|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2959 |
2.12.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2959
tad-29 ta’ Novembru 2024
li jaħtar il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għas-saħħa pubblika fir-rigward tal-batterji li jinġarru mill-ikel u mill-ilma; tal-elminti u l-protożoa li jinġarru mill-ikel, mill-ilma u mill-vetturi; u tal-viruses li jinġarru mill-ikel u mill-ilma
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (UE) 2022/2371, il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea (“il-laboratorji ta’ referenza tal-UE”) fil-qasam tas-saħħa pubblika jew għal oqsma speċifiċi tas-saħħa pubblika rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jipprovdu appoġġ lil-laboratorji ta’ referenza nazzjonali u jippromwovu l-prattiki tajbin u l-allinjament tal-Istati Membri fir-rigward tad-dijanjostika, tal-metodi tal-ittestjar u l-użu ta’ ċerti testijiet għas-sorveljanza, tan-notifika u tar-rappurtar uniformi tal-mard mill-Istati Membri. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2022/2371, f’April 2024 (2) il-Kummissjoni nediet sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-ħatra ta’ laboratorji ta’ referenza tal-UE fi tliet oqsma tas-saħħa pubblika, jiġifieri għall-batterji li jinġarru mill-ikel u mill-ilma; għall-elminti u l-protożoa li jinġarru mill-ikel, mill-ilma u mill-vetturi; u għall-viruses li jinġarru mill-ikel u mill-ilma. |
|
(3) |
Bi tweġiba għal dawk is-sejħiet, l-Istati Membri ppreżentaw applikazzjonijiet għall-ħatra sal-14 ta’ Awwissu 2024, li ġew evalwati minn bord tal-għażla mwaqqaf mis-servizzi tal-Kummissjoni. |
|
(4) |
Il-bord tal-għażla qies il-kriterji għal-laboratorji ta’ referenza tal-UE stabbiliti fl-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) 2022/2371 u fis-sejħiet għall-applikazzjoni. |
|
(5) |
Wara li titlesta l-proċedura ta’ għażla, jenħtieġ li l-laboratorji magħżula jinħatru bħala l-laboratorji ta’ referenza tal-UE u jiġu speċifikati r-responsabbilitajiet u l-kompiti tagħhom. |
|
(6) |
Sabiex jintuża l-finanzjament allokat fil-programm ta’ ħidma annwali tal-UE għas-Saħħa għall-2024 (3), il-ħatra tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE fil-qasam tas-saħħa pubblika jenħtieġ li tiġi prevista malajr kemm jista’ jkun. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-konsorzju msemmi fl-Anness I huwa maħtur bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għas-saħħa pubblika fir-rigward tal-batterji li jinġarru mill-ikel u mill-ilma sat-22 ta’ Diċembru 2031.
2. Ir-responsabbiltajiet u l-kompiti ta’ dak il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea huma stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
1. Il-konsorzju msemmi fl-Anness II huwa maħtur bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għas-saħħa pubblika fir-rigward tal-elminti u tal-protożoa li jinġarru mill-ikel, mill-ilma u mill-vetturi sat-22 ta’ Diċembru 2031.
2. Ir-responsabbiltajiet u l-kompiti ta’ dak il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea huma stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 3
1. Il-konsorzju msemmi fl-Anness III huwa maħtur bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għas-saħħa pubblika fir-rirgward tal-viruses li jinġarru mill-ikel u mill-ilma sat-22 ta’ Diċembru 2031.
2. Ir-responsabbiltajiet u l-kompiti ta’ dak il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea huma stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 314, 6.12.2022, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2371/oj.
(2) https://health.ec.europa.eu/consultations/eu-reference-laboratories-public-health-2024-calls-applications_en.
(3) https://health.ec.europa.eu/publications/2024-eu4health-work-programme_en.
ANNESS I
Il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa pubblika fir-rigward tal-batterji li jinġarru mill-ikel u mill-ilma, ir-responsabbiltajiet u l-kompiti tiegħu
|
1. |
Il-konsorzju maħtur bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa pubblika fir-rigward tal-batterji li jinġarru mill-ikel u mill-ilma (minn hawn ’il quddiem, “EURL”):
Konsorzju mmexxi minn: Statens Serum Institut, Artillerivej 5, 2300 Kobenhavn S, id-DANIMARKA; Magħmul ukoll minn: Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu, Antonie van Leeuwenhoeklaan 9, 3721 MA, Bilthoven, in-NETHERLANDS, minn Mejju 2025: Helsinkilaan 1, 3584 CB, Utrecht, in-NETHERLANDS, Istituto Superiore di Sanità, Viale Regina Elena 299, 00161, Ruma RM, l-ITALJA. |
|
2. |
Responsabbiltajiet u Kompiti:
L-EURL għandu jipprovdi appoġġ lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza u jippromwovi l-prattika tajba u l-kwalità biex tissaħħaħ il-mikrobijoloġija tas-saħħa pubblika fil-qasam tal-batterji li jinġarru mill-ikel u mill-ilma. L-EURL għandu jipprovdi appoġġ lil dawn il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali għall-attivitajiet relatati mal-batterji li jinġarru mill-ikel u mill-ilma li ġejjin: Salmonella spp., E. coli li tipproduċi t-tossina Shiga (STEC), Listeria monocytogenes, Campylobacter spp. uShigella spp.. L-ambitu tal-EURL jinkludi wkoll Vibrio spp. u Yersinia spp. (minbarra Y. pestis). Jekk ikun hemm ħtieġa, fil-livell tal-UE, relatata ma’ batterji oħra li jinġarru mill-ikel u mill-ilma li jkunu ta’ rilevanza għas-saħħa pubblika, l-EURL jista’ jintalab ukoll jipprovdi input u pariri dwar dawk il-batterji. L-EURL għandu jipprovdi appoġġ lill-membri tan-Network Ewropew ta’ Mard li jinġarru mill-Ikel u mill-Ilma u Żoonożi (FWD-Net) (1) taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) dwar aspetti relatati mad-dijanjostika, il-metodi tal-ittestjar, l-użu ta’ ċerti testijiet għas-sorveljanza, in-notifika u r-rappurtar uniformi tal-mard. Għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet skont il-pjan ta’ ħidma tal-EURL u li l-EURL għandu jiżviluppa u jaqbel dwaru mal-ECDC, l-EURL għandu jikkoordina l-Punti Fokali Nazzjonali (NFPs) għall-Mard li Jinġarr mill-Ikel u mill-Ilma u l-Punti ta’ Kuntatt Operazzjonali (OCPs) għall-Mikrobijoloġija relevanti għall-EURL. Fuq talba mill-ECDC, l-EURL għandu jipparteċipa fin-networks u l-istrutturi rilevanti tal-ECDC. L-EURL għandu jipparteċipa fin-network ta’ laboratorji ta’ referenza tal-UE li għandu jiġi operat u kkoordinat mill-ECDC f’konformità mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) 2022/2371. L-EURL għandu jiżgura li jkun hemm:
L-EURL għandu jistabbilixxi l-politika tal-kunfidenzjalità tiegħu, inkluż ir-regoli għall-ġestjoni, il-ħżin u l-ipproċessar tal-kampjuni u tal-informazzjoni b’mod xieraq u sikur, kif ukollmiżuri għall-prevenzjoni ta’ żvelar mhux dovut ta’ informazzjoni kunfidenzjali. L-EURL għandu jkun responsabbli għad-dmirijiet li ġejjin:
|
(1) https://www.ecdc.europa.eu/en/about-us/partnerships-and-networks/disease-and-laboratory-networks/fwd-net.
ANNESS II
Il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa pubblika fir-rigward tal-elminti u tal-protożoa li jinġarru mill-ikel, mill-ilma u mill-vetturi, ir-responsabbiltajiet u l-kompiti tiegħu
|
1. |
Il-konsorzju maħtur bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa pubblika fir-rigward tal-elminti u l-protożoa li jinġarru mill-ikel, mill-ilma u mill-vetturi (minn hawn ’il quddiem, “EURL”):
Konsorzju mmexxi minn: Istituto Superiore di Sanità, Viale Regina Elena 299, 00161, Ruma RM, l-ITALJA; Magħmul ukoll minn: Folkhälsomyndigheten, Nobels väg 18, 171 82 Solna, l-IŻVEZJA. |
|
2. |
Responsabbiltajiet u Kompiti:
L-EURL għandu jipprovdi appoġġ lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza u jippromwovi l-prattika tajba u l-kwalità biex tissaħħaħ il-mikrobijoloġija tas-saħħa pubblika fil-qasam tal-elminti u tal-protożoa li jinġarru mill-ikel, mill-ilma u mill-vetturi. L-EURL għandu jipprovdi appoġġ lil dawn il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali għal attivitajiet relatati mal-elminti u l-protożoa li jinġarru mill-ikel, mill-ilma u mill-vetturi li ġejjin: Echinococcus spp., Toxoplasma gondii, Trichinella spp., uPlasmodium spp.. Jekk ikun hemm ħtieġa fil-livell tal-UE relatata ma’ parassiti oħra li jinġarru mill-ikel, mill-ilma u mill-vetturi ta’ rilevanza għas-saħħa pubblika (eż. Cryptosporidium spp., Giardia lamblia, Leishmania spp., Strongyloides stercoralis, u Taenia solium), l-EURL jista’ jintalab ukoll jipprovdi input u pariri dwar dawk l-elminti u l-protożoa. L-EURL għandu jipprovdi appoġġ lill-membri tan-networks tal-laboratorju tan-Network Ewropew ta’ Mard Emerġenti u Mard li Jinġarr mill-Vetturi (EVD-Net) (1) u n-Network Ewropew ta’ Mard li Jinġarr mill-Ikel u mill-ilma u Żoonożi (FWD-Net) (2)taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) dwar aspetti relatati mad-dijanjostika, il-metodi tal-ittestjar, l-użu ta’ ċerti testijiet għas-sorveljanza, in-notifika u r-rappurtar uniformi tal-mard. Għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet skont il-pjan ta’ ħidma tal-EURL u li l-EURL għandu jiżviluppa u jaqbel dwaru mal-ECDC, l-EURL għandu jikkoordina l-Punti Fokali Nazzjonali (NFPs) għall-Mard li Jinġarr mill-Ikel u mill-Ilma u għall-Mard Emerġenti u Mard li jinġarr mill-Vetturi, u l-Punti ta’ Kuntatt Operazzjonali (OCPs) għall-Mikrobijoloġija relevanti għall-EURL. Fuq talba mill-ECDC, l-EURL għandu jipparteċipa fin-networks u l-istrutturi rilevanti tal-ECDC. L-EURL għandu jipparteċipa fin-network ta’ laboratorji ta’ referenza tal-UE li għandu jiġi operat u kkoordinat mill-ECDC f’konformità mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) 2022/2371. L-EURL għandu jiżgura li jkun hemm:
L-EURL għandu jistabbilixxi l-politika tal-kunfidenzjalità tiegħu, inkluż ir-regoli għall-ġestjoni, il-ħżin u l-ipproċessar ta’ kampjuni u informazzjoni b’mod xieraq u sikur, kif ukollmiżuri għall-prevenzjoni ta’ żvelar mhux dovut ta’ informazzjoni kunfidenzjali. L-EURL għandu jkun responsabbli għad-dmirijiet li ġejjin:
|
(1) https://www.ecdc.europa.eu/en/about-ecdc/what-we-do/partners-and-networks/disease-and-laboratory-networks/european-emerging-and.
(2) https://www.ecdc.europa.eu/en/about-us/partnerships-and-networks/disease-and-laboratory-networks/fwd-net.
ANNESS III
Il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa pubblika fir-rigward tal-viruses li jinġarru mill-ikel u mill-ilma, ir-responsabbiltajiet u l-kompiti tiegħu
|
1. |
Il-konsorzju maħtur bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa pubblika fir-rigward tal-viruses li jinġarru mill-ikel u mill-ilma (minn hawn ’il quddiem, “EURL”):
Konsorzju mmexxi minn: L-Istitut Norveġiż tas-Saħħa Pubblika (NIPH), Lovisenberggata 6, 0456 Oslo, in-NORVEĠJA; Magħmul ukoll minn: Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu, Antonie van Leeuwenhoeklaan 9, 3721 MA, Bilthoven, in-NETHERLANDS, minn Mejju 2025: Helsinkilaan 1, 3584 CB, Utrecht, in-NETHERLANDS, Iċ-Ċentru Mediku tal-Università ta’ Regensburg, Franz-Josef-Strauss-Allee 11, ID-93053 Regensburg, il-ĠERMANJA. |
|
2. |
Responsabbiltajiet u Kompiti:
L-EURL għandu jipprovdi appoġġ lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza u jippromwovi l-prattika tajba u l-kwalità biex tissaħħaħ il-mikrobijoloġija tas-saħħa pubblika fil-qasam tal-viruses li jinġarru mill-ikel u mill-ilma. L-EURL għandu jipprovdi appoġġ lil dawn il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali għall-attivitajiet relatati mal-virus tal-epatite A. L-ambitu tal-EURL jinkludi wkoll il-virus tal-epatite E. Jekk ikun hemm ħtieġa fil-livell tal-UE, relatata ma’ viruses oħra li jinġarru mill-ikel u mill-ilma li jkunu ta’ rilevanza għas-saħħa pubblika, l-EURL jista’ jintalab ukoll jipprovdi input u pariri dwar dawk il-viruses. L-EURL għandu jipprovdi appoġġ lill-membri tan-Network Ewropew ta’ Mard li jinġarr mill-Ikel u mill-Ilma u Żoonożi (FWD-Net) (1) taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) dwar aspetti relatati mad-dijanjostika, il-metodi tal-ittestjar, l-użu ta’ ċerti testijiet għas-sorveljanza, in-notifika u r-rappurtar uniformi tal-mard. Għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet skont il-pjan ta’ ħidma tal-EURL, li l-EURL għandu jiżviluppa u jaqbel dwaru mal-ECDC, l-EURL għandu jikkoordina l-Punti Fokali Nazzjonali (NFPs) għall-Mard li Jinġarr mill-Ikel u mill-Ilma u l-Punti ta’ Kuntatt Operazzjonali (OCPs) għall-Mikrobijoloġija relevanti għall-EURL. Fuq talba mill-ECDC, l-EURL għandu jipparteċipa fin-networks u l-istrutturi rilevanti tal-ECDC. L-EURL għandu jipparteċipa fin-network ta’ laboratorji ta’ referenza tal-UE li għandu jiġi operat u kkoordinat mill-ECDC f’konformità mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) 2022/2371. L-EURL għandu jiżgura li jkun hemm:
L-EURL għandu jistabbilixxi l-politika tal-kunfidenzjalità tiegħu, inkluż ir-regoli għall-ġestjoni, il-ħżin u l-ipproċessar tal-kampjuni u tal-informazzjoni b’mod xieraq u sikur, kif ukollmiżuri għall-prevenzjoni ta’ żvelar mhux dovut ta’ informazzjoni kunfidenzjali. L-EURL għandu jkun responsabbli għall-kompiti li ġejjin:
|
(1) https://www.ecdc.europa.eu/en/about-us/partnerships-and-networks/disease-and-laboratory-networks/fwd-net.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2959/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)