|
26.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 197/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10234 — Bain Capital/Cinven/Lonza Specialty Ingredients)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 197/06)
1.
Fil-11 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bain Capital Investors L.L.C. (“Bain Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Cinven Capital Management (VII) General Partner Limited (“Cinven”, ir-Renju Unit), |
|
— |
In-negozju ta’ Lonza Specialty Ingredients (“Lonza Specialty Ingredients”, l-Isvizzera), ikkontrollat minn Lonza Group AG (l-Isvizzera). |
Bain Capital u Cinven jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Lonza Specialty Ingredients kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Bain Capital ditta privata tal-investimenti ta’ ekwità li tinvesti f’kumpaniji f’għadd ta’ industriji, inklużi dawk tat-teknoloġija tal-informazzjoni, il-kura tas-saħħa, tal-prodotti bl-imnut u għall-konsumatur, tal-komunikazzjonijiet, servizzi finanzjarji u industrijali / manifattura, |
|
— |
Cinven hija negozju ta’ ekwità privata impenjata fil-provvediment ta’ ġestjoni tal-investiment u servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment għal għadd ta’ fondi tal-investiment, |
|
— |
Lonza Specialty Ingredients tipprovdi soluzzjonijiet mikrobiċi għall-kontroll u teknoloġiji kimiċi għal firxa ta’ użi finali inklużi l-protezzjoni tal-injam, iż-żejt u l-gass, il-plastik, il-metalli, u l-applikazzjonijiet taż-żebgħa u tal-kisi. Hija tipprovdi wkoll prodotti u servizzi ta’ speċjalità, bħal materjali komposti, intermedjarji tal-prestazzjoni u sustanzi kimiċi, u servizzi ta’ żvilupp u manifattura doganali għal firxa ta’ applikazzjonijiet u industriji. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10234 — Bain Capital/Cinven/Lonza Specialty Ingredients
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks + 32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).