 |
OA huwa ċittadin Somalu, li joriġina minn Mogadixu (is-Somalja). Huwa membru ta’ klann f’minoranza tar-Reer Hamar. |
|
18 |
Matul is-snin 1990, OA u martu f’dak iż-żmien kienu vittmi ta’ diversi attakki serji u attakki vjolenti mwettqa mill-milizja Hawiye f’Mogadixu. |
|
19 |
Matul is-sena 2001, huma ħarbu mis-Somalja lejn il-Kenja. Matul l-istess sena, il-konjuġi ta’ OA f’dak iż-żmien daħlet fir-Renju Unit u kisbet l-istatus ta’ refuġjat minħabba l-persekuzzjonijiet imsemmija fil-punt preċedenti. |
|
20 |
OA daħal fir-Renju Unit matul is-sena 2003 u kiseb l-istatus ta’ refuġjat hemmhekk bħala persuna dipendenti fuq martu f’dak iż-żmien. |
|
21 |
Fit‑8 ta’ Lulju 2014, is-Segretarju tal-Istat informa lil OA li huwa kellu l-intenzjoni li jirrevoka l-istatus tiegħu ta’ refuġjat. |
|
22 |
Permezz ta’ deċiżjoni tas‑27 ta’ Settembru 2016, is-Segretarju tal-Istat irrevoka l-istatus ta’ refuġjat ta’ OA minħabba bidla fiċ-ċirkustanzi fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu u eskludieh mill-protezzjoni umanitarja abbażi tal-liġi nazzjonali fil-qasam tal-immigrazzjoni, filwaqt li kkunsidra li r-ritorn ta’ OA fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu ma jiksirx l-obbligi tar-Renju Unit taħt l-Artikolu 3 tal-KEDB. |
|
23 |
OA ppreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-First-tier Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) (il-Qorti tal-Ewwel Istanza (Awla tal-Immigrazzjoni u tal-Ażil)) (ir-Renju Unit). Din il-qorti ċaħdet ir-rikors ta’ OA fl-intier tiegħu permezz tal-ewwel sentenza tagħha u sussegwentement, wara l-annullament ta’ din is-sentenza mill-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) (il-Qorti Superjuri) (Awla tal-Immigrazzjoni u l-Ażil) (Ir-Renju Unit)), ċaħdet parzjalment l-imsemmi rikors permezz tat-tieni sentenza tagħha. |
|
24 |
Wara li annullat din it-tieni sentenza, l-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) (il-Qorti Superjuri) (Awla tal-Immigrazzjoni u l-Ażil) trid twettaq eżami ġdid tar-rikors ta’ OA. |
|
25 |
Quddiem il-qorti tar-rinviju, is-Segretarju tal-Istat isostni li huwa kellu d-dritt li jirrevoka l-istatus ta’ refuġjat ta’ OA minħabba bidla fit-tul fiċ-ċirkustanzi fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, skont l-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva 2004/83, peress li, fil-fehma tiegħu, il-klanns f’minoranza ma għadhomx suġġetti għal persekuzzjonijiet min-naħa tal-klann ta’ maġġoranza fir-reġjun ta’ Mogadixu u li l-Istat jiżgura protezzjoni effettiva hemmhekk. F’dan ir-rigward, huwa jibbaża ruħu fuq il-konstatazzjonijiet li jinsabu fis-sentenza ta’ gwida ta’ din l-istess qorti tat‑3 ta’ Ottubru 2014, MOJ et (ritorn lejn Mogadixu):
[…]
[…]
|
|
26 |
OA jikkontesta dawn il-konstatazzjonijiet u jsostni li huwa għad għandu biża’ fondata li jiġi ppersegwitat f’Mogadixu u li l-awtoritajiet statali tas-Somalja ma humiex f’pożizzjoni li jipproteġuh kontra dawn il-perikli serji. F’dan ir-rigward, huwa jinvoka l-evalwazzjoni pprovduta mill-United Nations High Commissioner for Refugees (UNHCR) (il-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Unit (UNHCR)) f’Ġunju 2014, li s-sitwazzjoni ta’ sigurtà f’Mogadixu kienet tqajjem tħassib serju f’dak li jirrigwarda l-kwistjoni tad-disponibbiltà tal-protezzjoni tal-Istat, u li klanns f’minoranza jibqgħu, barra minn hekk, fi żvantaġġ partikolari, b’mod partikolari, f’dan il-belt. Barra minn hekk, huwa jsostni li s-sentenza ta’ gwida, iċċitata fil-punt preċedenti, hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-protezzjoni tal-Istat, peress li hija bbażata parzjalment fuq l-eżistenza ta’ protezzjoni min-naħa tal-familja jew ta’ membri oħra tal-klann, li jikkostitwixxu atturi mhux statali, iżda privati. |
|
27 |
Skont l-indikazzjonijiet li jinsabu fit-talba għal deċiżjoni preliminari, ċerti qrati fir-Renju Unit jikkunsidraw li d-disponibbiltà ta’ protezzjoni suffiċjenti għandha tittieħed inkunsiderazzjoni kemm fl-istadju tal-evalwazzjoni tal-element relatat mal-“biża’ fondata ta’ persekuzzjoni ” kif ukoll fl-istadju tal-evalwazzjoni tal-element relatat mal-“protezzjoni” li l-applikant ma jistax jew ma jridx jinvoka, mingħajr madankollu ma għandu bżonn dejjem jissodisfa l-istess rekwiżiti f’dawn iż-żewġ stadji. Dawn il-qrati jqisu li, għalkemm dan it-tieni element għandu jiġi evalwat fid-dawl tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/83, dawn ir-rekwiżiti madankollu ma japplikawx waqt l-eżami tal-ewwel element, li għalhekk jista’ jieħu inkunsiderazzjoni kull forma ta’ protezzjoni u, b’mod partikolari, is-sostenn ipprovdut, b’mod partikolari, mill-familja jew mill-klann tal-persuna kkonċernata. |
|
28 |
F’dak li jikkonċerna s-sitwazzjoni ta’ OA wara eventwali ritorn f’Mogadixu, il-qorti tar-rinviju tqis li dan għandu possibiltajiet, ċertament limitati minħabba l-mobbiltà ridotta tiegħu, li jsib xogħol f’din il-belt. Barra minn hekk, OA jista’ jfittex sostenn finanzjarju mill-familja fil-qrib tiegħu li toqgħod fl-imsemmija belt, mingħand oħtu li għexet l-aħħar f’Dubai (l-Emirati Għarab Magħquda) kif ukoll minn membri tal-klann Reer Hamar li jirrisjedu fir-Renju Unit, tal-inqas sakemm huwa stess ikun jista’ jieħu ħsieb il-bżonnijiet tiegħu f’Mogadixu. |
|
29 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) (il-Qorti Superjuri) (Awla tal-immigrazzjoni u l-ażil) (Ir-Renju Unit) iddeċidiet li tissospendi l-proċedimenti u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Osservazzjonijiet preliminari
|
30 |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li għalkemm, skont l-indikazzjonijiet li jinsabu fit-talba għal deċiżjoni preliminari, OA ngħata l-istatus ta’ refuġjat minħabba atti ta’ persekuzzjoni vjolenti li huwa safa vittma tagħhom matul is-snin 1990, bħala membru ta’ klann f’minoranza f’Mogadixu, mill-milizja tal-klann f’maġġoranza f’din il-belt, minn dawn l-istess indikazzjonijiet jirriżulta li, wara bidliet li seħħew sadanittant, “[m]a hemmx milizji ta’ klanns f’Mogadixu, ebda vjolenza minn klanns u ebda trattament diskriminatorju abbażi ta’ klanns, anki għall-membri ta’ klanns f’minoranza.” F’dan ir-rigward, l-imsemmija applikazzjoni tidher li hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni li r-Repubblika Federali tas-Somalja issa tagħti, bħala prinċipju, protezzjoni suffiċjenti kontra atti ta’ persekuzzjoni, peress li din il-protezzjoni tista’ madankollu tiġi kkompletata mill-protezzjoni żgurata minn atturi privati, bħall-familja u l-klann. F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li, fl-assenza ta’ sostenn finanzjarju jew sostenn ieħor ipprovdut mill-familja tagħhom jew mill-klann tagħhom, iċ-ċittadini Somali li jirritornaw Mogadixu “ma jkunux jistgħu jipprospettaw li jiksbu aċċess għal għajxien malli jmorru lura [u] jkollhom iħabbtu wiċċhom mal-possibbiltà li jgħixu f’ċirkustanzi inqas minn dawk aċċettabbli f’termini ta’ protezzjoni umanitarja.” |
|
31 |
Madankollu, minn dawn l-istess indikazzjonijiet jirriżulta li OA jikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju kif miġbura fil-qosor fil-punt preċedenti, billi jsostni li huwa dejjem jibża’ bir-raġun li jiġi ppersegwitat f’Mogadixu u li l-awtoritajiet statali tas-Somalja ma humiex f’pożizzjoni li jipproteġuh kontra dawn l-atti ta’ persekuzzjoni. Barra minn hekk, il-Gvern Franċiż sostna, waqt is-seduta, li l-konstatazzjonijiet ta’ din il-qorti relatati mal-protezzjoni żgurata minn dawn l-awtoritajiet u mal-assenza ta’ riskju ta’ persekuzzjonijiet ma għadhomx jikkorrispondu għas-sitwazzjoni attwali prevalenti fis-Somalja. |
|
32 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, wara ritorn lejn Mogadixu, OA jistax ikun f’riskju li jkun vittma ta’ atti ta’ persekuzzjoni. |
Fuq ir-raba’ domanda
|
33 |
Permezz tar-raba’ domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva 2004/83 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-“protezzjoni” indikata f’din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-waqfien tal-istatus ta’ refuġjat għandha tissodisfa l-istess rekwiżiti bħal dawk li jirriżultaw, fir-rigward tal-għoti ta’ dan l-istatus, mill-Artikolu 2(ċ) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) u (2) tagħha. |
|
34 |
F’dan ir-rigward, mill-kliem tal-Artikolu 11(1)(e) tal-imsemmija direttiva jirriżulta li ċittadin ta’ pajjiż terz jieqaf ikun refuġjat, jekk huwa ma jistax iktar, minħabba li ċ-ċirkustanzi li abbażi tagħhom huwa jkun ġie rrikonoxxut bħala refuġjat ikunu waqfu milli jeżistu, ikompli jirrifjuta li jinvoka l-protezzjoni tal-pajjiż li huwa għandu n-nazzjonalità tiegħu. |
|
35 |
Din id-dispożizzjoni, bħall-Artikolu 1C(5) tal-Konvenzjoni ta’ Genève, tipprevedi t-telf tal-kwalità ta’ refuġjat meta ċ-ċirkustanzi li abbażi tagħhom tkun ġiet irrikonoxxuta din il-kwalità jkunu waqfu milli jeżistu jew, fi kliem ieħor, meta l-kundizzjonijiet tal-għoti tal-istatus ta’ refuġjat ma jkunux għadhom issodisfatti. Sa fejn l-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva 2004/83 jipprovdi li ċ-ċittadin “ma jistax aktar […] jkompli jirrifjuta” jinvoka l-protezzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, dan jimplika li l-“protezzjoni” inkwistjoni hija l-istess bħal dik li kienet nieqsa sa dak iż-żmien, jiġifieri dik kontra l-atti ta’ persekuzzjoni għal tal-inqas għal waħda mill-ħames raġunijiet elenkati fl-Artikolu 2(ċ) ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑2 ta’ Marzu 2010, Salahadin Abdulla et, C‑175/08, C‑176/08, C‑178/08 u C‑179/08, EU:C:2010:105, punti 65 u 67). |
|
36 |
Għalhekk, iċ-ċirkustanzi li juru l-inkapaċità jew, bil-kuntrarju, il-kapaċità tal-pajjiż ta’ oriġini li jiżgura protezzjoni kontra atti ta’ persekuzzjoni jikkostitwixxu element deċiżiv tal-evalwazzjoni li jwassal għall-għoti jew, skont il-każ, b’mod simetriku, għall-waqfien tal-istatus ta’ refuġjat. Tali waqfien jimplika għalhekk li l-bdil fiċ-ċirkustanzi jkun irrimedja l-kawżi li wasslu għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat (sentenza tat‑2 ta’ Marzu 2010, Salahadin Abdulla et, C‑175/08, C‑176/08, C‑178/08 u C‑179/08, EU:C:2010:105, punti 68 u 69). |
|
37 |
Fid-dawl tas-simetrija li tistabbilixxi d-Direttiva 2004/83 bejn l-għoti u l-waqfien tal-istatus ta’ refuġjat, il-protezzjoni li tista’ teskludi dan l-istatus, fil-kuntest tal-Artikolu 2(ċ) ta’ din id-direttiva, jew twaqqaf dan l-istatus, skont l-Artikolu 11(1)(e) tagħha, għandha tissodisfa l-istess rekwiżiti li jirriżultaw, b’mod partikolari, mill-Artikolu 7(1) u (2) tal-imsemmija direttiva. |
|
38 |
Sabiex jaslu għall-konklużjoni li l-biża’ tar-refuġjat li jiġi ppersegwitat ma għadhiex fondata, l-awtoritajiet kompetenti, fid-dawl tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2004/83, għandhom jivverifikaw, fir-rigward tas-sitwazzjoni individwali tar-refuġjat, li l-attur jew l-atturi li joffru protezzjoni, fis-sens tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu 7, ikunu ħadu l-passi raġonevoli sabiex jipprevjenu l-persekuzzjoni, li għaldaqstant għandhom, b’mod partikolari, sistema ġudizzjarja effettiva għall-identifikazzjoni, prosekuzzjoni u sanzjoni tal-atti li jikkostitwixxu persekuzzjoni u li ċ-ċittadin ikkonċernat, fil-każ ta’ waqfien tal-istatus tiegħu ta’ refuġjat, ikollu aċċess għal din il-protezzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑2 ta’ Marzu 2010, Salahadin Abdulla et, C‑175/08, C‑176/08, C‑178/08 u C‑179/08, EU:C:2010:105, punti 70 u 74). |
|
39 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva 2004/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“protezzjoni” indikata f’din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-waqfien tal-istatus ta’ refuġjat għandha tissodisfa l-istess rekwiżiti bħal dawk li jirriżultaw, fir-rigward tal-għoti ta’ dan l-istatus, mill-Artikolu 2(ċ) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) u (2) tagħha. |
Fuq l-ewwel sat-tielet domanda
|
40 |
Permezz tal-ewwel sat-tielet domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva 2004/83, moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tagħha, għandux jiġi interpretat fis-sens li sostenn soċjali u finanzjarju eventwali żgurat minn atturi privati, bħall-familja jew il-klann taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet u jekk tali sostenn huwiex rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-effettività jew tad-disponibbiltà tal-protezzjoni żgurata mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 7(1)(a) ta’ din id-direttiva, jew għall-finijiet tad-determinazzjoni, skont l-Artikolu 11(1)(e) tal-imsemmija direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 2(ċ) tagħha, tal-persistenza ta’ biża’ fondata ta’ persekuzzjoni. |
|
41 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi eżaminat, fl-ewwel lok, jekk sostenn soċjali u finanzjarju żgurat minn atturi privati, bħall-familja jew il-klann taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, jistax jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ protezzjoni li jirriżultaw mill-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva 2004/83, moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tagħha. |
|
42 |
Skont l-Artikolu 2(ċ) ta’ din id-direttiva, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għandu, minħabba ċirkustanzi eżistenti fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, ikollu biża’ fondata ta’ persekuzzjoni eżerċitata fuq il-persuna tiegħu għal minn tal-inqas waħda mill-ħames raġunijiet elenkati f’din id-dispożizzjoni. Dawn iċ-ċirkustanzi juru li dan il-pajjiż terz ma jipproteġix iċ-ċittadin tiegħu minn atti ta’ persekuzzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑2 ta’ Marzu 2010, Salahadin Abdulla et, C‑175/08, C‑176/08, C‑178/08 u C‑179/08, EU:C:2010:105, punti 56 u 57). |
|
43 |
Għalhekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 58 tal-konklużjonijiet tiegħu, u kif issemma wkoll fil-punt 38 ta’ din is-sentenza, il-protezzjoni meħtieġa mill-Artikolu 11(1)(e) tal-imsemmija direttiva hija speċifikata fl-Artikolu 7(2) tagħha li tipprovdi li “[p]rotezzjoni hija ġeneralment provvduta meta l-atturi msemmija fil-paragrafu 1 [tal-imsemmija artikolu] jieħdu passi raġonevoli sabiex jipprevjenu l-persekuzzjoni jew isofru minn periklu serju, fost ħwejjeġ oħra, billi joperaw sistema legali effettiva għall-kxif, prosekuzzjoni u kastig ta’ atti li jikkostitwixxu persekuzzjoni jew periklu serju, u l-applikant għandu aċċess għal din il-protezzjoni.” |
|
44 |
Fid-dawl ta’ dawn it-termini, il-protezzjoni meħtieġa mill-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva 2004/83, moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) ta’ din id-direttiva, tirreferi għall-kapaċità tal-pajjiż terz li tiegħu l-persuna kkonċernata għandha n-nazzjonalità li tipprevjeni jew tissanzjona l-atti ta’ persekuzzjoni fis-sens tal-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑2 ta’ Marzu 2010, Salahadin Abdulla et, C‑175/08, C‑176/08, C‑178/08 u C‑179/08, EU:C:2010:105, punti 59, 67 u 68). Barra minn hekk, l-imsemmi Artikolu 7(2) jindika miżuri meħuda sabiex jiġu preklużi atti ta’ persekuzzjoni kif ukoll l-eżistenza ta’ sistema ġudizzjarja effettiva li tippermetti l-identifikazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjoni ta’ tali atti. |
|
45 |
L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/83 li jiddefinixxi l-elementi li jippermetti l-klassifikazzjoni ta’ atti bħala atti ta’ persekuzzjoni, jispeċifika, fil-paragrafu 1 tiegħu li l-fatti rilevanti għandhom ikunu “serji biżżejjed” minħabba n-natura tagħhom jew minħabba r-repetizzjoni tagħhom sabiex jikkostitwixxu “vjolazzjoni serja ta’ drittijiet bażiċi tal-bniedem”, jew għandhom ikunu akkumulazzjoni ta’ diversi miżuri li hija “serj[a] biżżejjed” sabiex taffettwa individwu b’mod simili għal “vjolazzjoni serja ta’ drittijiet bażiċi tal-bniedem”. L-Artikolu 9(3) ta’ din id-direttiva jżid li għandha teżisti rabta bejn ir-raġunijiet ta’ persekuzzjoni imsemmija fl-Artikolu 10 tagħha u l-atti ta’ persekuzzjoni. |
|
46 |
Issa, sempliċi sostenn soċjali u finanzjarju, bħal dak imsemmi fit-talba għal deċiżjoni preliminari, li huwa pprovdut liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, ma jistax, bħala tali, jostakola atti ta’ persekuzzjoni jew jippermetti l-identifikazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjoni ta’ tali atti u, għaldaqstant, ma jistax jitqies li jiżgura l-protezzjoni meħtieġa mill-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva 2004/83, moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) ta’ din id-direttiva. Dan jgħodd b’mod partikolari peress li, f’dan il-każ, l-imsemmi sostenn soċjali u finanzjarju jidher li għandu l-għan mhux li jiżgura l-protezzjoni ta’ OA minn tali atti, iżda l-installazzjoni tiegħu mill-ġdid f’Mogadixu. |
|
47 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, sostenn soċjali u finanzjarju, bħal dak imsemmi fit-talba għal deċiżjoni preliminari, żgurat mill-familja jew mill-klann taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, ma jistax jitqies li jiżgura protezzjoni kontra atti ta’ persekuzzjoni fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. |
|
48 |
Minn dan isegwi, fit-tieni lok, li tali sostenn soċjali u finanzjarju ma huwiex rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-effettività jew tad-disponibbiltà tal-protezzjoni żgurata mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 7(1)(a) tad-Direttiva 2004/83. |
|
49 |
Dan huwa iktar u iktar il-każ peress li sempliċi diffikultajiet ekonomiċi ma jaqgħux, bħala prinċipju, taħt il-kunċett ta’ “persekuzzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/83, b’tali mod li tali sostenn soċjali u finanzjarju intiż sabiex jirrimedja tali diffikultajiet ma għandux, bħala prinċipju, ikollu effett fuq l-evalwazzjoni tas-suffiċjenza tal-protezzjoni statali kontra atti ta’ persekuzzjoni. |
|
50 |
F’dan il-każ, peress li l-atti tal-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jinkludux informazzjoni li tippermetti li jiġi kkunsidrat li diffikultajiet ekonomiċi li OA jista’ jkollu meta jmur lura Mogadixu jikkostitwixxu manifestazzjoni ta’ atti ta’ persekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 9 tal-imsemmija direttiva, dawn ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “persekuzzjoni” fis-sens ta’ dan l-artikolu li jiġġustifika l-għoti u ż-żamma tal-istatus ta’ refuġjat. |
|
51 |
Barra minn hekk, għalkemm il-Gvern Franċiż irrileva, waqt is-seduta, li deprivazzjoni materjali estrema tista’ tkun rilevanti għall-finijiet tal-għoti tal-protezzjoni sussidjarja, madankollu mill-indikazzjonijiet li jinsabu fit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-kawża prinċipali u d-domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jirrigwardawx il-punt dwar jekk OA jistax jingħata l-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja, iżda jirrigwardaw il-waqfien tal-istatus ta’ refuġjat tiegħu. Fil-fatt, għandu jiġi ppreċiżat f’dan ir-rigward li r-riferiment magħmul fid-domandi preliminari għall-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2004/83, li jinkludi d-definizzjoni tal-“persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja”, għandu jinftiehem, fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju u fid-dawl tal-elementi kollha tal-proċess, bħala li jirreferi għall-Artikolu 2(ċ) tal-imsemmija direttiva u għalhekk bħala li jirrigwarda esklużivament il-waqfien tal-istatus tar-refuġjat tar-rikorrent fil-kawża prinċipali. |
|
52 |
Barra minn hekk, sa fejn id-domandi tal-qorti tar-rinviju kellhom jinftiehmu fis-sens li hija trid tistabbilixxi jekk, sakemm il-klanns f’Mogadixu jipprovdu eventwalment, lil hinn mis-sostenn soċjali u finanzjarju tagħhom, anki protezzjoni ta’ sigurtà, tali protezzjoni tistax tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi vverifikat jekk il-protezzjoni żgurata mill-Istat tissodisfax ir-rekwiżiti li jirriżultaw, b’mod partikolari, mill-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2004/83, għandu jitfakkar li, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-biża’ ta’ persekuzzjoni tar-refuġjat għadhiex fondata, l-attur jew l-atturi ta’ protezzjoni li fir-rigward tagħhom hija evalwata r-realtà ta’ bdil fiċ-ċirkustanzi fil-pajjiż ta’ oriġini huma, skont l-Artikolu 7(1)(a) u (b) ta’ din id-direttiva, jew l-Istat stess, jew partijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jikkontrollaw l-Istat jew parti sinjifikattiv mit-territorju tiegħu (sentenza tat‑2 ta’ Marzu 2010, Salahadin Abdulla et, C‑175/08, C‑176/08, C‑178/08 u C‑179/08, EU:C:2010:105, punt 74). |
|
53 |
Issa, skont ir-rekwiżiti mfakkra fil-punti 38 u 43 sa 46 ta’ din is-sentenza, tali protezzjoni ta’ sigurtà ma tistax, fi kwalunkwe każ, tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi vverifikat jekk il-protezzjoni tal-Istat tissodisfax ir-rekwiżiti li jirriżultaw, b’mod partikolari, mill-Artikolu 7(2) tal-imsemmija direttiva. |
|
54 |
Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk l-eżistenza ta’ sostenn soċjali u finanzjarju żgurat mill-familja jew mill-klann taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat tistax madankollu tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi ddeterminata, skont l-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva 2004/83, moqri flimkien mal-Artikolu 2(ċ) tagħha, il-persistenza ta’ biża’ fondata ta’ persekuzzjoni. Skont din l-interpretazzjoni, sostnuta minn ċerti qrati tar-Renju Unit, sostenn soċjali u finanzjarju, żgurat mill-familja jew mill-klann taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, huwa ta’ natura, indipendentement mir-rekwiżiti ta’ protezzjoni li jirriżultaw mill-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, moqrija flimkien mal-Artikolu 7(2) ta’ din id-direttiva, li jeskludi tali biża’. |
|
55 |
Skont l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2004/83, ir-refuġjat huwa, b’mod partikolari, ċittadin ta’ pajjiż terz li jinsab barra mill-pajjiż tan-nazzjonalità tiegħu “minħabba f’biża’ bir-raġun li jiġi persegwitat” minħabba r-razza tiegħu, ir-reliġjon tiegħu, in-nazzjonalità tiegħu, l-opinjonijiet politiċi tiegħu jew l-appartenenza tiegħu għal ċertu grupp soċjali, u li ma jistax jew, “minħabba f’din il-biża”, ma jixtieqx jinvoka l-“protezzjoni” ta’ dan il-pajjiż. Meta ċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw tali biża’ jkunu waqfu milli jeżistu, l-istatus ta’ refuġjat jista’ jintemm, skont l-Artikolu 11(1)(e) ta’ din id-direttiva. |
|
56 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2004/83, li jirrigwardaw il-biża’ ta’ persekuzzjoni u l-protezzjoni, huma intrinsikament marbuta. Fil-fatt, il-protezzjoni li għaliha tirreferi din id-dispożizzjoni hija, kif jirriżulta mill-punt 47 ta’ din is-sentenza, protezzjoni minn atti ta’ persekuzzjoni. |
|
57 |
Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, għalkemm iċ-ċittadin ikkonċernat huwa, minħabba ċirkustanzi eżistenti fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, ikkonfrontat bil-biża’ fondata ta’ persekuzzjoni eżerċitata fuq il-persuna tiegħu għal tal-inqas għal waħda mill-ħames raġunijiet elenkati fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2004/83, dawn iċ-ċirkustanzi juru li l-pajjiż terz inkwistjoni ma jipproteġix iċ-ċittadin tiegħu minn atti ta’ persekuzzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑2 ta’ Marzu 2010, Salahadin Abdulla et, C‑175/08, C‑176/08, C‑178/08 u C‑179/08, EU:C:2010:105, punti 57 u 58). Ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa effettivament protett minn atti ta’ persekuzzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ma jistax, fil-fatt, jitqies li jibża’ b’mod fondat li jiġi ppersegwitat. |
|
58 |
Barra minn hekk, dawn l-istess ċirkustanzi li juru li l-pajjiż terz ikkonċernat ma jipproteġix iċ-ċittadin tiegħu minn atti ta’ persekuzzjoni huma l-kawża tal-impossibbiltà għal dan iċ-ċittadin, jew tar-rifjut iġġustifikat tiegħu, li jinvoka l-protezzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħu fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jiġifieri fis-sens tal-kapaċità ta’ dan il-pajjiż li jevita jew li jissanzjona atti ta’ persekuzzjoni (sentenza tat‑2 ta’ Marzu 2010, Salahadin Abdulla et, C‑175/08, C‑176/08, C‑178/08 u C‑179/08, EU:C:2010:105, punt 59). |
|
59 |
Għaldaqstant, sabiex jiġi ddeterminat jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għandux biża’fondata li jiġi ppersegwitat fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2004/83, hemm lok li tittieħed inkunsiderazzjoni l-eżistenza jew l-assenza ta’ protezzjoni minn atti ta’ persekuzzjoni f’dan il-pajjiż terz. |
|
60 |
Madankollu, il-protezzjoni minn atti ta’ persekuzzjoni eżistenti f’pajjiż terz tippermetti li jiġi konkluż li ma hemmx biża’ fondata ta’ persekuzzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni biss jekk tissodisfa r-rekwiżiti li jirriżultaw, b’mod partikolari, mill-Artikolu 7(2) ta’ din id-direttiva. |
|
61 |
Fil-fatt, peress li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(ċ) tal-imsemmija direttiva jirrigwardaw il-biża’ ta’ persekuzzjoni u l-protezzjoni minn atti ta’ persekuzzjoni li huma, kif jirriżulta mill-punt 56 ta’ din is-sentenza, intrinsikament marbuta, ma jistgħux jiġu eżaminati skont kriterju ta’ protezzjoni distint, iżda għandhom jiġu evalwati fid-dawl tar-rekwiżiti previsti, b’mod partikolari, fl-Artikolu 7(2) tal-istess direttiva. |
|
62 |
Barra minn hekk, jirriżulta, b’mod partikolari, mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/83 li dan l-Artikolu 7(2) jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi fir-rigward tal-protezzjoni minn atti ta’ persekuzzjoni eżistenti fil-pajjiż terz ta’ oriġini tal-persuna kkonċernata li hija ta’ natura li tostakola, jekk ikun il-każ, l-għoti lil din tal-aħħar tal-istatus ta’ refuġjat. Issa, interpretazzjoni li abbażi tagħha l-protezzjoni eżistenti f’dan il-pajjiż terz tista’ teskludi biża’ fondata ta’ persekuzzjoni anki jekk ma tissodisfax dawn ir-rekwiżiti tista’ tippreġudika r-rekwiżiti minimi stabbiliti minn din l-aħħar dispożizzjoni. |
|
63 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel sat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva 2004/83, moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li eventwali sostenn soċjali u finanzjarja żgurat minn atturi privati, bħall-familja jew il-klann taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet u ma huwiex, konsegwentement, rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-effettività jew tad-disponibbiltà tal-protezzjoni żgurata mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 7(1)(a) ta’ din id-direttiva jew għall-finijiet tad-determinazzjoni, skont l-Artikolu 11(1)(e) tal-imsemmija direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 2(ċ) tagħha, tal-persistenza ta’ biża fondata ta’ persekuzzjoni. |
Fuq l-ispejjeż
|
64 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.