|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4142 |
27.6.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11579 — CVC / PON / URUS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/4142)
1.
Fit-12 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Pon Holdings B.V. (“Pon”, in-Netherlands), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata mill-individwu privat is-Sur Wijnand Pon (in-Netherlands). |
|
— |
Aurochs LuxCo (il-Lussemburgu), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn CVC Capital Partners plc (“CVC”, il-Lussemburgu), |
|
— |
URUS Group LP (“URUS”, l-Istati Uniti tal-Amerika), attwalment ikkontrollata minn Pon. |
Pon u CVC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ URUS kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni qed titwettaq bix-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
PON hija kumpanija azzjonarja attiva fl-erba’ raggruppamenti kummerċjali differenti ta’ karozzi, roti, tagħmir u sistemi tal-enerġija, kif ukoll prodotti u servizzi agrikoli, |
|
— |
CVC hija l-maniġer ta’ fondi ta’ investiment b’interessi f’għadd ta’ kumpaniji attivi f’diversi industriji globalment. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża URUS huma dawn li ġejjin: L-URUS hija attiva fis-settur agrikolu, fis-soluzzjonijiet ġenetiċi u fil-bejgħ bl-imnut.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.F’konformità mal-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja jenħtieġ li tiġi speċifikata dejjem:
M.11579 — CVC / PON / URUS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża dawn id-dettalji tal-kuntatt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4142/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)