European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3148

12.12.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3148

tal-11 ta’ Diċembru 2024

li jemenda għat-344 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-2 ta’ Diċembru 2024, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda, f’konformità mar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015), li jemenda tliet entrati fil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan.

(4)

Id-dħul fis-seħħ urġenti huwa ġustifikat bil-ħsieb li l-persuni deżinjati jiġu identifikati b’mod xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2002/881/oj.


ANNESS

Id-data tal-identifikazzjoni tal-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hija emendata kif ġej:

(1)   

“Muthanna Harith Al-Dari (magħruf ukoll bħala (a) Dr. Muthanna Al Dari, (b) Muthana Harith Al Dari, (c) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari, (d) Muthanna Harith Sulayman Al-Dhari, (e) Muthanna Hareth Al-Dhari, (f) Muthana Haris Al-Dhari, (g) Dr Muthanna Harith Sulayman Al Dari Al-Zawba’, (h) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari Al-Zobai, (i) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari al-Zawba’i, (j) Muthanna Hareth al-Dari, (k) Muthana Haris al-Dari, (l) Dr. Muthanna al-Dari, (m) Dr Muthanna Harith al-Dari al-Zowbai). Titolu: Tabib (a) Amman, il-Ġordan, (b) Khan Dari, l-Iraq (indirizz preċedenti), (c) Asas Village, Abu Ghurayb, l-Iraq (indirizz preċedenti), (d) l-Eġittu (indirizz preċedenti). Data tat-twelid: 16.6.1969 Post tat-twelid: l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: Numru tal-kard tar-razzjon 1729765. Informazzjoni oħra: Isem l-omm: Heba Khamis Dari. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 25.3.2010.”

huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Muthanna Harith SALMAN Al-Dari (fl-oriġinali jinkitebمثنى حارث سلمان الضاري ). Psewdonimu ta’ kwalità tajba: a) Dr Muthanna Al Dari; b) Muthana Harith Al Dari; c) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari; d) Muthanna Harith Sulayman Al-Dhari; e) Muthanna Hareth Al-Dhari; f) Muthana Haris Al-Dhari; g) Dr Muthanna Harith Sulayman Al Dari Al-Zawba’; h) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari; i) Muthanna Harith Sulayman Al Dari al-Zawba’I; j) Muthanna Hareth al-Dari; k) Muthana Haris al-Dari; l) Dr Muthanna al-Dari ; m) Dr Muthanna Harith al-Dari al-Zowbai . Titolu: Tabib Data tat-twelid: 16 ta’ Ġunju 1969. Post tat-twelid: l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-kard tar-razzjon: 1729765. Indirizz: a) Amman, il-Ġordan, b) Khan Dari, l-Iraq (indirizz preċedenti), c) Asas Village, Abu Ghurayb, l-Iraq (indirizz preċedenti), d) l-Eġittu (indirizz preċedenti). Informazzjoni oħra: Isem l-omm: Heba Khamis Dari. Isem il-missier: Harith bin Salman Al-Dari bin Mahmud al-Shammari. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2), il-punt (i): 25.3.2010.”;

(2)   

“Maysar Ali Musa Abdallah Al-Juburi (magħruf ukoll bħala (a) Muyassir al-Jiburi; (b) Muyassir Harara; (c) Muyassir al-Shammari; (d) Muhammad Khalid Hassan; (e) Al-Shammari; (f) Mus’ab al-Qahtani; (g) Abu Maria al-Qatani). Titolu: Amir. Data tat-twelid: 1.6.1976 Post tat-twelid: (a) Al-Shura, Mosul, l-Iraq; (b)Harara, provinċja ta’ Ninawa, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014 ”.

huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘MAYSAR ALI MUSA ABDALLAH AL-JUBURI . Psewdonimu ta’ kwalità tajba: a) Muyassir al-Jiburi; b) Muyassir Harara; c) Muyassir al Shammari; d) Muhammad Khalid Hassan. Psewdonimu ta’ kwalità tajba: a) Al-Shammari, b) Mus’ab al Qahtani, c) Abu Maria al-Qatani, d) Abu Umar Titolu: Amir. Data tat-twelid: a) l-1 ta’ Ġunju 1976. b) 1976. Post tat-twelid: (a) Al-Shura, Mosul, l-Iraq; (b)Harara, il-provinċja ta’ Ninawa, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Informazzjoni oħra: Sharia amir tal-Front Al-Nusrah għall-Poplu tal-Levant sa minn kmieni fl-2014. Allegatament miet fir-Repubblika Għarbija Sirjana fit-2 ta’ April 2024, Isem l-omm: Subhah Muhammad Sayf. | Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2014.”;

(3)

“Salim Mustafa Muhammad Al-Mansur (magħruf ukoll bħala: (a) Salim Mustafa Muhammad Mansur Al-Ifri; (b) Saleem Al-Ifri; (c) Salim Mansur Mustafa; (d) Salim Mansur; (e) Hajji Salim Al-Shaklar). Data tat-twelid: (a) 20.2.1962 (b) 1959. Post tat-twelid: (a) Baghdad, l-Iraq; (b) Tel Afar, Provinċja ta’ Nineveh, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Nru tal-passaport: Numru tal-Iraq A6489694, maħruġ fit-2.9.2013 (jiskadi fil-31.8.2021). Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: (a) Karta ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-Iraq 00813602, maħruġa fit-18.9.2011; (b) Ċertifikat tal-Iraq ta’ Nazzjonalità Iraqina 300397, maħruġ fil-25.6.2013. Indirizz: (a) 17 Tamoz, Mosul, Iraq (indirizz preċedenti); (b) Tel Afar — Al-Saad, Mosul, l-Iraq (indirizz preċedenti). Informazzjoni oħra: Deskrizzjoni fiżika: kulur tax-xagħar: iswed; kulur tal-għajnejn: kannella; tul: 170 ċm; jitkellem l-Għarbi. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 6.3.2018 ”

huwa sostitwit b’dan li ġej:

“SALIM MUSTAFA MUHAMMAD AL-MANSUR. Psewdonimu ta’ kwalità tajba: a) Salim Mustafa Muhammad Mansur Al-Ifri; b) Saleem Al-Ifri; c) Salim Mansur Mustafa; d) Salim Mansur; e) Hajji Salim Al-Shaklar. Data tat-twelid: a) 20 ta’ Frar 1962; b) 1959. Post tat-twelid: Baghdad, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Nru tal-passaport: Numru tal-Iraq A6489694, maħruġ fit-2 ta’ Settembru 2013 (jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2021); isem bl-Għarbi: ال محمد مصطفى سالم منصور . Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: a) Karta ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-Iraq 00813602, maħruġa fit-18 ta’ Settembru 2011 (isem bl-Għarbi: منصور ال محمد مصطفى سالم ; (b)) Karta ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-Iraq 300397, maħruġa fit-25 ta’ Ġunju 2013 (isem bl-Għarbi: محمد مصطفى سالم . Indirizz: (a) 17 Tamoz, Mosul, l-Iraq (indirizz preċedenti); (b) Tel Afar — Al-Saad, Mosul, l-Iraq (indirizz preċedenti). Informazzjoni oħra: “Emir” tal-Finanzi tal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levant (ISIL), elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq. Isem l-omm: Khadijah Mustafa Salih. Miżmum f’detenzjoni mis-servizz tal-intelligence Iraqi mill-2019 u ġie kkundannat għall-mewt. Deskrizzjoni fiżika: kulur tax-xagħar: iswed; kulur tal-għajnejn: kannella; tul: 170 ċm; Jitkellem l-Għarbi. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 6.3.2018 ”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3148/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)