|
8.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/3 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10147 — Mitsui & Co/Mitsui Chemicals/Honshu Chemical Industry)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 120/03)
1.
Fit-30 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mitsui & Co., Ltd. (“Mitsui Bussan”, il-Ġappun), |
|
— |
Mitsui Chemicals, Inc. (“Mitsui Chemicals”, il-Ġappun), |
|
— |
Honshu Chemical Industry Co., Ltd. (“Honshu Chemical”, il-Ġappun). |
Mitsui Bussan u Mitsui Chemicals jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Honshu Chemical kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Mitsui Bussan: organizzazzjoni tal-kummerċ globali attiva f’diversi setturi, inklużi: (i) prodotti tal-ħadid u tal-azzar; (ii) riżorsi minerali u tal-metall; (iii) enerġija; (iv) makkinarju u infrastruttura; (v) prodotti kimiċi; (vi) stil ta’ ħajja; u (viii) innovazzjoni u żvilupp korporat. Għandha l-kwartieri ġenerali f’Tokjo, il-Ġappun u hija kkwotata fil-Borża ta’ Tokjo, |
|
— |
Mitsui Chemicals: kumpanija impenjata fil-produzzjoni l-bejgħ ta’ prodotti kimiċi mad-dinja kollha. L-oqsma kummerċjali prinċipali tagħha huwa: (i) prodotti tal-mobilità; (ii) prodotti tal-kura tas-saħħa; (iii) prodotti tal-ikel u tal-imballaġġ; u (iv) materjali bażiċi. Għandha l-kwartieri ġenerali f’Tokjo, il-Ġappun u hija kkwotata fil-Borża ta’ Tokjo, |
|
— |
Honshu Chemical: kumpanija impenjata fil-produzzjoni l-bejgħ ta’ prodotti kimiċi. L-attivitajiet prinċipali tagħha huma l-produzzjoni u l-bejgħ ta’: (i) 4,4’ bifenol; (ii) derivattivi tal-kresol; (iii) materjali elettroniċi; u (iv) bisfenoli speċjali Għandha l-kwartieri ġenerali f’Tokjo, il-Ġappun u hija kkwotata fil-Borża ta’ Tokjo, |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10147 — Mitsui & Co/Mitsui Chemicals/Honshu Chemical Industry
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).