|
12.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 391/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10507 – HITACHI RAIL / GROUND TRANSPORTATION SYSTEMS BUSINESS OF THALES)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 391/04)
1.
Fl-4 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Hitachi Rail, Ltd (“Hitachi Rail”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Hitachi, Ltd (il-Ġappun), |
|
— |
The Ground Transportation Systems business of Thales S.A. (“Thales GTS”, Franza). |
Hitachi Rail takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Thales GTS kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Hitachi Rail hija fornitur globali attiv ta’ soluzzjonijiet tat-trasport inklużi vetturi ferrovjarji, sistemi ta’ sinjalar, soluzzjonijiet turnkey, servizzi u komponenti ta’ manutenzjoni, |
|
— |
Thales GTS hija fornitur attiv globalment ta’ sistemi ta’ sinjalar u kontroll tal-ferroviji, sistemi ta’ telekomunikazzjonijiet u superviżjoni u soluzzjonijiet ta’ ġbir ta’ nollijiet. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10507 – Hitachi Rail / Thales GTS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks, jew permez tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).