Brussell, 20.9.2024

COM(2024) 426 final

2024/0234(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u li jipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

L-UE tinsab soda fl-appoġġ tagħha lill-Ukrajna, li l-futur tagħha jinsab fl-UE. L-UE tappoġġa l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment u hija soda fl-impenn tagħha li tipprovdi appoġġ politiku, finanzjarju, ekonomiku, umanitarju, militari u diplomatiku 1 . Fid-dawl tal-aggressjoni Russa li qed teskala, jeħtieġ li tittieħed azzjoni malajr biex jiġi żgurat li l-Ukrajna jkollha aċċess għar-riżorsi li teħtieġ b’mod urġenti. Din il-proposta hija mfassla biex jiġi żgurat l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ġdid qabel tmiem din is-sena biex jiġu mobilizzati l-fondi għall-Ukrajna u tipprevedi wkoll Assistenza Makrofinanzjarja (AMF) eċċezzjonali biex jiġu indirizzati dawk il-ħtiġijiet urġenti.

Fl-24 ta’ Frar 2022, ir-Russja bdiet invażjoni militari fuq skala sħiħa tal-Ukrajna, b’konsegwenzi devastanti għall-Ukrajna u l-poplu tagħha. L-eskalazzjoni reċenti tar-Russja tal-gwerra brutali ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna tikkonferma r-rieda tagħha li tikser id-drittijiet fundamentali tal-Ukrajna għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment u li teqred il-vijabilità tagħha bħala Stat. Il-qlubija, il-kuraġġ u d-determinazzjoni murija mill-poplu Ukren biex jiddefendi pajjiżu jistħoqqilhom rispett u gratitudni profondi.

L-UE, flimkien mal-Istati Membri tagħha, ikkundannat b’mod inekwivoku l-azzjonijiet tar-Russja u offriet appoġġ bla preċedent lill-Ukrajna. Minn meta faqqgħet il-gwerra, l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej flimkien taw assistenza wiesgħa lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha, li tammonta għal EUR 118-il biljun. Dan jirrifletti l-impenn tal-UE li tgħin lill-Ukrajna sakemm ikun hemm bżonn u bl-intensità li tkun meħtieġa.

Madankollu, l-aggressjoni intensifikata tar-Russja żiedet il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna. Huwa evidenti li se jkunu meħtieġa sorsi addizzjonali ta’ finanzjament kemm mill-UE kif ukoll mill-komunità internazzjonali. Il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna għall-2025 se jisbqu l-projezzjonijiet eżistenti tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), li r-raba’ rieżami tiegħu tal-Programm tal-FMI assuma li l-gwerra għandha tispiċċa sa tmiem l-2024. Din is-suppożizzjoni tidher dejjem aktar improbabbli, u d-dikjarazzjoni baġitarja adottata reċentement tal-Ukrajna, żviluppata f’kooperazzjoni mal-FMI, iżżid projezzjoni ta’ USD 12-il biljun oħra għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament tagħha għall-2025, biex b’hekk it-total jitla’ għal USD 38 biljun. Filwaqt li l-Ukrajna ilha timplimenta miżuri biex iżżid id-dħul u tnaqqas in-nefqa mhux essenzjali, issa hemm marġni limitat għal tnaqqis addizzjonali, u ftit li xejn hemm lok li l-miżuri domestiċi jindirizzaw il-ħtiġijiet addizzjonali. Aktar żidiet fit-taxxa fuq bażi wiesgħa jistgħu jagħmlu ħsara lill-attività ekonomika, li diġà tinsab f’riskju żejjed wara attakki kontinwi fuq l-infrastruttura ewlenija tal-enerġija u infrastruttura oħra, u n-nuqqas ta’ ħaddiema kkawżati mill-ispostament kontinwu tan-nies u l-mobilizzazzjoni tas-suldati. L-appoġġ finanzjarju rapidu huwa kruċjali biex l-Ukrajna tingħata l-għajnuna sabiex iżżomm il-funzjonijiet essenzjali tal-istat, tiġi żgurata l-istabbiltà makroekonomika u tiġi riabilitata l-infrastruttura kritika. Dawn il-ħtiġijiet jiżdiedu mar-rekwiżiti sinifikanti għall-irkupru u r-rikostruzzjoni fuq terminu medju.

Fid-dikjarazzjoni tas-summit tagħhom tal-14 ta’ Ġunju 2024 2 , il-Mexxejja tal-G7 affermaw mill-ġdid id-determinazzjoni tagħhom li jkomplu jipprovdu appoġġ militari, baġitarju, umanitarju u ta’ rikostruzzjoni lill-Ukrajna. Għal dan l-għan, il-Mexxejja tal-G7 ħabbru t-tnedija tas-Self għall-Aċċelerazzjoni ta’ Dħul Straordinarju favur l-Ukrajna, biex jagħmlu disponibbli madwar USD 50 biljun f’finanzjament addizzjonali sa tmiem l-2024.

Il-proposta mressqa llum tieħu dan il-pass ’il quddiem billi tiżgura li l-appoġġ kontinwu lill-Ukrajna jkun jista’ jsir permezz ta’ approċċ kollettiv tal-komunità internazzjonali. Dan se jkun possibbli bil-ħolqien ta’ mekkaniżmu li jagħti appoġġ lill-Ukrajna għas-servizz u l-ħlas lura tas-self mis-sħab tal-G7 flimkien ma’ self eċċezzjonali ġdid tal-AMF mill-UE.

Ingranaġġ ta’ dħul straordinarju biex jiġi appoġġat is-self għall-Ukrajna

Bħala parti mis-sanzjonijiet imposti mill-UE fuq ir-Russja b’reazzjoni għall-azzjonijiet tagħha fl-Ukrajna, l-assi tal-Bank Ċentrali tar-Russja miżmuma minn istituzzjonijiet finanzjarji fl-Istati Membri ilhom immobilizzati minn Frar 2022 3 . L-assi miżmuma fl-UE, b’valur ta’ madwar EUR 210 biljun, jirrappreżentaw il-maġġoranza ta’ tali assi immobilizzati madwar id-dinja. Il-projbizzjoni ta’ tranżazzjonijiet fuq dawn l-assi tiġġenera akkumulazzjoni ta’ flus straordinarja u mhux mistennija fil-karti bilanċjali ta’ depożitorji ċentrali tat-titoli 4 . Skont il-livell tar-rati tal-imgħax, id-dħul straordinarju ġie stmat sa massimu ta’ EUR 4-5 biljun fis-sena.

Dan id-dħul mhux mistenni u straordinarju ma jikkostitwix assi sovrani, u ma għandux għalfejn isir disponibbli għall-Bank Ċentrali tar-Russja skont ir-regoli applikabbli, anke wara li tintemm l-immobilizzazzjoni. Peress li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-miżuri restrittivi 5 , id-depożitorji ċentrali tat-titoli ma jistgħux jistennew li se jiggwadanjaw minnu.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/577 6 pprevediet miżuri li japplikaw mill-15 ta’ Frar 2024, li jistabbilixxu regoli għat-twarrib tad-dħul straordinarju li jirriżulta mill-immobilizzazzjoni. Dan ġie segwit f’Mejju 2024 minn miżuri għall-użu tal-profitti netti li jirriżultaw għall-benefiċċju tal-Ukrajna 7 . Bħalissa dawn qed jintużaw fil-forma ta’ kontribuzzjoni finanzjarja biex jiġu appoġġati kemm l-objettivi militari kif ukoll dawk ta’ rikostruzzjoni. Bħalissa, il-miżuri restrittivi tal-Unjoni jipprevedu li 90 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tiġi allokata għall-Faċilità Ewropea għall-Paċi u 10 % għall-Faċilità għall-Ukrajna. Dan jirrifletti l-ħtiġijiet militari urġenti tal-Ukrajna. Madankollu, ir-regoli rilevanti dwar il-miżuri restrittivi jippermettu reviżjoni ta’ din l-allokazzjoni.

Mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni ta’ self għall-Ukrajna

F’Ġunju 2024, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kunsill biex javvanzaw il-ħidma sabiex jipprovdu finanzjament addizzjonali lill-Ukrajna sa tmiem is-sena. F’konformità mar-riżultati tas-summit tal-G7, dan jieħu l-forma ta’ self servut u mħallas lura minn flussi futuri tad-dħul straordinarju. Il-Kunsill Ewropew għamilha ċara li din il-kostruzzjoni kienet imfassla biex ikun possibbli s-servizzjar u l-ħlas lura mhux biss ta’ self mill-UE, iżda wkoll ta’ dawk ta’ sħab oħra tal-G7. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda wkoll li l-assi tar-Russja għandhom jibqgħu immobilizzati sakemm ir-Russja twaqqaf il-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna u tikkumpensaha għall-ħsara kkawżata mill-gwerra. Dan jirrappreżenta impenn biex tinżamm l-immobilizzazzjoni tal-assi u għalhekk il-ġbir tal-kontribuzzjoni finanzjarja miġbura fuq il-profitti straordinarji, li joffri sors ta’ fondi għas-servizz u l-ħlas lura tas-self tal-Ukrajna sakemm ikun disponibbli kumpens mir-Russja biex jitħallas is-self.

Il-proposta attwali se tappoġġa lis-sħab tal-G7 fil-ħruġ ta’ self lill-Ukrajna b’mod parallel mas-self eċċezzjonali tal-AMF tal-UE, bil-ħsieb li jintlaħaq l-ammont totali previst fis-summit tal-G7. B’mod speċifiku, din il-proposta toħloq Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna sabiex l-Ukrajna tingħata appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli biex jgħinha tħallas lura s-self ipprovdut mis-sħab tal-G7. Il-ħlas lura tas-self ikun appoġġat minn rikavati minn flussi futuri tal-profitti straordinarji li jirriżultaw mill-assi immobilizzati tar-Russja fl-Unjoni, kif ukoll ikun miftuħ għal sorsi oħra, inkluż dħul straordinarju ġġenerat f’ġuriżdizzjonijiet rilevanti oħra.

Il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna jiżborża dawn l-ammonti riċevuti fuq bażi regolari, sabiex l-Ukrajna tkun tista’ tkopri l-kapital u l-imgħax ta’ self eliġibbli lill-UE u lil selliefa oħra tal-G7 fuq bażi prorata skont il-kapital ta’ kull self.

Ir-riskju residwu jinġarr minn kull sellief għas-self rispettiv tiegħu. Ftehim ta’ self mal-Ukrajna se jiċċara li ladarba jitħallas kumpens mill-aggressur, dawn il-fondi se jiżguraw il-ħlas lura tas-self mill-Ukrajna. Peress li s-self huwa sostnut mid-dħul mill-assi Russi immobilizzati, dan mhux se jżid mal-piż tad-dejn tal-Ukrajna.

Sabiex jiġi mħaddem il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna, l-allokazzjoni tal-ammont imħallas mid-depożitorji ċentrali tas-sigurtà kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1470 u fl-Anness XLI tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 se jkollha tiġi aġġustata. Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli qed iħejju l-proposti legali għal atti ta’ implimentazzjoni li jimmodifikaw l-allokazzjoni. Barra minn hekk, sabiex jitħaffef il-profil tal-pagamenti tal-appoġġ baġitarju kollu tal-Unjoni lill-Ukrajna, l-iskeda ta’ pagamenti tal-Faċilità għall-Ukrajna tista’ tiġi emendata. Il-Kummissjoni qed timmonitorja l-livell totali ta’ appoġġ finanzjarju lill-Ukrajna u tista’ tħejji proposta biex jekk ikun hemm bżonn, din l-iskeda ta’ pagamenti tiġi emendata kif meħtieġ.

Ix-xhur li ġejjin se jkunu deċiżivi biex jintwera l-impenn kollettiv tal-G7 fil-forma ta’ self bħal dan, li jirrikjedi sforz internazzjonali kkoordinat u kooperazzjoni mill-qrib bejn is-sħab internazzjonali. Hemm bżonn urġenti li l-proposti jiġu adottati qabel l-aħħar ta’ Ottubru, sabiex is-self tal-Unjoni jkun jista’ jiġi rilaxxat qabel tmiem l-2024 għal żborżi futuri f’segments u jippermetti l-użu tal-garanzija tal-marġni ta’ manuvra diġà mogħtija.

Assistenza finanzjarja tal-UE lill-Ukrajna

Din il-proposta se tikkomplementa l-appoġġ li diġà qed jingħata. L-UE, l-Istati Membri tagħha u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej flimkien taw aktar minn EUR 118-il biljun f’għotjiet u f’self biex jiġi appoġġat l-isforz tal-gwerra tal-Ukrajna, l-ekonomija tagħha, filwaqt li jgħinu biex jinżammu s-servizzi bażiċi u joffru rikostruzzjoni bikrija, assistenza umanitarja u għajnuna lil dawk li qed jaħarbu mill-gwerra. Bħala parti mill-assistenza militari, l-UE qed tipprovdi EUR 6,1 biljun f’appoġġ militari permezz tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi, li fl-2024 se tiżdied bl-użu tad-dħul minn assi Russi immobilizzati. Mill-ammont totali, ingħataw jew ġew garantiti aktar minn EUR 45 biljun mill-baġit tal-UE f’appoġġ baġitarju, kif ukoll f’assistenza umanitarja u ta’ emerġenza. Dan jinkludi EUR 25,2 biljun ta’ żborżi permezz ta’ erba’ operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja biex jgħinu lill-Ukrajna tindirizza l-ħtiġijiet ta’ finanzjament urġenti, u s’issa EUR 12,2 biljun fi żborżi fil-qafas tal-Faċilità għall-Ukrajna.

L-assistenza makrofinanzjarja sostanzjali tal-UE lill-Ukrajna fl-2022 u fl-2023 tat kontribut kbir għall-istabbiltà makroekonomika tal-Ukrajna. L-istabbilizzazzjoni tal-finanzi pubbliċi ppermettiet lill-Ukrajna żżomm servizzi essenzjali għall-poplu tagħha, kif ukoll tillibera riżorsi għall-imperattiv tad-difiża militari kontra l-aggressjoni Russa. Għenet ukoll biex tavvanza l-implimentazzjoni ta’ riformi ekonomiċi kruċjali. Fl-2024, ir-rekord ipprovat tar-riformi tal-Ukrajna witta t-triq għall-adozzjoni tal-Faċilità għall-Ukrajna ta’ EUR 50 biljun, strument fuq terminu medju biex l-Ukrajna tingħata sors kontinwu, prevedibbli u flessibbli ta’ finanzjament sal-2027, filwaqt li jiġi żgurat li l-Ukrajna tkompli bir-riformi essenzjali, b’mod partikolari fid-dawl tal-perkors tal-adeżjoni tagħha. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet Ukreni adottaw il-Pjan għall-Ukrajna, l-aġenda ta’ riforma ġenerali għall-perjodu 2024-2027. Il-finanzjament fil-qafas tal-Faċilità se jgħin lill-Ukrajna żżomm l-amministrazzjoni tagħha għaddejja, tipprovdi servizzi pubbliċi bażiċi, u tappoġġa l-irkupru u r-rikostruzzjoni. Il-pjan għall-Ukrajna fih riformi u investimenti ewlenin li jistgħu jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku sostenibbli u jattiraw l-investimenti, biex jiġi amplifikat il-potenzjal tat-tkabbir tal-pajjiż fuq terminu medju sa twil. Fl-2024 biss, il-Faċilità hija mistennija li tiżborża EUR 16-il biljun skont il-Pilastru I tagħha, prinċipalment soġġetta għall-implimentazzjoni f’waqtha u b’suċċess tal-miżuri tal-Pjan għall-Ukrajna, li jagħmilha mhux biss sors importanti ta’ finanzjament, iżda wkoll il-qafas ewlieni li jirfed l-isforzi ta’ riforma tal-Ukrajna.

Din il-proposta tipprevedi AMF eċċezzjonali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet akbar. Din l-assistenza se tingħata b’mod prevedibbli, kontinwu, ordnat u f’waqtu biex jiġu ffinanzjati l-ħtiġijiet immedjati, tiġi rriabilita l-infrastruttura kritika, u jiġi offrut appoġġ inizjali għar-rikostruzzjoni sostenibbli ta’ wara l-gwerra, filwaqt li jingħata appoġġ lill-Ukrajna fi triqitha lejn l-integrazzjoni Ewropea. L-iżborż se jkun marbut ma’ prekundizzjonijiet u kundizzjonijiet ta’ politika li għandhom jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Qbil bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna (“MtQ”). Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jkunu konsistenti mal-passi kwalitattivi u kwantitattivi li jinsabu fil-Pjan għall-Ukrajna.

Il-kontribuzzjoni tal-UE permezz tal-AMF eċċezzjonali se tipprovdi spazju fiskali biex l-Ukrajna tagħmel l-għażliet ta’ nfiq tagħha skont il-ħtiġijiet l-aktar urġenti tagħha, inkluż l-irkupru u r-rikostruzzjoni tagħha kif ukoll l-awtodifiża tagħha kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja. F’dak il-kuntest, huwa xieraq li l-Ukrajna timpenja ruħha li tippromwovi l-kooperazzjoni mal-Unjoni dwar l-irkupru, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Ukrajna, f’konformità mal-objettivi tal-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIP, European Defence Industry Programme) u strumenti rilevanti oħra tal-Unjoni.

Sabiex tiġi żgurata bażi finanzjarja soda, is-self tal-AMF lill-Ukrajna (bl-istess mod bħall-istrument tal-AMF+ u l-parti tas-self tal-Faċilità għall-Ukrajna li pprovdew appoġġ finanzjarju lill-Ukrajna mill-2023) għandu jkun appoġġat minn garanzija mill-marġni ta’ manuvra tal-baġit tal-UE, jiġifieri l-ispazju baġitarju ogħla mil-limitu massimu għall-pagamenti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) sal-limitu massimu tar-riżorsi proprji. Dan ikun jipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni u riassigurazzjoni lill-investituri, u jevita l-proviżjonament ta’ self jew l-istabbiliment ta’ garanziji nazzjonali, mingħajr ma jkun jirrikjedi bidliet fid-daqs jew fil-limiti massimi tal-QFP 8 . Għalhekk, id-deċiżjoni dwar ir-rilaxx tas-self il-ġdid tal-AMF għandha tittieħed qabel tmiem din is-sena.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-appoġġ fil-qafas tal-operazzjoni tal-AMF se jkun konsistenti mal-attivitajiet iffinanzjati skont ir-Regolament (UE) 2024/792 9 , ir-Regolament (UE) 2021/947 10 u r-Regolament (KE) Nru 1257/96 11 u komplementari għalihom, f’konformità mal-objettivi, il-loġika ta’ intervent u r-regoli rispettivi ta’ dawn l-istrumenti.

B’mod partikolari, is-self tal-AMF jiżdied ukoll mal-appoġġ ipprovdut mill-UE fil-qafas tal-Faċilità għall-Ukrajna u huwa komplementari għalih. Tingħata attenzjoni speċifika lill-konsistenza u t-tisħiħ reċiproku tal-operazzjoni tal-AMF u l-implimentazzjoni tal-Faċilità. B’mod partikolari, ir-rilaxx tas-self tal-AMF se jkun marbut mat-twettiq sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet ta’ politika stabbiliti f’MtQ, li se jkun konsistenti mal-passi kwalitattivi u kwantitattivi li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna 12 , u kwalunkwe emenda tiegħu sad-dħul fis-seħħ tal-MtQ. Barra minn hekk, il-mekkaniżmu ta’ ġestjoni u kontroll finanzjarji tajbin stabbilit fil-qafas tal-Faċilità għall-Ukrajna kif ukoll id-drittijiet, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi previsti fil-Ftehim Qafas skont il-Faċilità li għandhom jiżguraw li l-interess finanzjarju tal-Unjoni, għandu jiġi applikat għall-fini tas-self tal-AMF.

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-appoġġ fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna se jkun konsistenti mal-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi (sanzjonijiet) kontra r-Russja. Dan se jkun konsistenti wkoll mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2024, fejn il-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli u l-Kunsill huma mistiedna javvanzaw il-ħidma fuq l-għoti ta’ finanzjament addizzjonali lill-Ukrajna sa tmiem is-sena, fil-forma ta’ self servut u mħallas lura minn flussi futuri tad-dħul straordinarju, flimkien mas-sħab tal-G7, biex jiġu appoġġati l-ħtiġijiet militari, baġitarji u ta’ rikostruzzjoni attwali u futuri tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, l-istatus ta’ kandidat mogħti mill-Kunsill Ewropew fit-23 ta’ Ġunju 2022 u mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2023 biex jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni mal-Ukrajna jankraw fis-sod lill-Ukrajna fit-triq Ewropea tagħha. Din hija r-raġuni għaliex ir-rispons kollu tal-UE b’appoġġ għar-reżiljenza u l-irkupru għall-Ukrajna – inkluż permezz tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u l-operazzjoni tal-AMF, li min-naħa tagħhom se jkunu konsistenti mal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Ukrajna u jappoġġawha – se jikkontribwixxi wkoll għall-fażi bikrija tal-proċess ta’ qabel l-adeżjoni tal-Ukrajna.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi legali

L-Artikolu 212 TFUE huwa bażi legali xierqa għall-programmi ta’ assistenza finanzjarja mogħtija mill-Unjoni lil pajjiżi terzi, li ma humiex pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, u huwa bażi legali li ntużat għal self preċedenti tal-AMF.

•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklussiva)

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika peress li l-ħtieġa ta’ reazzjoni komuni fl-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna fuq skala adegwata ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, u minħabba raġunijiet tal-iskala u l-effett tagħha, jista’ jinkiseb aħjar mill-UE. Ir-raġunijiet ewlenin huma l-kapaċità fiskali u r-restrizzjonijiet baġitarji li qed jiġu ffaċċjati fil-livell nazzjonali u l-ħtieġa għal koordinazzjoni b’saħħitha tad-donaturi sabiex jiġu massimizzati l-iskala u l-effettività tal-appoġġ, filwaqt li jiġi limitat il-piż fuq il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tal-Ukrajna, li hija mġebbda ħafna fiċ-ċirkostanzi attwali. L-UE tinsab f’pożizzjoni unika li twassal assistenza esterna lill-Ukrajna biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament urġenti, b’mod partikolari billi tipprovdi għajnuna konċessjonali fuq terminu qasir u fit-tul fil-forma ta’ self u ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli b’mod prevedibbli, kontinwu, ordnat u f’waqtu.

•Proporzjonalità

Il-mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u l-operazzjoni tal-AMF huma proposti bħala rispons immirat għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Ukrajna minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni Russa.

L-aggressjoni militari kontinwa mhux provokata u mhux ġustifikata mir-Russja tirrikjedi l-għoti ta’ assistenza finanzjarja addizzjonali lill-Ukrajna f’konformità mal-objettivi u l-modalitajiet deskritti f’din il-proposta.

L-appoġġ finanzjarju propost lill-Ukrajna huwa meqjus adegwat fid-daqs, abbażi tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament għoljin, filwaqt li titqies l-inċertezza kbira taċ-ċirkostanzi tal-gwerra.

L-ammont globali ta’ finanzjament magħmul disponibbli għall-Ukrajna permezz tal-operazzjoni eċċezzjonali tal-AMF u self bilaterali eliġibbli, li se jiġi servut u mħallas lura minn flussi futuri ta’ dħul straordinarju permezz tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna, jikkonforma ma’ inizjattiva tal-G7 li tiżgura qsim wiesa’ tal-piżijiet internazzjonali mas-sħab, u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-iskop imfittex biex jiġu appoġġati l-ħtiġijiet baġitarji projettati tal-Ukrajna.

•Għażla tal-istrument

L-istrument xieraq huwa Regolament peress li dan jipprovdi regoli applikabbli direttament għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u l-assistenza makrofinanzjarja.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-proposta ssegwi sensiela ta’ operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja pprovduti lill-Ukrajna mill-2015. Evalwazzjonijiet ex post tal-operazzjonijiet preċedenti tal-AMF lill-Ukrajna wrew li b’mod ġenerali kienu rilevanti ħafna f’termini tal-objettivi, tal-pakkett finanzjarju u tal-kundizzjonijiet ta’ politika tagħhom. B’mod partikolari, l-operazzjonijiet tal-AMF kienu kruċjali biex jappoġġaw lill-Ukrajna fl-indirizzar tal-problemi tagħha tal-bilanċ tal-pagamenti u fl-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali ewlenin biex tiġi stabbilizzata l-ekonomija u tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-pożizzjoni esterna tagħha. Huma ppermettew iffrankar fiskali u benefiċċji finanzjarji, u aġixxew bħala katalist għal appoġġ finanzjarju addizzjonali u l-fiduċja tal-investituri. Ġie determinat li l-kondizzjonalità marbuta mal-operazzjonijiet tal-AMF kienet komplementari għall-programmi relatati tal-FMI. Dan ħoloq effett politikament rinforzanti li kkontribwixxa għall-mobilizzazzjoni tal-awtoritajiet Ukreni għal riformi essenzjali, speċjalment f’oqsma ta’ politika strutturali li huma inqas koperti minn programmi oħra ta’ donaturi internazzjonali.

Fl-2023, l-istrument tal-AMF+ ġab l-appoġġ finanzjarju totali għal-livell massimu ta’ EUR 18-il biljun, li għen lill-Ukrajna tkopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament immedjati tagħha fl-2023 permezz ta’ strument ta’ appoġġ finanzjarju stabbli, prevedibbli u mdaqqas. Dan il-finanzjament kien strumentali fiż-żamma tal-istabbiltà makroekonomika u l-kondizzjonalità tar-riforma sottostanti ppermettiet titjib wiesa’ fin-nisġa ekonomika strutturali tal-pajjiż. B’mod partikolari, dan kien jinkludi t-tisħiħ tal-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat Kontra l-Korruzzjoni, it-titjib tal-funzjonament tal-istituzzjonijiet legali bħal permezz tal-ħatra ta’ kap tal-awtorità kontra l-korruzzjoni u t-titjib tal-proċess tal-għażla għall-imħallfin. Barra minn hekk, l-Ukrajna tejbet il-qafas tal-falliment u tal-insolvenza u għamlet ukoll avvanzi sinifikanti lejn sistema tal-enerġija aktar effiċjenti u fil-promozzjoni ta’ klima kummerċjali aħjar.

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-proposta twettaq it-talbiet tal-komunità internazzjonali biex tibqa’ impenjata bis-sħiħ biex tgħin lill-Ukrajna tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ finanzjament urġenti tagħha fuq terminu qasir, kif ukoll tappoġġa l-prijoritajiet fit-tul tagħha ta’ rkupru u rikostruzzjoni. Dan isegwi l-impenn li sar fis-Summit tal-G7 f’Apulia fl-14 ta’ Ġunju 2024 biex jitnieda “Self għall-Aċċellerazzjoni ta’ Dħul Straordinarju (ERA, Extraordinary Revenue Acceleration) favur l-Ukrajna”, sabiex isiru disponibbli madwar USD 50 biljun f’finanzjament addizzjonali lill-Ukrajna sa tmiem is-sena 2024. Fit-tħejjija ta’ din il-proposta, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u ma’ donaturi oħra bilaterali (inklużi l-Istati Membri u l-membri tal-G7) u multilaterali, b’għarfien espert sinifikanti, inkluż fir-rigward tal-ekonomija tal-Ukrajna. Il-Kummissjoni kienet ukoll f’kuntatt regolari mal-awtoritajiet tal-Ukrajna.

Ma setgħetx titwettaq konsultazzjoni formali mal-partijiet ikkonċernati minħabba l-urġenza li titħejja l-proposta sabiex tkun tista’ tiġi adottata fil-ħin mill-koleġiżlaturi biex issir operattiva sa tmiem l-2024. Dan se jippermetti li jittieħed vantaġġ mill-opportunitajiet għall-finanzjament li se jiskadu fi tmiem l-2024, kif ukoll li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ekonomiċi u finanzjarji ġodda u li qed jikbru kkawżati mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja li se jkollhom jiġu ssodisfati, kif ukoll l-irkupru u r-rikostruzzjoni. L-UE se tiżgura komunikazzjoni u viżibilità xierqa madwar l-objettivi u l-azzjonijiet imwettqa fl-ambitu tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u l-operazzjoni tal-AMF, fl-Ukrajna, fl-Unjoni, u lil hinn minnha.

•Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-proposta tibni fuq esperjenza twila ta’ 30 sena ta’ assistenza makrofinanzjarja kif ukoll fuq l-esperjenza fl-appoġġ tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni bbażat din il-proposta fuq analiżi bir-reqqa, li tibni wkoll fuq l-inputs minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istituzzjonijiet internazzjonali kompetenti oħra, tal-ħtiġijiet finanzjarji u s-sitwazzjoni makrofinanzjarja usa’ tal-Ukrajna. Dan jinkludi diskussjonijiet fuq bażi regolari dwar l-aħħar projezzjonijiet tal-ħtiġijiet finanzjari tal-Ukrajna f’fora internazzjonali, bħall-G7 u l-Pjattaforma tad-Donaturi tal-Ukrajna, kif ukoll kuntatt dirett kontinwu mal-awtoritajiet Ukreni.

•Valutazzjoni tal-impatt

Minħabba n-natura urġenti tal-proposta, li hija mfassla biex tipprovdi assistenza urġenti sa tmiem is-sena lil pajjiż fi gwerra, ma setgħet titwettaq l-ebda valutazzjoni tal-impatt. Il-valutazzjoni ex ante tal-ħtiġijiet proposti li għandhom jiġu koperti mis-self appoġġat fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna (inkluża l-operazzjoni tal-AMF innifisha) fost l-oħrajn tibbaża fuq data reċenti mill-Fond Monetarju Internazzjonali. L-appoġġ fil-qafas tal-operazzjoni tal-AMF għandu jibni fuq it-tagħlimiet meħuda mill-operazzjonijiet tal-AMF mal-Ukrajna mill-2015 u l-kisbiet tagħhom, inklużi l-operazzjonijiet ta’ Emerġenza u Eċċezzjonali tal-AMF fl-2022 u l-istrument tal-AMF+ fl-2023 fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-gwerra li għaddejja. Barra minn hekk, il-kundizzjonalità tal-politika tas-self tal-AMF għandha tkun konsistenti mal-passi fil-Pjan għall-Ukrajna u tkompli ssaħħaħ l-inċentivi għall-implimentazzjoni tiegħu.

•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-proposta ma hijiex marbuta mal-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni.

•Drittijiet fundamentali

Prekundizzjoni għall-għoti ta’ appoġġ skont is-self tal-AMF hija li l-Ukrajna tkompli tirrispetta mekkaniżmi demokratiċi effettivi u lill-istituzzjonijiet tagħha, inkluża s-sistema parlamentari multipartitika, u l-istat tad-dritt, u li tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, fosthom dawk ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.

L-impenn għar-riforma u r-rieda politika qawwija mill-awtoritajiet Ukreni huma sinjal pożittiv, b’mod partikolari kif muri mill-Kunsill Ewropew meta f’Ġunju 2022 ta lill-Ukrajna status ta’ kandidat u mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2023 biex jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni mal-Ukrajna, u mit-tlestija b’suċċess imġedda tal-kundizzjonalità tal-politika strutturali marbuta mal-operazzjonijiet reċenti tal-AMF lill-Ukrajna u l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna. Mindu seħħet l-aggressjoni Russa, l-awtoritajiet tal-Ukrajna wrew grad impressjonanti ta’ reżiljenza u baqgħu impenjati li jsegwu dawn ir-riformi b’mod trasparenti u li jaħdmu lejn l-istandards tal-UE u f’konformità mal-perkors tal-pajjiż lejn integrazzjoni fl-UE.

Għal dan il-għan, il-prekundizzjoni għal operazzjoni tal-AMF hija meqjusa bħala ssodisfata fil-preżent. Fl-istess ħin, l-aderenza kontinwa ma’ din il-prekundizzjoni se tkompli tiġi żgurata permezz ta’ kundizzjonijiet speċifiċi fil-ftehim ta’ self futur għall-operazzjoni tal-AMF. L-istess prekundizzjoni għall-appoġġ hija applikabbli għall-implimentazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta hija kompatibbli bis-sħiħ mal-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027.

Il-finanzjament tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna jirrikjedi aġġustament tar-regoli għall-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mid-depożitorji ċentrali tat-titoli stabbiliti skont il-miżuri restrittivi tal-Unjoni. L-ammonti trasferiti lill-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna se jikkostitwixxu dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju. Barra minn hekk, il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna jista’ jiġi ffinanzjat minn ammonti riċevuti bħala kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali minn Stati Membri, pajjiżi terzi jew sorsi oħra. Tali kontribuzzjonijiet se jikkostitwixxu dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(2), il-punti (a)(ii), (d) u (e), rispettivament tar-Regolament Finanzjarju.

Is-self eċċezzjonali tal-AMF se jagħmel disponibbli appoġġ sa EUR 35 biljun f’self f’pagament parzjali wieħed li huwa disponibbli għar-rilaxx sal-31 ta’ Diċembru 2024. Dan jirrikjedi li l-kundizzjonalitajiet rilevanti jiġu ssodisfati mill-Ukrajna fl-2024.

Il-fondi jistgħu jiġu żborżati f’segment wieħed jew iktar. L-iżborż ta’ dawn is-segmenti kollha se jsir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025.

Aktar dettalji dwar l-implikazzjonijiet baġitarji huma pprovduti fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva mehmuża ma’ din il-proposta.

5.ELEMENTI OĦRA

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna, il-Kummissjoni se tidħol fi ftehim mal-Ukrajna li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-obbligi biex tirċievi u tuża l-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli.

Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel is-self eċċezzjonali tal-AMF disponibbli għall-Ukrajna, u b’hekk tikkontribwixxi għall-isforzi tas-sħab internazzjonali tal-Ukrajna, espressi b’mod partikolari mill-Mexxejja tal-G7 f’Ġunju 2024 f’Apulia, biex tkopri l-ħtiġijiet baġitarji tagħha. L-appoġġ se jikkontribwixxi biex ikopri d-diskrepanza fil-finanzjament estern residwu tal-Ukrajna fl-2024-2025 u huwa ppjanat li jiġi żborżat f’pagament parzjali wieħed li jista’ jiġi żborżat f’diversi segments. Ir-rilaxx tal-pagament parzjali se jkun soġġett għat-twettiq sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet ta’ politika kif miftiehem fil-MtQ u kif imsemmi f’din il-proposta. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali biex timmonitorja l-iżviluppi rilevanti u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti u tal-kundizzjonijiet kif miftiehem fil-MtQ. L-appoġġ ikun ġestit mill-Kummissjoni. Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni tal-frodi u irregolaritajiet oħra, konsistenti mar-Regolament Finanzjarju, huma applikabbli, f’konformità mal-Ftehim Qafas konkluż fil-qafas tal-Faċilità għall-Ukrajna. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll kif proposti fil-qafas tal-Pjan għall-Ukrajna stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna se jiġu applikati għas-self tal-AMF.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni se tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni lill-Ukrajna fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u l-operazzjoni tal-AMF, inkluża evalwazzjoni. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni se tibgħat rapport ta’ evalwazzjoni ex post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-appoġġ komplut mill-Unjoni fil-qafas tal-operazzjoni tal-AMF kif ukoll sa liema punt ikkontribwixxa għall-għanijiet tal-appoġġ.

•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-Kapitolu I tar-Regolament fih id-dispożizzjonijiet ġenerali.

L-Artikolu 1 jipprovdi s-suġġett tar-Regolament, li huwa l-istabbiliment tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u l-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna.

L-Artikolu 2 jipprevedi d-definizzjonijiet applikabbli skont ir-Regolament.

Il-Kapitolu II tar-Regolament jikkonċerna l-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna.

L-Artikolu 3 jiddefinixxi l-għan tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna.

L-Artikolu 4 jiddeskrivi l-finanzjament tal-appoġġ fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna, inkluż kif l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi u l-partijiet interessati jistgħu jikkontribwixxu għall-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna.

L-Artikolu 5 jiddeskrivi l-appoġġ disponibbli fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna.

L-Artikolu 6 jistabbilixxi l-kriterji ta’ eliġibbiltà li abbażi tagħhom il-Kummissjoni se tivvaluta jekk huwiex eliġibbli self bilaterali skont il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u jipprevedi li l-Kummissjoni tapprova l-eliġibbiltà ta’ self bilaterali lill-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna.

L-Artikolu 7 jistipula li l-Kummissjoni se tikkonkludi Ftehim ULCM mal-Ukrajna għall-Implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u jipprovdi informazzjoni dwar il-kontenut u l-emenda tiegħu.

L-Artikolu 8 jipprevedi kif jiġi rilaxxat l-appoġġ fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna.

Il-Kapitolu III tar-Regolament jikkonċerna l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali.

L-Artikolu 9 jiddeskrivi l-appoġġ disponibbli fil-qafas tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż il-forma, l-implimentazzjoni u d-disponibbiltà tiegħu.

L-Artikolu 10 jistabbilixxi l-ammont tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

L-Artikolu 11 jipprevedi l-konformità mal-prekundizzjonijiet meħtieġa għall-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja.

L-Artikolu 12 jistipula li l-Kummissjoni se tikkonkludi Memorandum ta’ Qbil mal-Ukrajna u jipprovdi informazzjoni dwar il-kontenut u ż-żmien tiegħu.

L-Artikolu 13 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċess għar-rilaxx tas-self tal-AMF.

L-Artikolu 14 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, li tissellef il-fondi meħtieġa mis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji.

L-Artikolu 15 jirregola l-ftehim ta’ self tal-AMF u l-kontenut tiegħu.

L-Artikolu 16 jirregola l-governanza permezz ta’ proċeduri ta’ kumitat.

Il-Kapitolu IV tar-Regolament fih id-dispożizzjonijiet finali.

L-Artikolu 17 jirregola l-għoti ta’ informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

L-Artikolu 18 jirregola d-dħul fis-seħħ.

2024/0234 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u li jipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna fl-24 ta’ Frar 2022, l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej immobilizzaw appoġġ bla preċedent għar-reżiljenza ekonomika, soċjali u finanzjarja tal-Ukrajna. Dak l-appoġġ jikkombina appoġġ mill-baġit tal-Unjoni, inkluż assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali u appoġġ mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), iggarantiti bis-sħiħ jew parzjalment mill-baġit tal-Unjoni, kif ukoll appoġġ finanzjarju ulterjuri mill-Istati Membri. 

(2)L-għoti mill-Unjoni ta’ assistenza makrofinanzjarja sa EUR 18-il biljun skont ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 tqies bħala rispons xieraq għad-diskrepanza fil-finanzjament tal-Ukrajna għall-2023 u għen biex jiġi mobilizzat finanzjament sinifikanti minn donaturi u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra. Dan ikkostitwixxa fattur ewlieni li jikkontribwixxi għar-reżiljenza makroekonomika u finanzjarja tal-Ukrajna fi żmien kritiku.

(3)Fid-29 ta’ Frar 2024, ir-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 stabbilixxa l-Faċilità għall-Ukrajna bħala strument eċċezzjonali fuq terminu medju li jiġbor flimkien l-appoġġ bilaterali mogħti mill-Unjoni lill-Ukrajna, filwaqt li jiżgura l-koordinazzjoni u l-effiċjenza. Matul il-perjodu mill-2024 sal-2027, il-Faċilità għall-Ukrajna se tgħin biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna u tikkontribwixxi għall-ħtiġijiet tagħha ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin tappoġġa l-isforz ta’ riformi tal-Ukrajna bħala parti mit-triq tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni. Il-Faċilità għall-Ukrajna poġġiet fil-prattika l-impenn sod tal-Unjoni li tipprovdi appoġġ finanzjarju kontinwu lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha.

(4)Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kkawżat danni tremendi fl-Ukrajna, b’kostijiet stmati ta’ rkupru u rikostruzzjoni ta’ USD 486 biljun fl-31 ta’ Diċembru 2023 15 . Barra minn hekk, l-Ukrajna tilfet l-aċċess għas-swieq finanzjarji internazzjonali u esperjenzat tnaqqis sinifikanti fid-dħul pubbliku, filwaqt li n-nefqa pubblika żdiedet b’mod sostanzjali. F’dan l-isfond, jistgħu jiġu stabbiliti ħtiġijiet sostantivi ta’ finanzjament għas-snin li ġejjin.

(5)Fit-30 ta’ Marzu 2023, il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) qabel mal-Ukrajna dwar programm ta’ erba’ snin ta’ USD 15.6 biljun taħt il-Faċilità ta’ Fond Estiża (FES) biex isostni l-istabbiltà ekonomika u finanzjarja fi żmien ta’ inċertezza eċċezzjonalment għolja, jirrestawra s-sostenibbiltà tad-dejn, u jippromwovi riformi li jappoġġaw l-irkupru tal-Ukrajna fil-perjodu ta’ wara l-gwerra. Il-programm, flimkien ma’ assigurazzjonijiet ta’ finanzjament mill-Mexxejja tal-G7, l-Unjoni u donaturi oħra, huwa mfassal biex jindirizza l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-bilanċ tal-pagamenti tal-Ukrajna u jirrestawra l-vijabbiltà esterna fuq terminu medju. Sal-lum, l-Ukrajna lestiet b’suċċess erba’ rieżamijiet taħt il-FES, u b’hekk enfasizzat l-impenn sod tal-awtoritajiet Ukreni biex iwettqu riformi u politiki prudenti. Id-diskrepanza finanzjarja totali tal-linja bażi matul il-perjodu tal-programm hija stmata mill-FMI għal USD 121,9 biljun.

(6)Fid-dawl tal-inċertezza eċċezzjonalment għolja madwar il-prospettiva, il-FMI ppreżenta wkoll xenarju ta’ tnaqqis aġġornat fl-okkażjoni tar-raba’ rieżami tal-programm, li jqis ix-xokk ekonomiku minn gwerra aktar intensa li tidħol fl-2025. Bħala konsegwenza tal-impatt negattiv fuq is-sentiment ekonomiku, il-migrazzjoni, iż-żieda fil-pressjoni fuq il-provvista tal-enerġija, il-ħsara fil-kapaċitajiet tal-esportazzjoni, u b’mod partikolari l-infiq fuq id-difiża, id-diskrepanza totali fil-finanzjament taħt dan ix-xenarju ta’ tnaqqis tirriskja li tiżdied għal USD 140,7 biljun matul il-perjodu tal-programm tal-FMI. Minħabba l-intensità kontinwa tal-gwerra, u l-ħsara lill-infrastruttura ċivili kritika tal-Ukrajna minn żieda fl-attakki fuq skala kbira mill-aggressur Russu, jeħtieġ li l-Ukrajna timmobilizza riżorsi addizzjonali sinifikanti għall-prijoritajiet baġitarji u fit-tul tagħha ta’ rkupru u rikostruzzjoni. Minn dan u minħabba li għad hemm diskrepanza finanzjarja residwa lil hinn mir-riżorsi diġà pprovduti mill-Unjoni u minn donaturi u istituzzjonijiet oħra, inkluż il-FMI, l-Unjoni għandha tkompli tipprovdi rispons xieraq.

(7)Il-mexxejja tal-G7, fil-Communiqué tagħhom tal-14 ta’ Ġunju 2024, affermaw mill-ġdid l-appoġġ sod tagħhom għall-Ukrajna, u l-impenn qawwi tagħhom li jgħinu lill-Ukrajna tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ finanzjament urġenti tagħha fuq terminu qasir kif ukoll jappoġġaw il-prijoritajiet fit-tul tagħha ta’ rkupru u rikostruzzjoni. Għal dan l-għan, il-Mexxejja tal-G7 ħabbru t-tnedija tas-Self għall-“Aċċellerazzjoni ta’ Dħul Straordinarju” favur l-Ukrajna, sabiex jagħmlu disponibbli madwar USD 50 biljun f’finanzjament addizzjonali għall-ħtiġijiet militari, baġitarji u ta’ rikostruzzjoni tal-Ukrajna sa tmiem l-2024. Il-mexxejja tal-G7 ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jipprovdu finanzjament li se jiġi servizzjat u mħallas lura minn flussi futuri ta’ dħul straordinarju li jirriżulta mill-immobilizzazzjoni tal-assi sovrani Russi miżmuma fl-Unjoni Ewropea u f’ġuriżdizzjonijiet rilevanti oħra.

(8)Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-27 ta’ Ġunju 2024, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kunsill biex imexxu ’l quddiem il-ħidma, filwaqt li jindirizzaw l-aspetti legali u finanzjarji rilevanti kollha, sabiex jipprovdu finanzjament addizzjonali lill-Ukrajna sa tmiem is-sena fil-forma ta’ self servizzjat u mħallas lura minn flussi futuri tad-dħul straordinarju flimkien mas-sħab tal-G7 kif diskuss mill-Mexxejja tal-G7, biex jappoġġaw il-ħtiġijiet militari, baġitarji u ta’ rikostruzzjoni attwali u futuri tal-Ukrajna. Il-Kunsill Ewropew iddikjara wkoll li, soġġett għad-dritt tal-Unjoni, l-assi tar-Russja jenħtieġ li jibqgħu immobilizzati sakemm ir-Russja twaqqaf il-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna u tikkumpensaha għad-dannu kkawżat minn din il-gwerra.

(9)Fil-kuntest tal-aggressjoni kontinwa tar-Russja kontra l-Ukrajna, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-Ukrajna tingħata appoġġ finanzjarju suffiċjenti u kontinwu. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jiġi stabbilit Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni tas-Self għall-Ukrajna biex jipprovdi lill-Ukrajna b’appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli bil-ħsieb li jgħin lill-pajjiż iħallas lura s-self ipprovdut biex jappoġġa lill-Ukrajna. Li l-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni tas-Self tal-Ukrajna jenħtieġ li jirċievi riżorsi, inkluż minn flussi futuri tal-profitti straordinarji li jirriżultaw mill-assi immobilizzati tar-Russja, u jiżborża dawk ir-riżorsi fuq bażi regolari lill-Ukrajna biex ikopri l-kapital, l-imgħax u kwalunkwe kost relatat ieħor tas-self. Barra minn hekk, sabiex l-Unjoni nnifisha tgħin direttament lill-Ukrajna tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tagħha, jenħtieġ li l-Unjoni tipprovdi Assistenza Makrofinanzjarja eċċezzjonali (l-“AMF”) lill-Ukrajna, fejn dik l-AMF eċċezzjonali jenħtieġ li tiġi appoġġata mill-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna.

(10)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1470 16 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tiddikjara li “Il-miżuri restrittivi marbuta mal-projbizzjoni ta’ tranżazzjonijiet relatati mal-ġestjoni tal-assi u r-riżervi tal-Bank Ċentrali tar-Russja jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ sakemm ir-Russja twaqqaf il-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna u tikkumpensa lill-Ukrajna għad-dannu kkawżat minn din il-gwerra.”

(11)Fil-21 ta’ Mejju 2024, il-Kunsill emenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 17 , li jagħti effett lil ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2024/1470. Dawk il-miżuri jinkludu r-regoli dwar kif il-profitti netti li jirriżultaw mid-dħul mhux mistenni u straordinarju li jakkumula għad-depożitorji ċentrali tat-titoli bħala riżultat tal-implimentazzjoni tal-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 1a(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK 18 u l-Artikolu 5a(4) tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 jenħtieġ li jiġu diretti biex jappoġġaw lill-Ukrajna, inkluż permezz ta’ programmi tal-Unjoni li huma ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, b’mod konsistenti mal-obbligi kuntrattwali applikabbli, u f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali, f’koordinazzjoni mas-sħab. B’mod partikolari, id-depożitorji ċentrali tat-titoli li għandhom assi u riżervi tal-Bank Ċentrali tar-Russja b’valur totali li jaqbeż l-EUR 1 miljun għandhom jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja lill-Unjoni ekwivalenti għal 99,7 % tal-profitti netti straordinarji li jirriżultaw mill-immobilizzazzjoni tal-assi Russi u li jakkumulaw mill-15 ta’ Frar 2024.

(12)Din il-kontribuzzjoni hija dovuta sakemm il-miżuri restrittivi marbuta mal-projbizzjoni ta’ tranżazzjonijiet relatati mal-ġestjoni tal-assi u r-riżervi tal-Bank Ċentrali tar-Russja jkunu fis-seħħ, u għalhekk sakemm ir-Russja twaqqaf il-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna u tikkumpensa lill-Ukrajna għad-dannu kkawżat minn din il-gwerra.

(13)Fi [...], il-perċentwal tal-ammonti tal-kontribuzzjoni finanzjarja dovuta mid-depożitorji ċentrali tat-titoli li għandhom jintużaw biex jappoġġaw lill-Ukrajna permezz tal-programmi tal-Unjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/512/PESK ġie aġġustat għal [...] %. Fl-istess data, l-allokazzjoni tal-ammonti tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa lill-baġit tal-Unjoni bħala dħul assenjat estern, stabbilita fl-Anness XLI tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014, ġiet aġġustata biex talloka [...] % ta’ dik il-kontribuzzjoni lill-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna. Għalhekk, l-Unjoni ħadet il-passi meħtieġa biex tiżgura l-użu kontinwu tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna.

(14)Dħul straordinarju li jirriżulta mill-immobilizzazzjoni tal-assi sovrani Russi miżmuma f’ġurisdizzjonijiet rilevanti oħra minbarra l-Unjoni Ewropea jista’ jiġi pprovdut biex jappoġġa l-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna. Għal dan l-għan, għandu jkun possibbli għal pajjiżi terzi jew sorsi oħra li jikkontribwixxu għall-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ self għall-Ukrajna. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu fuq bażi volontarja jikkontribwixxu lejn il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni tas-Self tal-Ukrajna, b’mod partikolari minn dħul li jakkumula lill-Istat li jirriżulta mill-immobilizzazzjoni tal-assi sovrani Russi. Jenħtieġ li tali kontribuzzjonijiet jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2), il-punti (a)(ii), (d) u (e), tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 (ir-“Regolament Finanzjarju”). Barra minn hekk, pajjiżi terzi jistgħu jużaw direttament dħul straordinarju li jirriżulta mill-immobilizzazzjoni tal-assi sovrani Russi fil-ġuriżdizzjoni tagħhom biex inaqqsu l-ħtiġijiet ta’ ħlas lura ta’ kwalunkwe self bilaterali rispettiv ipprovdut lill-Ukrajna, u b’hekk jappoġġaw il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni tas-Self tal-Ukrajna billi jnaqqsu l-livell totali ta’ appoġġ li jkun meħtieġ għal dak is-self.

(15)L-appoġġ taħt il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni tas-Self tal-Ukrajna jenħtieġ li jkun disponibbli biex ikopri l-ammont globali ta’ kapital, imgħax u kwalunkwe kost relatat ieħor tas-self meħud mill-Ukrajna permezz tal-iffirmar tal-ftehim ta’ self tal-AMF, kif ukoll permezz ta’ ftehimiet bilaterali ta’ self ma’ selliefa li jaġixxu taħt l-awspiċi tal-inizjattiva tal-G7 “Self għall-Aċċelerazzjoni ta’ Dħul Straordinarju favur l-Ukrajna” kif minqux fil-Communiqué tal-G7 adottat fl-14 ta’ Ġunju 2024 f’Apulia.

(16)L-appoġġ taħt il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni tas-Self tal-Ukrajna jenħtieġ li jkun disponibbli u pprovdut b’mod li jiżgura aċċess ugwali kemm għas-selliefa bilaterali kif ukoll għas-self eċċezzjonali tal-AMF tal-Unjoni. L-għoti ta’ self bilaterali permezz ta’ intermedjarju ma għandux jipprekludi l-eliġibbiltà tiegħu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. L-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli jenħtieġ li jiġi allokat lill-Ukrajna biex jitħallas lura s-self tal-AMF u s-self bilaterali eliġibbli fi proporzjon tal-kapital tas-self rispettiv kontra s-somma tal-kapital tas-self tal-AMF u s-self bilaterali eliġibbli kollu. L-allokazzjoni jenħtieġ li tiġi aġġustata mill-ġdid ladarba s-self rispettiv, inkluż l-imgħax u kwalunkwe kost relatat ieħor, ikun tħallas lura kompletament mill-Ukrajna, b’tali mod li kwalunkwe riżorsa futura tiġi allokata għas-self li jifdal fi proporzjon mal-kapital tas-self tal-AMF jew self bilaterali eliġibbli kontra s-somma tal-kapital tas-self kollu li jifdal. Il-kapital ta’ kull self jenħtieġ li jitqies bħala l-kapital inizjali impenjat fid-dokumentazzjoni rispettiva tas-self u ma jqisx fatturi oħra, bħal ripagamenti, finanzjament addizzjonali jew kwalunkwe ammont kapitalizzat.

(17)Sabiex jiġi żgurat li s-self bilaterali pprovdut minn selliefa bilaterali jkun jista’ jiġi appoġġat malajr u b’mod effiċjenti mill-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni tas-Self tal-Ukrajna, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta, u fejn rilevanti tapprova l-appoġġ, is-self bilaterali li jkun se jiġi pprovdut mis-selliefa li jaġixxu taħt l-awspiċji tal-G7 “Self għall-Aċċellerazzjoni ta’ Dħul Straordinarju favur l-Ukrajna”. Meta tali ftehimiet bilaterali ta’ self ikunu f’forma ta’ abbozz jew ikunu għadhom ma daħlux fis-seħħ, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja d-dħul fis-seħħ ta’ tali ftehimiet. Sabiex jiġi żgurat żborż f’waqtu ta’ self bilaterali lill-Ukrajna, jenħtieġ li jiġu ppreżentati ftehimiet bilaterali ta’ self lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Ġunju 2025 u jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2025.

(18)Ir-rilaxx tal-appoġġ taħt il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni tas-Self tal-Ukrajna jenħtieġ li jkun kontinġenti fuq il-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dak il-Mekkaniżmu, u fuq il-valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni ta’ talba għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli ppreżentata mill-Ukrajna. L-Ukrajna għandha tipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex tiżgura li l-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni tas-Self tal-Ukrajna jappoġġa self bilaterali sal-ammont totali dovut lill-mutwanti bilaterali kkonċernat. B’mod eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’, għal raġunijiet debitament ġustifikati, tivvaluta wkoll it-talbiet għal pagamenti minn selliefa bilaterali.

(19)Minbarra l-appoġġ taħt il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni tas-Self tal-Ukrajna, jenħtieġ li jiġi pprovdut self eċċezzjonali tal-AMF biex jappoġġa l-istabbiltà makrofinanzjarja fl-Ukrajna, u biex jittaffew ir-restrizzjonijiet ta’ finanzjament estern tal-Ukrajna, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu koperti l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-pajjiż. Minħabba n-natura urġenti ta’ dawk il-ħtiġijiet ta’ finanzjament, is-self tal-MFA għandu jkun disponibbli fl-2024.

(20)L-AMF għandha tipprovdi appoġġ fil-forma ta’ self sa EUR 35 biljun. Sabiex jiġu indirizzati t-talbiet potenzjali għall-appoġġ ta’ self bilaterali taħt il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni tas-Self tal-Ukrajna filwaqt li tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-appoġġ tal-Unjoni disponibbli skont dan ir-Regolament, l-ammont tas-self tal-AMF jenħtieġ li jiġi aġġustat filwaqt li jitqies is-self bilaterali lill-Ukrajna approvat bħala eliġibbli skont il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni tas-Self tal-Ukrajna, flimkien mal-ammont kapitali indikat fl-intenzjonijiet iddikjarati ta’ pajjiżi terzi kkomunikati lill-Kummissjoni taħt l-awspiċji tal-inizjattiva tal-G7 “Self għall-Aċċellerazzjoni ta’ Dħul Straordinarju favur l-Ukrajna”. Dan l-aġġustament jenħtieġ li jseħħ dment li l-ammont totali tas-self kollu li għalih intalab appoġġ skont dan ir-Regolament jaqbeż l-EUR 45 biljun.

(21)L-appoġġ lill-Ukrajna taħt is-self tal-AMF jenħtieġ li jkun addizzjonali u komplementari għall-appoġġ tal-Unjoni pprovdut skont ir-Regolament (UE) 2024/792. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, kull fejn ikun possibbli, tfittex li timminimizza l-piż amministrattiv u tar-rapportar fuq l-Ukrajna.

(22)L-appoġġ lill-Ukrajna taħt is-self tal-AMF jenħtieġ li jkun disponibbli taħt il-prekundizzjoni li l-Ukrajna tkompli tiddefendi u tirrispetta mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluż sistema parlamentari b’diversi partiti u l-istat tad-dritt, u li tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Jenħtieġ li dik il-prekundizzjoni tapplika wkoll għal talbiet għall-iżborż mill-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni tas-Self tal-Ukrajna peress li dawn jappartjenu għas-self tal-AMF. L-istess prekundizzjoni tapplika għall-appoġġ ipprovdut skont ir-Regolament (UE) 2024/792 u jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq il-valutazzjoni tagħha flimkien għaż-żewġ strumenti.

(23)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis kif xieraq id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE 20 u r-rwol tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fejn xieraq.

(24)Is-self tal-AMF ipprovdut skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun marbut mal-kundizzjonijiet ta’ politika li għandhom jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Qbil bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna (“MtQ”). Dawk il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-passi kwalitattivi u kwantitattivi li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 21 , u kwalunkwe emenda tagħhom li ssir sa meta jiġi adottat il-MtQ. Barra minn hekk, il-MtQ jenħtieġ li jinkludi impenn mill-Ukrajna biex tippromwovi l-kooperazzjoni mal-Unjoni dwar l-irkupru, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Ukrajna, f’konformità mal-objettivi tal-Programm Ewropew għall-Industrija tad-Difiża (EDIP) u programmi rilevanti oħra tal-Unjoni. Għandhom jittieħdu wkoll il-passi meħtieġa biex jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-komplementarjetà tas-self bilaterali, inkluż is-self eċċezzjonali tal-AMF, mad-donaturi l-oħra. F’dan ir-rigward, il-Pjattaforma tad-Donaturi tal-Ukrajna jenħtieġ li tintuża bħala forum diġà stabbilit għal tali skambju.

(25)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta’ implimentazzjoni u għal raġunijiet ta’ effiċjenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tinnegozja tali kundizzjonijiet mal-awtoritajiet Ukreni taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 . Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment importanti tal-assistenza ta’ aktar minn EUR 90 miljun, huwa adatt li l-proċedura ta’ eżami tintuża għal operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu. Meta jitqies l-ammont tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Ukrajna, jenħtieġ li l-proċedura ta’ eżami tapplika għall-adozzjoni tal-MtQ, u għal kwalunkwe tnaqqis jew kanċellazzjoni tal-assistenza.

(26)Ir-rilaxx tal-pagament uniku taħt is-self tal-AMF jenħtieġ li jkun kontinġenti fuq il-valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni ta’ talba għal fondi ppreżentata mill-Ukrajna. Il-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ politika stabbiliti fil-MtQ jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet allinjati skont programmi u strumenti oħra tal-Unjoni.

(27)Fid-dawl tal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u biex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-likwidità tal-awtoritajiet Ukreni u tiġi żgurata l-prevedibbiltà, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li s-segmenti jiġu żborżati matul l-2024 u l-2025, filwaqt li jiġu evitati sa fejn ikun possibbli devjazzjonijiet sinifikanti ta’ ammonti żborżati minn trimestru għal trimestru. Jenħtieġ li l-iżborż ta’ dawk is-segmenti, fejn xieraq, jiġi allinjat mat-twaqqit tal-iżborżi tas-self jew tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli taħt il-Pilastru I tal-Faċilità għall-Ukrajna f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/792. Barra minn hekk, huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li jiġu vvalutati mill-ġdid il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna u li jitnaqqas jew jiġi kkanċellat l-appoġġ fil-forma ta’ self jekk dawk il-ħtiġijiet jonqsu b’mod fundamentali matul il-perjodu tad-disponibbiltà tal-appoġġ taħt l-AMF meta mqabbla mal-projezzjonijiet inizjali.

(28)Il-Ftehim ta’ self li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ukreni jenħtieġ li jkun fih dispożizzjonijiet allinjati mad-drittijiet, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi previsti fil-Ftehim Qafas imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/792 iffirmat bejn l-UE u l-Ukrajna li daħal fis-seħħ fl-20 ta’ Ġunju 2024. Dan se jiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni jiġu protetti b’mod effiċjenti, filwaqt li jipprovdi l-miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni ta’, u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe irregolarità oħra marbuta mal-assistenza. F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, dan se jagħti wkoll id-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u, fejn applikabbli, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, inkluż minn partijiet terzi involuti fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni matul u wara l-perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali. Jenħtieġ li l-Ukrajna tirrapporta wkoll irregolaritajiet fir-rigward tal-użu tal-fondi lill-Kummissjoni, f’konformità mal-proċeduri previsti fil-Ftehim Qafas.

(29)Fil-kuntest tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna, huwa xieraq li tiġi organizzata l-assistenza finanzjarja taħt l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikat prevista fl-Artikolu 220a tar-Regolament Finanzjarju u stabbilita bħala metodu ta’ finanzjament uniku fih, li hija mistennija li ttejjeb il-likwidità tal-bonds tal-Unjoni u l-attraenza u l-kosteffettività tal-ħruġ tal-Unjoni.

(30)B’deroga mill-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 , jenħtieġ li l-obbligazzjoni finanzjarja minn self skont dan ir-Regolament ma tkunx appoġġata mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, stabbilita b’dak ir-Regolament. L-appoġġ fil-forma ta’ self skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkostitwixxi assistenza finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 220(1) tar-Regolament Finanzjarju. Minħabba li l-assistenza finanzjarja tas-self tal-AMF hija disponibbli fl-2024 u hija awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 220(1) tar-Regolament Finanzjarju, huwa xieraq li l-garanzija għall-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna tiġi mobilizzata lil hinn mil-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u sal-limiti massimi msemmija fl-Artikolu 3(1) u (2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 24 f’konformità mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 25 . Meta jitqiesu r-riskji finanzjarji u l-kopertura baġitarja, jenħtieġ li ma jiġi kostitwit l-ebda proviżjonament għall-appoġġ fil-forma ta’ self skont dan ir-Regolament, li għandu jiġi ggarantit lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, u, b’deroga mill-Artikolu 211(1) tar-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li ma tiġi stabbilita l-ebda rata ta’ proviżjonament.

(31)Minħabba s-sitwazzjoni diffiċli tal-Ukrajna kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u biex l-Ukrajna tiġi appoġġata fit-triq tal-istabbiltà fit-tul tagħha, huwa xieraq li l-Unjoni tipprovdi self lill-Ukrajna fuq termini konċessjonali ħafna b’durata twila biżżejjed biex takkomoda l-kapaċitajiet tal-garanzija lil hinn mil-limiti massimi.

(32)L-appoġġ tal-Unjoni lill-Ukrajna skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi ġestit mill-Kummissjoni.

(33)Sabiex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinfurmahom regolarment bl-iżviluppi relatati ma’ dak l-appoġġ u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti.

(34)Sabiex tiġi żgurata l-effettività kontinwa tal-arranġamenti stabbiliti b’dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina regolarment l-adegwatezza tagħhom u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u b’hekk tiggarantixxi t-trasparenza u r-responsabbiltà.

(35)Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(36)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jingħata appoġġ lill-Ukrajna biex jiġu koperti l-ħtiġijiet ta’ finanzjament, b’mod partikolari billi tiġi pprovduta għajnuna konċessjonali fuq terminu qasir u fit-tul fil-forma ta’ self u ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effett tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(37)Fid-dawl tal-urġenza li tirriżulta miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja, huwa meqjus xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(38)Fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni tas-Self għall-Ukrajna (“il-Mekkaniżmu”) u jagħmel disponibbli lill-Ukrajna assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali bil-ħsieb li tappoġġa lill-Ukrajna biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tagħha.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“Appoġġ tal-Unjoni” tfisser is-Self tal-AMF u l-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli disponibbli skont dan ir-Regolament;

(2)“self bilaterali” tfisser self mogħti direttament jew indirettament minn pajjiż terz bħala mutwanti (ukoll “mutwanti bilaterali”) għall-benefiċċju tal-Ukrajna;

(3)“self bilaterali eliġibbli” tfisser self bilaterali approvat bħala eliġibbli taħt il-Mekkaniżmu mill-Kummissjoni;

(4)“Self tal-AMF” tfisser l-appoġġ finanzjarju eċċezzjonali magħmul disponibbli mill-Unjoni lill-Ukrajna fil-forma ta’ self skont il-Kapitolu III;

(5)“Ftehim ta’ Self AMF” tfisser il-ftehim ta’ self iffirmat mill-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, u l-Ukrajna skont il-Kapitolu III;

(6)“kostijiet relatati oħra” tfisser kwalunkwe kost jew tariffa dovuta skont is-Self tal-MFA u s-self bilaterali rispettiv.

Kapitolu II

Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna

Artikolu 3

Għan

L-għan tal-Mekkaniżmu għandu jkun li jipprovdi lill-Ukrajna b’appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli bil-ħsieb li jassisti lill-Ukrajna tħallas lura s-Self tal-AMF u s-self bilaterali eliġibbli. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, il-Mekkaniżmu għandu jirċievi riżorsi u jiżborżahom fuq bażi regolari lill-Ukrajna biex ikopri l-kapital, l-imgħax u kwalunkwe kost relatat ieħor tas-Self tal-AMF u s-self bilaterali eliġibbli. Fl-operazzjonijiet tiegħu, il-Mekkaniżmu għandu jiżgura aċċess ugwali kemm għas-selliefa bilaterali kif ukoll għall-Unjoni.

Artikolu 4

Finanzjament

(1)Il-mekkaniżmu għandu jkun mogħni b’riżorsi magħmula disponibbli permezz ta’:

(a)l-ammonti ttrasferiti f’konformità mal-Anness XLI tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014, li għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju; u għal

(b)ammonti riċevuti bħala kontribuzzjonijiet finanzjarji minn Stati Membri, pajjiżi terzi jew sorsi oħra. Tali kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(2), il-punti (a)(ii), (d) u (e) rispettivament tar-Regolament Finanzjarju.

(2)Għall-kontribuzzjonijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandu jiġi konkluż ftehim ta’ kontribuzzjoni bejn il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, u l-kontributur. Il-Ftehim ta’ kontribuzzjoni għandu jkun fih, b’mod partikolari, dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet ta’ pagament. Il-Kummissjoni għandha tinforma simultanjament u mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni konklużi.

Artikolu 5

Appoġġ disponibbli

(1)L-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli taħt il-Mekkaniżmu għandu jkun disponibbli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 8 biex jassisti lill-Ukrajna tħallas lura l-kapital, l-imgħax u kwalunkwe kost relatat ieħor tas-:

(a)self tal-MFA; u tas-

(b)self bilaterali eliġibbli.

(2)L-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli għandu jiġi allokat biex jgħin lill-Ukrajna tħallas lura s-self imsemmi fil-paragrafu 1 fi proporzjon mal-kapital ta’ kull self espress f’euro kontra s-somma tal-kapital tas-Self tal-AMF u s-self bilaterali eliġibbli kollu espress f’euro. Ladarba s-Self tal-AMF jew self bilaterali eliġibbli jkun tħallas lura kompletament mill-Ukrajna, inkluż l-imgħax u kwalunkwe kost relatat ieħor, tali allokazzjoni għandha tiġi aġġustata sabiex kwalunkwe riżorsa futura tiġi allokata għas-self li jifdal fi proporzjon mal-kapital ta’ kull self espress f’euro kontra s-somma tal-kapital tas-self kollu li jifdal espress f’euro.

(3)Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-allokazzjoni prevista fil-paragrafu 2 bejn is-Self tal-AMF u s-self bilaterali eliġibbli. Il-Kummissjoni għandha tuża l-kapital ta’ kull self bilaterali eliġibbli espress f’euro kif imsemmi fl-Artikolu 6(5)(b). Il-Kummissjoni għandha temenda din id-deċiżjoni biex tinkludi kull self bilaterali mingħajr dewmien mad-dħul fis-seħħ tas-self bilaterali rispettiv. Il-Kummissjoni tista’ temenda dik id-deċiżjoni biex tnaqqas proporzjonalment l-allokazzjoni għal self bilaterali jekk dak is-self bilaterali ma jiġix żborżat kompletament sal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 6(2)(c).

(4)L-ammont globali tal-kapital tas-self imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż l-EUR 45 biljun.

(5)L-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli taħt il-Mekkaniżmu għandu jitwettaq f’euro.

(6)Il-pagamenti kollha għandhom ikunu soġġetti għad-disponibbiltà tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 4(1).

(7)L-Unjoni ma għandha tassumi l-ebda obbligazzjoni għall-ħlas lura tas-self bilaterali eliġibbli.

Artikolu 6

Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibbiltà tas-self bilaterali

(1)Jekk l-Ukrajna tkun tixtieq titlob appoġġ taħt il-Mekkaniżmu biex tgħinha tħallas lura self bilaterali, l-Ukrajna għandha tippreżenta lill-Kummissjoni t-test tal-ftehim tas-self bilaterali rilevanti sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2025.

(2)Il-Kummissjoni għandha tivvaluta mingħajr dewmien l-eliġibbiltà tas-self bilaterali taħt il-Mekkaniżmu skont il-kriterji li ġejjin:

(a)il-Ftehim bilaterali ta’ self ma ġiex iffirmat qabel [id-data tal-adozzjoni tal-proposta];

(b)il-kontroparti għas-self bilaterali qed taġixxi taħt l-awspiċi tal-inizjattiva tal-G7 “Self għall-Aċċelerazzjoni ta’ Dħul Straordinarju favur l-Ukrajna); u għas-

(c)self bilaterali għandu jiġi żborżat kompletament għall-benefiċċju tal-Ukrajna qabel il-31 ta’ Diċembru 2027. Tali żborżi jistgħu jkunu marbuta mat-tlestija tal-kundizzjonijiet ta’ politika.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mill-Ukrajna.

(3)Kundizzjoni sospensiva fi ftehim bilaterali ta’ self li tipprevedi li tali ftehim ma jidħolx fis-seħħ qabel l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-eliġibbiltà tas-self bilaterali jew qabel id-dħul fis-seħħ tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 7 ma għandhiex tipprevjeni l-valutazzjoni pożittiva tas-self bilaterali.

(4)Il-Kummissjoni għandha tapprova permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni l-eliġibbiltà tas-self bilaterali.

(5)Id-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 4 għandha tistabbilixxi:

(a)is-sellief bilaterali;

(b)il-kapital tas-self bilaterali espress f’euro; sa fejn ikun meħtieġ, il-kapital tas-self bilaterali għandu jiġi espress ukoll fil-munita tas-self bilaterali rispettiv, fejn ir-rata ta’ konverżjoni għas-self bilaterali għal euro għandha tkun ir-rata tal-kambju tal-euro ta’ kuljum ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi [id-data tal-adozzjoni tal-proposta]; u għall-

(c)ġustifikazzjoni għall-valutazzjoni pożittiva tas-self bilaterali.

(6)Is-somma tal-kapitali tas-self bilaterali kollu approvat mill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu u s-Self tal-AMF għandha dejjem tirrispetta l-ammont imsemmi fl-Artikolu 5(4).

(7)Il-Kummissjoni tista’ tħassar id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 jekk il-ftehim ta’ self bilaterali ma jidħolx fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2025.

(8)F’każ ta’ valutazzjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tikkomunika valutazzjoni debitament ġustifikata lill-Ukrajna.

Artikolu 7

Ftehim għall-Implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni tas-Self tal-Ukrajna

(1)L-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli msemmi fl-Artikolu 5 għandu jingħata biss lill-Ukrajna wara li l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet ftehim mal-Ukrajna (“il-Ftehim ULCM”).

(2)Il-Ftehim ULCM għandu jinkludi b’mod partikolari l-elementi li ġejjin:

(a)l-obbligu tal-Ukrajna li tuża l-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli għar-ripagament tal-kapital, tal-imgħax u ta’ kwalunkwe kost relatat ieħor tas-Self tal-AMF jew tas-self bilaterali eliġibbli;

(b)il-kontijiet bankarji tas-selliefa bilaterali kollha, li lilhom għandhom isiru l-pagamenti tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli relatat mas-self bilaterali rispettiv tagħhom mill-Kummissjoni;

(c)għall-pagamenti tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli relatat mas-Self tal-AMF, dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-Unjoni tuża dawn l-ammonti biex tħallas lura direttament is-Self tal-AMF;

(d)dispożizzjonijiet iddedikati li jirriflettu l-Artikolu 5(7) u li jiżguraw li l-Unjoni ma għandhiex tinżamm responsabbli għal kwalunkwe dannu kkawżat mill-Ukrajna jew minn kwalunkwe parti terza fl-implimentazzjoni tas-self bilaterali eliġibbli, inkluż bħala konsegwenza tal-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu, u speċifikament fejn l-ammonti msemmija fl-Artikolu 4(1) ivarjaw maż-żmien jew jieqfu;

(e)l-obbligu tal-Ukrajna li tikseb mingħand is-selliefa bilaterali u tipprovdi, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni l-prova ta’:

(a)id-dħul fis-seħħ ta’ kull ftehim bilaterali ta’ self; u

(b)t-twettiq ta’ kull obbligu ta’ ħlas lura, inkluż, sa fejn ikun meħtieġ, ir-rata ta’ konverżjoni applikabbli użata.

(f)l-obbligu tal-Ukrajna li taqbel ma’ kull sellief bilaterali li kwalunkwe ammont ipprovdut mill-Ukrajna biex tħallas lura s-self li ma jeħlisx immedjatament l-obbligi ta’ ripagament, għandu jibqa’ disponibbli sa dak iż-żmien li fih isiru dovuti l-obbligi ta’ ħlas lura, bi kwalunkwe imgħax dovut fuq dak l-ammont disponibbli wkoll biex jintuża biex jitwettqu l-obbligi skont il-ftehim bilaterali ta’ self;

(g)l-obbligu tal-Ukrajna li takkumpanja kull talba għal pagament bid-:

(a)dettalji tal-ammonti li jifdal dovuti skont kull ftehim bilaterali ta’ self; u bid-

(b)dettalji tal-ammonti msemmija fil-punt (f).

(h)l-awtorizzazzjoni espressa għal selliefa bilaterali biex eċċezzjonalment jagħmlu talba għal pagament f’konformità mal-Artikolu 8(6), dment li l-informazzjoni msemmija fil-punt (g) ta’ dan il-paragrafu tiġi ppreżentata mis-selliefa bilaterali; u għal

(i)kwalunkwe rekwiżit ieħor meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu.

(3)Sa fejn ikun meħtieġ, il-Ftehim ULCM għandu jiġi emendat wara d-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 6(4).

Artikolu 8

Żborż tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

(1)L-Ukrajna tista’ tippreżenta talba lill-Kummissjoni darbtejn fis-sena għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli fir-rigward tas-Self tal-AMF u self bilaterali eliġibbli.

(2)Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talba tal-Ukrajna abbażi tar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)il-konformità mal-prekundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 11, li għandha tkun applikabbli biss fir-rigward tas-Self tal-MFA;

(b)il-konferma li l-valur totali tal-iżborżi fir-rigward tas-Self tal-MFA jew kull self bilaterali eliġibbli, flimkien ma’ kwalunkwe imgħax akkumulat fuqu, ma jaqbiżx l-ammont totali dovut lil dak is-sellief; u

(c)l-konformità mal-obbligi tal-Ftehim ULCM.

(3)Soġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 4(1), meta l-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni pożittiva, hija għandha tadotta mingħajr dewmien żejjed deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli, inkluż l-ammont żborżat biex jappoġġa l-ħlas lura ta’ kull self bilaterali eliġibbli u l-ammont magħmul disponibbli biex jappoġġa l-ħlas lura tas-Self tal-AMF. L-ammont żborżat għandu jkun daqs l-ammont ta’ riżorsi disponibbli abbażi tal-Artikolu 4(1). Dak l-ammont żborżat għandu jiġi allokat f’konformità mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 5(3).

(4)F’każ li l-ammont magħmul disponibbli għall-Ukrajna biex tappoġġa l-ħlas lura tas-Self tal-AMF ikun ogħla mill-ammont dovut għar-ripagament, l-ammont eċċessiv jista’ jintuża għar-ripagament bikri tas-self f’konformità mal-Artikolu 15(2), il-punt (e), jew jista’ jinżamm mill-Unjoni għall-iskop esklużiv li tappoġġa r-ripagament tas-Self tal-AMF fil-futur. Kull imgħax akkumulat fuqu għandu jkun disponibbli wkoll biex isostni dan l-għan.

(5)Meta l-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva għat-talba, hija għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-Ukrajna, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għall-valutazzjoni tagħha.

(6)Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni tista’, għal raġunijiet debitament ġustifikati, tivvaluta b’mod eċċezzjonali t-talbiet għal pagament ippreżentati mis-selliefa bilaterali, b’mod partikolari jekk il-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 11(4) jew jekk l-Ukrajna ma tkunx konformi mal-obbligi tal-Ftehim ULCM.

Kapitolu III

Assistenza Makrofinanzjarja

Artikolu 9

Tqegħid għad-dispożizzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni

(1)L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Ukrajna assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali, bil-ħsieb li tappoġġa lill-Ukrajna tkopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament. L-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandha tingħata lill-Ukrajna fil-forma ta’ self. L-assistenza għandha tikkontribwixxi biex tkopri d-diskrepanza fil-finanzjament tal-Ukrajna kif identifikata f’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

(2)Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandu jiġi ġestit mill-Kummissjoni abbażi tal-valutazzjoni tagħha tal-prekundizzjoni msemmija fl-Artikolu 11 u l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ politika inklużi fil-Memorandum ta’ Qbil (“MtQ”) imsemmi fl-Artikolu 12(1).

(3)Is-self tal-AMF lill-Ukrajna għandu jkun disponibbli sal-31 ta’ Diċembru 2024. Dan għandu jsir disponibbli mill-Kummissjoni f’pagament wieħed, li jista’ jiġi żborżat f’segment wieħed jew aktar. L-iżborż ta’ dawn is-segmenti kollha għandu jsir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025.

Artikolu 10

Ammont

(1)Is-Self tal-AMF lill-Ukrajna għandu jkun għal ammont massimu ta’ EUR 35 biljun. Madankollu, meta, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rilaxx tal-pagament parzjali msemmi fl-Artikolu 13, is-somma ta’ dan l-ammont massimu u tal-kapital ta’ self bilaterali eliġibbli diġà approvat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 6, u tal-kapital indikat fl-intenzjonijiet iddikjarati ta’ pajjiżi terzi kkomunikati lill-Kummissjoni taħt l-awspiċji tal-inizjattiva tal-G7 “Self għall-Aċċellerazzjoni ta’ Dħul Straordinarju favur l-Ukrajna”, taqbeż il-EUR 45 biljun, l-ammont massimu tas-Self AMF għandu jitnaqqas bil-valur tal-eċċess.

(2)Jekk il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna jonqsu b’mod fundamentali matul il-perjodu tad-disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni, inkluż fil-każ ta’ saldu tad-danni tal-gwerra tal-Ukrajna mir-Russja, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16, tista’ tnaqqas l-ammont tal-assistenza jew tikkanċellaha.

(3)Is-Self tal-AMF għandu jkollu tul ta’ żmien massimu ta’ 45 sena.

Artikolu 11

Prekundizzjoni għall-appoġġ

(1)Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali għandha tkun li l-Ukrajna tkompli tiddefendi u tirrispetta mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi sistema parlamentari b’diversi partiti u l-istat tad-dritt, u li tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.

(2)Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jimmonitorjaw it-twettiq tal-prekundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, b’mod partikolari qabel ma jiġi rilaxxat il-pagament parzjali u jiġu żborżjati s-segmenti, filwaqt li, kif xieraq, jitqies debitament ir-rapport regolari tal-Kummissjoni dwar it-tkabbir. Il-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti ta’ korpi internazzjonali, bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni ta’ Venezja tiegħu, f’dan il-proċess. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill dwar l-issodisfar tal-prekundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 qabel ma jiġi rilaxxat il-pagament parzjali u qabel ma jiġu żborżjati s-segmenti lill-Ukrajna.

(3)Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE 26 .

(4)Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha titwettaq flimkien mal-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2024/792 27 .

(5)Meta l-Kummissjoni ssib li ma tkunx ġiet issodisfata l-prekundizzjoni jew li ma tkunx għadha qed tiġi ssodisfata, għandha tissospendi l-iżborżi tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali u r-rilaxx tal-appoġġ mhux ripagabbli msemmi fl-Artikolu 8, peress li jappartjeni għas-Self tal-AMF.

Artikolu 12

Memorandum ta’ Qbil

(1)Il-Kummissjoni għandha tiftiehem mal-Ukrajna dwar il-kundizzjonijiet ta’ politika li l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandha tkun marbuta magħhom. Dawk il-kundizzjonijiet ta’ politika għandhom jiġu stabbiliti f’MtQ.

(2)Il-kundizzjonijiet ta’ politika fil-MtQ għandhom ikunu konsistenti mal-passi kwalitattivi u kwantitattivi li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna, u kwalunkwe emenda tiegħu. Il-kundizzjonijiet ta’ politika fil-MtQ għandhom jinkludu b’mod addizzjonali impenn biex tiġi promossa l-kooperazzjoni mal-Unjoni dwar l-irkupru, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Ukrajna, f’konformità mal-objettivi tal-Programm Ewropew għall-Industrija tad-Difiża (EDIP, European Defence Industry Programme) u programmi rilevanti oħra tal-Unjoni.

(3)Il-Kummissjoni għandha tapprova l-iffirmar tal-MtQ u tal-emendi tiegħu permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 13

Deċiżjoni dwar ir-rilaxx

(1)L-Ukrajna għandha tippreżenta talba għal fondi qabel ir-rilaxx tal-pagament parzjali, akkumpanjata minn rapport f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-MtQ.

(2)Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-pagament parzjali soġġett għall-valutazzjoni tagħha tar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)il-konformità mal-prekundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 11; kif ukoll

(b)it-twettiq sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet ta’ politika stabbiliti fil-MtQ.

(3)L-iżborż ta’ segmenti jista’ jiġi allinjat mat-twaqqit tal-iżborżi tas-self jew tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli taħt il-Pilastru I tal-Faċilità għall-Ukrajna f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/792.

Artikolu 14

Operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self

(1)Sabiex tiffinanzja l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, f’isem l-Unjoni, li tissellef il-fondi meħtieġa mis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 220a tar-Regolament Finanzjarju.

(2)B’deroga mill-Artikolu 31(3), it-tieni sentenza, tar-Regolament (UE) 2021/947, l-assistenza finanzjarja pprovduta lill-Ukrajna fil-forma ta’ self ma għandhiex tiġi appoġġata mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. L-ebda proviżjonament għas-Self tal-AMF ma għandu jkun kostitwit u, b’deroga mill-Artikolu 211(1) tar-Regolament Finanzjarju, ma għandhiex tiġi stabbilita rata ta’ proviżjonament bħala perċentwal tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament.

(3)L-ammonti sospiżi f’konformità mal-Artikolu 11(4) għandhom ikunu disponibbli, sa fejn meħtieġ, biex jappoġġaw il-ħlas lura tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self tal-Unjoni. L-użu ta’ tali riżorsi b’dan il-mod ma għandux jeħles lill-Ukrajna mill-obbligazzjoni tagħha li tħallas lura s-self f’konformità mat-termini tal-Ftehim ta’ Self tal-AMF.

Artikolu 15

Ftehim ta’ Self tal-AMF

(1)It-termini finanzjarji dettaljati tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-Ftehim ta’ Self tal-AMF.

(2)Flimkien mal-elementi stabbiliti fl-Artikolu 220(5) tar-Regolament Finanzjarju, il-Ftehim ta’ Self tal-AMF għandu jkun fih rekwiżiti:

(a)li d-drittijiet, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi previsti fil-Ftehim Qafas imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/792 japplikaw għall-Ftehim ta’ Self tal-AMF u l-fondi fih;

(b)li l-Ukrajna tuża l-istess sistemi ta’ ġestjoni u kontroll kif propost fil-Pjan għall-Ukrajna stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2024/792;

(c)li jiżguraw li l-Unjoni tkun intitolata għal ħlas lura bikri tas-self meta jkun stabbilit li, fir-rigward tal-ġestjoni tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni, l-Ukrajna tkun involuta f’xi att ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni jew f’xi attività illegali oħra li tkun ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(d)li l-Ukrajna tkompli tirrispetta l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 11(1);

(e)li l-ammont żejjed imsemmi fl-Artikolu 8(4) jista’ jintuża kompletament jew parzjalment għall-ħlas lura bikri tas-Self tal-AMF fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, fuq talba tal-Ukrajna; kif ukoll

(f)li jiddefinixxu l-modalitajiet ta’ ħlas lura, abbażi ta’ struttura ta’ kaskata. L-ewwel nett, dak l-appoġġ mhux ripagabbli magħmul disponibbli għas-Self tal-AMF mill-Mekkaniżmu awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 8 jintuża biex jitħallas lura direttament is-Self tal-AMF. It-tieni, jekk ma jingħata l-ebda appoġġ jew jingħata biss appoġġ parzjali mhux ripagabbli għal raġunijiet ta’ ammonti insuffiċjenti, l-ammonti miżmuma mill-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 8(4) għandhom jintużaw biex jitħallas lura direttament is-Self tal-AMF. It-tielet, jekk l-ammonti ta’ hawn fuq ikunu insuffiċjenti, li fil-każ li jintlaħaq ftehim biex l-Ukrajna tiġi pprovduta riparazzjonijiet tal-gwerra jew kwalunkwe saldu finanzjarju ekwivalenti għal danni tal-gwerra, l-Ukrajna għandha tuża tali riżorsi għas-servizzjar tas-Self tal-AMF. Ir-raba’, jekk l-ammonti ta’ hawn fuq ikunu insuffiċjenti, l-Ukrajna għandha tibqa’ responsabbli għal kwalunkwe ammont dovut li jifdal.

(3)In-nuqqas ta’ konformità mat-termini tal-Ftehim ta’ Self tal-AMF għandu jikkostitwixxi raġuni biex il-Kummissjoni tissospendi jew tikkanċella r-rilaxx tal-pagament parzjali jew tas-segmenti, jew, meta ġġustifikat, titlob ħlas lura bikri tas-Self tal-AMF.

(4)Il-Ftehim ta’ Self tal-AMF għandu jsir disponibbli simultanjament, fuq talba, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 16

Proċedura ta’ kumitat

(1)Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(2)Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Kapitolu IV

Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 17

Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

(1)Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi rigward l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-iżborżi taħt il-Mekkaniżmu u s-Self tal-AMF u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet id-dokumenti rilevanti fi żmien debitu. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-arranġamenti interistituzzjonali miftiehma taħt il-Faċilità għall-Ukrajna, inkluż id-Djalogu dwar il-Faċilità għall-Ukrajna.

(2)Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fis-sena ta’ qabel, inkluża evalwazzjoni ta’ din l-implimentazzjoni. Dak ir-rapport għandu: (a) jeżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni; u (b) jivvaluta s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-Ukrajna, kif ukoll il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ politika msemmija fl-Artikolu 12(1). Meta xieraq, b’mod partikolari wara li jkunu skadew is-Self tal-AMF u l-ftehimiet ta’ self bilaterali eliġibbli kollha, il-Kummissjoni għandha tinkludi f’dak ir-rapport rieżami tal-adegwatezza tal-arranġamenti li jinsabu f’dan ir-Regolament.

(3)Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni ex post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali kompluta tal-Unjoni mogħtija skont dan ir-Regolament u sa liema punt din ikkontribwiet għall-għanijiet tal-assistenza.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1 Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u jipprovdi assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna

1.2 Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Cluster ta’ programmi)

Qasam ta’ politika: Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Attività: Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali1.3 Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 28  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.4 Objettiv(i)

1.4.1 Objettiv(i) ġenerali

Li jiġi stabbilit il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u li ssir disponibbli għall-Ukrajna assistenza makrofinanzjarja bil-ħsieb li jappoġġaw lill-Ukrajna tkopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tagħha.

1.4.2 Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Li jiġi pprovdut lill-Ukrajna appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli bil-ħsieb li jassisti lill-Ukrajna tħallas lura s-Self tal-AMF u s-self bilaterali pprovduti biex jappoġġaw lill-Ukrajna u b’hekk jikkontribwixxi għall-istabbiltà makrofinanzjarja, u biex itaffi r-restrizzjonijiet ta’ finanzjament estern u intern tal-Pajjiż.

1.4.3 Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

•    Tappoġġa r-reżiljenza u l-istabbiltà ekonomiċi tal-Ukrajna fiċ-ċirkostanzi tal-gwerra.

•    Tikkontribwixxi biex jiġu koperti l-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern tal-Ukrajna, fil-kuntest ta’ deterjorament sinifikanti tal-kontijiet esterni tagħha kkawżat mill-invażjoni Russa mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Ukrajna.

•    Ittaffi l-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji tal-Ukrajna, bħala kontinwazzjoni tal-assistenza ta’ emerġenza diġà pprovduta.

•    Tikkontribwixxi, permezz tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna, għall-ħlas lura tas-self tal-AMF ipprovdut lill-Ukrajna skont dan ir-Regolament u s-self bilaterali.

1.4.4 Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

L-awtoritajiet tal-Ukrajna se jkunu meħtieġa jipprovdu rapport dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ politika miftiehma qabel l-iżborż tal-pagament parzjali tas-self tal-AMF. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jibqgħu f’kuntatt mill-qrib mal-Pjattaforma tad-Donaturi għall-Ukrajna biex jibbenefikaw minn għarfien minn attivitajiet li għaddejjin tad-donaturi rispettivi.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu jimmonitorjaw il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, wara l-valutazzjoni operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi fl-Ukrajna, li tlestiet f’Ġunju 2020.

Id-Delegazzjoni tal-UE se tipprovdi wkoll rapportar regolari dwar kwistjonijiet relevanti għall-monitoraġġ tal-assistenza. Huwa previst rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-iżborżi tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u s-self tal-AMF, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni ex post tal-assistenza tal-AMF kompluta tal-Unjoni.

1.5 Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1 Rekwiżit(i) li għandu/għandhom jiġi/u ssodisfat(i) f’terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna, il-Kummissjoni se tidħol fi ftehim mal-Ukrajna li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-obbligi biex tirċievi u tuża l-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli. L-appoġġ biex jassisti l-Ukrajna tħallas lura s-self ipprovdut minn pajjiżi terzi taħt il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna se jkun bil-kundizzjoni tal-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni tal-eliġibbiltà tas-self bilaterali ppreżentat mill-Ukrajna. Ir-rilaxx tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli taħt il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna se jkun bil-kundizzjoni tal-approvazzjoni mill-Kummissjoni tat-talbiet għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli ppreżentati mill-Ukrajna jew, b’mod eċċezzjonali, minn selliefa bilaterali.

Is-self tal-AMF se jkun bil-kundizzjoni tat-twettiq tal-prekundizzjoni kif ukoll tal-kundizzjonijiet ta’ politika, elenkati f’Memorandum ta’ Qbil (MtQ) bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Ukrajna. L-assistenza se tikkonsisti minn pagament parzjali wieħed, li jista’ jiġi żborżat f’diversi segmenti.

L-assistenza tal-AMF se tkun ġestita mill-Kummissjoni. Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni tal-frodi u irregolaritajiet oħra, konsistenti mar-Regolament Finanzjarju, huma applikabbli, inklużi d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar l-iżgurar tal-interess finanzjarju tal-Unjoni kif stabbilit fil-Ftehim Qafas skont ir-Regolament (UE) 2024/792. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ukreni jaqblu dwar MtQ li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ rapportar. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u mal-awtoritajiet nazzjonali, kif ukoll ma’ pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-Pjattaforma għall-Koordinazzjoni tad-Donaturi għall-Ukrajna, biex tikkoordina l-prijoritajiet u l-kundizzjonalità tal-appoġġ rispettiv tagħhom u timmonitorja l-iżviluppi rilevanti u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet kif miftiehem fil-MtQ.

1.5.2 Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Din il-proposta twieġeb għall-ħtieġa ta’ rispons komuni fl-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna fuq skala adegwata, li ma tistax tinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u tista’ tinkiseb aħjar mill-UE. Ir-raġunijiet ewlenin huma l-kapaċità fiskali u r-restrizzjonijiet baġitarji li qed jiġu ffaċċjati fil-livell nazzjonali u l-ħtieġa għal koordinazzjoni b’saħħitha tad-donaturi sabiex jiġu massimizzati l-iskala u l-effettività tal-appoġġ, filwaqt li jiġi limitat il-piż fuq il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tal-Ukrajna, li hija mġebbda ħafna fiċ-ċirkostanzi attwali.

L-inizjattiva hija parti mill-objettiv tal-UE li tipprovdi appoġġ ta’ likwidità għal żmien qasir lill-Ukrajna. Hija ssaħħaħ ukoll l-azzjonijiet mill-Unjoni għal appoġġ dirett umanitarju, ekonomiku u għad-difiża, kif ukoll l-inizjattivi tal-Unjoni biex tikkoordina azzjonijiet multilaterali.

Il-valur miżjud ewlieni tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna, meta mqabbel ma’ strumenti oħra tal-Unjoni, huwa li jassisti lill-Ukrajna tħallas lura s-self tal-AMF u s-self bilaterali eliġibbli pprovduti biex jappoġġaw lill-Ukrajna. B’dan il-mod, iwieġeb is-sejħa mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tas-27 ta’ Ġunju 2024 biex il-ħidma titmexxa ’l quddiem filwaqt li jiġu indirizzati l-aspetti legali u finanzjarji rilevanti kollha, sabiex jiġi pprovdut finanzjament addizzjonali għall-Ukrajna sa tmiem is-sena fil-forma ta’ self isservizzjat u mħallas lura minn flussi futuri tad-dħul straordinarju.

Il-valur miżjud ewlieni tas-self tal-AMF meta mqabbel ma’ strumenti oħra tal-UE huwa li jtaffi malajr ir-restrizzjonijiet finanzjarji esterni u jgħin biex jiżgura qafas makrofinanzjarju stabbli kontinwu, inkluż bil-promozzjoni ta’ bilanċ tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostnuti u sostenibbli, f’qafas xieraq għar-rekwiżiti ta’ rapportar.

1.5.3 Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja huma soġġetti għal evalwazzjoni ex post. Evalwazzjonijiet ex post tal-operazzjonijiet preċedenti tal-AMF lill-Ukrajna wrew li b’mod ġenerali kienu rilevanti ħafna f’termini tal-objettivi, tal-baġit u tal-objettivi ta’ politika tagħha. Huma urew li kienu kruċjali biex jappoġġaw lill-Ukrajna tindirizza l-problemi tagħha tal-bilanċ tal-pagamenti u fl-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali ewlenin biex tiġi stabbilizzata l-ekonomija u tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-pożizzjoni esterna tagħha. Huma ppermettew iffrankar fiskali u benefiċċji finanzjarji, kif ukoll aġixxew bħala katalist għal appoġġ finanzjarju addizzjonali u għall-fiduċja tal-investituri.

Minħabba n-natura innovattiva tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna, ma setgħet tiġi identifikata l-ebda tagħlima meħuda. 1.5.4 Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta hija kompatibbli mal-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027.

Il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna se jiġi ffinanzjat minn dħul assenjat estern.

L-appoġġ tal-AMF fil-forma ta’ self se jkun disponibbli sal-31 ta’ Diċembru 2024, bl-iżborżi ta’ segmenti jsiru sal-31 ta’ Diċembru 2025. Ir-riżorsi għas-self tal-AMF se jiġu ffinanzjati permezz ta’ self.

Meta jitqiesu r-riskji finanzjarji u l-kopertura baġitarja, ma għandu jiġi kkostitwit l-ebda proviżjonament għall-appoġġ fil-forma ta’ self skont dan ir-Regolament, li jiġi garantit lil hinn mil-limiti massimi, u, b’deroga mill-Artikolu 211(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, ma għandha tiġi stabbilita l-ebda rata ta’ proviżjonament.

1.5.5 Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Bl-użu ta’ self, din l-operazzjoni tal-AMF żżid l-effettività tal-baġit tal-UE permezz tal-effett ta’ ingranaġġ u tipprovdi l-aktar għażla kosteffiċjenti. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissellef fondi mis-swieq kapitali f’isem kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Euratom bl-użu tal-garanzija tal-baġit tal-UE. L-għan huwa li jinkisbu fondi mis-suq bl-aħjar rati disponibbli minħabba l-istatus ta’ kreditu tal-ogħla livell.

Għandha tiġi evitata aktar pressjoni fuq baġit tal-UE taħt pressjoni minħabba rekwiżiti ta’ proviżjonament u arranġamenti kumplessi, li jinvolvu għadd kbir ta’ garanziji nazzjonali ad hoc. Għalhekk, is-self tal-AMF se jiġi ġgarantit lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP. Sistema unifikata u effiċjenti biex jiġu żgurati l-aħjar kundizzjonijiet ta’ self u jiġi estiż l-aċċess għas-suq għal appoġġ fil-forma ta’ self għandha vantaġġi kbar fil-kuntest tas-suq attwali.

1.6 Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju tal-proposta/inizjattiva

 tul ta’ żmien limitat

   fis-seħħ minn SSSS sa SSSS;

 Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 tul ta’ żmien mhux limitat

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-01/10/2024 sat-30/06/2025,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

29 1.7 Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

 mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarji:

 lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

 lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

 lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

 lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

 lill-korpi tal-liġi pubblika;

 lill-korpi rregolati minn liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

 lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

 lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Mhux applikabbli

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1 Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Japplikaw l-obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Il-monitoraġġ tal-azzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni jsir fuq il-bażi tal-miżuri speċifiċi li għandhom jiġu miftiehma mal-awtoritajiet Ukreni f’Memorandum ta’ Qbil (MtQ).

Il-MtQ se jinkludi kundizzjonijiet ta’ politika li għandhom ikunu konsistenti mal-passi kwalitattivi u kwantitattivi li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna, u kwalunkwe emenda tiegħu.

Il-Kummissjoni se tivverifika l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ politika stabbiliti fil-MtQ. Il-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati ta’ dik il-verifika.

Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni se tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fis-sena ta’ qabel, inkluża evalwazzjoni ta’ dik l-implimentazzjoni. Dak ir-rapport se: (a) jeżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni; u (b) jivvaluta s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-Ukrajna, kif ukoll il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ politika inklużi fil-MtQ. Meta xieraq, b’mod partikolari wara li jkunu skadew is-Self tal-AMF u l-ftehimiet ta’ self bilaterali kollha, il-Kummissjoni tinkludi f’dak ir-rapport rieżami tal-adegwatezza tal-arranġamenti li jinsabu f’dan ir-Regolament.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni tibgħat rapport ta’ evalwazzjoni ex post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-appoġġ komplut tal-Unjoni taħt l-operazzjoni tal-AMF u sa liema punt din ikkontribwiet għall-għanijiet tal-assistenza.

2.2 Sistema/i ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1 Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati skont din il-proposta se jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni, billi tikkonċerna appoġġ finanzjarju pprovdut direttament lill-Istat.

L-appoġġ mhux ripagabbli taħt il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna se jsir disponibbli mill-Kummissjoni, soġġett għad-disponibbiltà tal-ammonti fil-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna.

Ir-rilaxx ta’ segmenti jista’ jiġi organizzat b’mod flessibbli u rapidu matul l-2024 u l-2025. Biex tiffaċilita l-ġestjoni tal-likwidità tal-awtoritajiet Ukreni u tiżgura l-prevedibbiltà, il-Kummissjoni beħsiebha tiżgura li s-segmenti jiġu rilaxxati matul l-2024 u l-2025, filwaqt li tevita sa fejn ikun possibbli devjazzjonijiet sinifikanti tal-ammonti minn trimestru għal trimestru. L-iżborż ta’ segmenti jista’ jiġi allinjat mat-twaqqit tal-iżborżi tas-self jew tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli taħt il-Pilastru I tal-Faċilità għall-Ukrajna f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/792. 

Is-self tal-AMF għandu jiġi rilaxxat soġġett għar-rispett tal-prekundizzjonijiet u t-twettiq sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet ta’ politika.

2.2.2 Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Hemm riskji politiċi, fiduċjarji u ta’ politika relatati mal-operazzjoni proposta. Riskju ewlieni għall-operazzjoni jirriżulta mill-kontinwazzjoni tal-gwerra kkawżata mill-invażjoni Russa mhux ġustifikata u mhux ipprovokata tal-Ukrajna, li jista’ jkollha impatt negattiv ulterjuri fuq l-istabbiltà makroekonomika u l-kapaċità amministrattiva tal-Ukrajna.

It-tieni, il-flussi futuri ta’ dħul straordinarju li jirriżulta mill-immobilizzazzjoni tal-assi sovrani Russi miżmuma fl-Unjoni Ewropea huma soġġetti għal għadd ta’ suppożizzjonijiet. Jekk ma jimmaterjalizzawx dawk is-suppożizzjonijiet, il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna jista’ ma jilħaqx l-impatt potenzjali sħiħ tiegħu.

It-tielet, hemm riskju li s-self jista’ jintuża b’mod qarrieqi. Billi l-proposta mhijiex imfassla għal spejjeż speċifiċi (għall-kuntrarju, pereżempju, tal-finanzjament ta’ proġett), dan ir-riskju huwa relatat ma’ fatturi bħalma huma l-kwalità ġenerali tas-sistemi ta’ ġestjoni fil-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna u fil-Ministeru għall-Finanzi, il-proċeduri amministrattivi, il-funzjonijiet ta’ kontroll u sorveljanza, is-sigurtà tas-sistemi tal-IT u l-adegwatezza tal-kapaċitajiet ta’ awditjar interni u esterni. 

Ir-raba’, fil-każ li l-appoġġ mhux ripagabbli mill-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna ma jkunx biżżejjed biex jitħallas lura s-self tal-AMF u li ma jkunux possibbli sorsi oħra ta’ ħlas lura, ir-riskju jirriżulta mill-possibbiltà li l-Ukrajna tonqos milli tisservizzja s-self tal-AMF, li, pereżempju, jista’ jiġi kkawżat minn deterjorament addizzjonali sinifikanti tal-bilanċ tal-pagamenti u l-pożizzjoni fiskali tas-sieħeb. 

Sistemi ta’ kontroll intern

L-operazzjonijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ta’ verifika, kontroll u awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF, European Anti-Fraud Office), u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif previst mill-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju. Il-pagament huwa soġġett għal monitoraġġ mill-persunal tal-Kummissjoni. L-iżborż relatat mal-operazzjonijiet jista’ jkun soġġett għal verifiki ex post indipendenti addizzjonali (dokumentarji u/jew fil-post) minn uffiċjali tat-tim ta’ kontroll ex post tad-dipartiment rilevanti tal-Kummissjoni. Tali verifiki jistgħu jinbdew ukoll fuq talba tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delegazzjoni responsabbli. Interruzzjonijiet u sospensjonijiet tal-pagamenti, korrezzjonijiet finanzjarji (implimentati mill-Kummissjoni) u rkupri jistgħu jitwettqu meta meħtieġ (dan għadu ma seħħx sa issa) u għandhom jiġu previsti b’mod espliċitu fil-ftehimiet mal-Ukrajna. 

2.2.3 Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“ispejjeż tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Is-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ sa issa żguraw rata ta’ żball effettiva ta’ 0 % għat-tip ta’ pagamenti ta’ assistenza makrofinanzjarja. Ma hemm l-ebda każ magħruf ta’ frodi, korruzzjoni jew attività illegali. L-operazzjonijiet għandhom loġika ċara ta’ intervent, waħda li tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa l-impatt tagħhom. Il-kontrolli jippermettu l-konferma tal-assigurazzjoni u tal-kisba tal-objettivi u l-prijoritajiet ta’ politika.

2.3 Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Biex jittaffew ir-riskji tal-użu frodulenti ttieħdu u se jittieħdu diversi miżuri. It-termini dettaljati tal-appoġġ mhux ripagabbli taħt il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna se jiġu stabbiliti fi ftehim legali ffirmat bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna. Il-ftehim legali se jistabbilixxi l-obbligu tal-Ukrajna li tuża l-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli għall-ħlas lura tal-kapital, l-imgħax u kwalunkwe kost relatat ieħor tas-Self tal-AMF jew tas-self bilaterali eliġibbli, kif ukoll li tikseb mingħand is-selliefa bilaterali u tipprovdi, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni, il-prova tat-twettiq ta’ kull obbligazzjoni ta’ ħlas.

Barra minn hekk, Ftehim ta’ Self għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna f’konformità mal-Artikolu 220 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Il-Ftehim ta’ Self se jipprovdu għadd ta’ dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjoni, il-prevenzjoni tal-frodi, l-awditjar u l-irkupru ta’ fondi f’każ ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni. B’mod partikolari, il-Ftehim ta’ Self se jinkludu dispożizzjonijiet biex il-Kummissjoni twettaq verifiki, biex il-Qorti tal-Awdituri twettaq awditi u biex l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeżerċita l-kompetenzi tiegħu, f’konformità mal-Artikoli 129 u 220 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

L-operazzjoni tal-AMF se tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif stabbilit skont il-Ftehim Qafas taħt il-Faċilità għall-Ukrajna.

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1 Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

 

Diff./Mhux-diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

6

Linja baġitarja tan-nefqa operazzjonali: 14 11 01 – Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna

Differenzjata

IVA

IVA

IVA

IVA

3.2 Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1 Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

L-għan tal-Mekkaniżmu għandu jkun li jipprovdi lill-Ukrajna appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli bil-ħsieb li jassisti lill-Ukrajna tħallas lura s-Self tal-AMF u s-self bilaterali pprovduti biex jappoġġaw lill-Ukrajna.

Il-Mekkaniżmu għandu jirċievi r-riżorsi u jiżborżahom fuq bażi regolari lill-Ukrajna biex tkopri l-kapital, l-imgħax u kwalunkwe kost relatat ieħor tas-Self tal-AMF u tas-self bilaterali.

L-ammonti ttrasferiti lill-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna minn kwalunkwe emenda potenzjali tal-Anness XLI tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014, kif ukoll l-ammonti li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet volontarji speċifiċi mill-Istati Membri, minn pajjiżi terzi jew minn sorsi oħra, se jintużaw biex jipprovdu lill-Ukrajna appoġġ mhux ripagabbli bil-ħsieb li jassistu lill-Ukrajna tħallas lura s-Self tal-AMF u s-self bilaterali pprovduti biex jappoġġaw lill-Ukrajna. 

Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna

(suppożizzjoni: approprjazzjonijiet ta’ impenn ugwali għal approprjazzjonijiet ta’ pagament)

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

·Approprjazzjonijiet operazzjonali (li minnhom)

14 11 01 – Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna

pm

pm

pm

pm



Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Din it-taqsima għandha timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, l-ewwel nett, għandha tiġi introdotta fl-Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

EUR miljuni (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DG: <…….>

□ Riżorsi umani 

□ Nefqa amministrattiva oħra 

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

   

3.2.2 Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 7 30   
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima li għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

2024

2025

2026

2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

□ Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

□ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 31

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz  32

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra

TOTAL

□ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED 33

Linja baġitarja oħra: Dħul assenjat

Iffinanzjat minn dħul assenjat – fil-Kwartieri Ġenerali

Iffinanzjat minn dħul assenjat – f’Delegazzjoni

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.3 Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Is-self se jiġi ffinanzjat minn teħid b’self tal-UE fis-swieq finanzjarji.

tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament dwar il-QFP.

teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

3.2.4 Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

Il-proposta/L-inizjattiva:

ma tipprevedix kofinanzjament minn terzi persuni 34

 tipprevedi l-kofinanzjament minn terzi persuni kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Sena 
N 35

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

3.3 Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/inizjattiva 36

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

Partita 6642 Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna — Dħul Assenjat

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Ara t-Taqsima 3.2.1 hawn fuq.

(1)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, is-27 ta’ Ġunju 2024; EUCO 15/24.
(2)    Il-Komunikat tal-Mexxejja tal-G7 f’Apulia, l-14 ta’ Ġunju 2024.
(3)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/335 tat-28 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, ĠU L 57, 28.2.2022, p. 4.
(4)    Id-depożitorji ċentrali tat-titoli huma definiti skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012, ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1.
(5)    B’mod partikolari, il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 1a(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna u l-Artikolu 5a(4) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1.
(6)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/577 tat-12 ta’ Frar 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, ĠU L, 2024/577, 14.2.2024.
(7)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1470 tal-21 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, ĠU L, 2024/1470, 22.5.2024.
(8)    Dan huwa possibbli minħabba l-emenda tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027, ĠU L 433I , 22.12.2020, p. 11. Dan ippermetta li l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn assistenza finanzjarja lill-Ukrajna disponibbli għall-2023 u l-2024 jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-assistenza finanzjarja għall-Istati Membri.
(9)    Ir-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna.
(10)    Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009, (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1).
(11)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1).
(12)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna, ĠU L, 2024/1447, 24.5.2024.
(13)    Ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +) (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2463/oj).
(14)    Ir-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna (ĠU L, 2024/792, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj).
(15)    Ukraine - Third Rapid Damage and Needs Assessment (RDNA3); Frar 2022 - Diċembru 2023.
(16)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1470 tal-21 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, (ĠU L, 2024/1470, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1470/oj).
(17)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi b’ħarsa lejn l-azzjonijiet tar-Russja li jidddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/833/oj).
(18)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/CFSP tal-31 Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/512/oj).
(19)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj).
(20)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/427/oj).
(21)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna, (ĠU L, 2024/1447, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1447/oj). 
(22)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
(23)    Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009, (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/947/oj).
(24)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj).
(25)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj).
(26)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
(27)    Ir-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna (ĠU L, 2024/792, 29.2.2024).
(28)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(29)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(30)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(31)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(32)    Sublimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(33)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Esperti Nazzjonali Sekondati; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(34)    Il-kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni se jkunu fil-forma ta’ dħul assenjat ippreżentat fit-taqsima ta’ hawn taħt.
(35)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. Ibdel l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(36)    Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri wara tnaqqis ta’ 25 % għall-kostijiet tal-ġbir.