|
24.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/11 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11070 – CHEMOURS INTERNATIONAL / FUMATECH / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 141/08)
1.
Fit-13 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
The Chemours Company Inc. (“Chemours”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
BWT FUMATECH Mobility GmbH (“Fumatech”, l-Awstrija), |
|
— |
JV (il-Ġermanja) |
Chemours u Fumatech se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Chemours tipproduċi u tforni sustanzi kimiċi ta’ prestazzjoni li huma inputs fi prodotti finali u proċessi f’varjetà ta’ industriji, inklużi l-kisi, ir-refriġerazzjoni u l-arja kundizzjonata, it-trasport, is-semikondutturi u l-elettronika tal-konsumatur, l-industrija ġenerali, u ż-żejt u l-gass. |
|
— |
Fumatech hija attiva fil-manifattura tal-membrana u l-kostruzzjoni ta’ impjanti fil-qasam tat-teknoloġija taċ-ċelloli tal-fuel u tal-membrana għat-trattament tal-ilma u s-soluzzjonijiet tal-proċess. |
3.
Il-JV se tkun attiva fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ membrani taċ-ċelloli tal-fuel tal-idroġenu u membrani umidifikaturi għas-sistemi taċ-ċelloli tal-fuel fis-settur tat-trasport.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11070 – CHEMOURS INTERNATIONAL / FUMATECH / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).