European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2630

9.10.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2630

tat-8 ta’ Ottubru 2024

li tirrikonoxxi skont l-Artikolu 31(2) u (4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 li r-rapport fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift fid-Danimarka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tirrikjedi li l-bijofjuwils, il-bijolikwidi, u l-fjuwils tal-bijomassa jiffrankaw emissjonijiet sinifikanti ta’ gassijiet serra meta mqabbla mal-fjuwils fossili sabiex ikunu jistgħu jingħaddu lejn il-miri stabbiliti f’dik id-Direttiva. Għal dan il-għan, l-Artikolu 29(10) jistabbilixxi limiti speċifiċi għall-iffrankar tal-emissjonijiet għal dawk il-fjuwils, u l-Artikolu 31 jirregola kif għandu jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tagħhom. Meta jsiru dawk il-kalkoli, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti stipulati fl-Annessi V u VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Minflok il-valuri prestabbiliti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola, jistgħu jintużaw valuri tipiċi taħt ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-valuri tipiċi, li jirrappreżentaw il-valur medju f’żona speċifika, jistgħu jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi. Il-valuri tipiċi jistgħu jintużaw biss jekk il-Kummissjoni tirrikonoxxihom bħala akkurati.

(2)

Fit-2 ta’ Ġunju 2024, id-Danimarka ppreżentat lill-Kummissjoni r-rapport finali bid-data għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift tipikament prodotta f’żoni fit-territorju tagħha kklassifikati bħala livell 2 fil-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Id-Danimarka talbet li d-data tiġi rikonoxxuta bħala akkurata f’konformità mal-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(3)

Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapport u sabet li fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift tipikament prodotta f’reġjuni NUTS 2 fid-Danimarka.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils, il-Bijolikwidi u l-Fjuwils tal-Bijomassa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rapport li ppreżentat id-Danimarka għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni fit-2 ta’ Ġunju 2024 fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift tipikament prodotta f’reġjuni NUTS 2 fid-Danimarka, skont l-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Is-sommarju tad-data tar-rapport huwa stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Jekk id-data li tinsab fir-rapport kif ippreżentat lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent fit-2 ta’ Ġunju 2024, tinbidel b’mod li jista’ jaffettwa l-akkuratezza tad-data u b’hekk il-bażi għal din id-Deċiżjoni, id-Danimarka għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b’tali bidliet minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-bidliet innotifikati biex tiddetermina jekk ir-rapport ikunx għadu jipprovdi d-data akkurata li għaliha huwa rikonoxxut.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tieqaf tapplika fid-29 ta’ Ottubru 2029.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1059/oj).


ANNESS

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift fir-reġjuni Daniżi (g CO2eq/kg ta’ materja niexfa taż-żerriegħa tal-lift)

 

N2O fil-ħamrija

Residwi fl-għelejjel

Inkorporat

Fjuwil inkluż dak li jkun qed jinxef

Aċidifikazzjoni kkawżata mill-fertilizzanti

Żerriegħa

Totali

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Pestiċida

Ġir

DK1 Hovedstaden

244,3

28,6

50,5

147,7

2,1

2,4

48,4

45,9

0,5

570,5

DK2 Sjælland

235,0

28,7

48,6

129,5

2,0

2,3

48,5

44,2

0,5

539,4

DK3 Syddanmark

248,8

37,5

44,1

98,2

2,1

2,4

53,2

46,8

0,5

533,6

DK4 Midtjylland

243,7

35,2

45,4

103,5

2,0

2,4

52,1

45,8

0,5

530,6

DK5 Nordjylland

271,0

39,8

45,6

96,6

2,1

2,5

56,1

51,0

0,5

565,2


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2630/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)