|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/47 |
10.1.2025 |
DEĊIŻJONI (UE) 2025/47 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Diċembru 2024
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju — EGF/2024/002 BE/Limburg makkinarju u karta
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (2), u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) għandu l-għan li juri solidarjetà u jippromwovi impjiegi deċenti u sostenibbli fl-Unjoni billi jipprovdi appoġġ għall-ħaddiema ssensjati u għal dawk li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet fil-każ ta’ eventi maġġuri ta’ ristrutturar u jgħinhom jerġgħu lura f’impjieg deċenti u sostenibbli mill-aktar fis possibbli. |
|
(2) |
Il-FEG ma jridx jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018), kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3), emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 (4) u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/691. |
|
(3) |
Fid-19 ta’ Lulju 2024, il-Belġju ppreżenta applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2021/691, fir-rigward tas-sensji tal-ħaddiema fis-setturi ekonomiċi kklassifikati taħt id-Diviżjoni 17 (Manifattura ta’ karta u ta’ prodotti tal-karta) u d-Diviżjoni 28 (Manifattura ta’ magni u tagħmir) tan-NACE Reviżjoni 2 fir-reġjun NUTS 2 ta’ Provincie Limburg (BE22) fil-Belġju. Din l-applikazzjoni ġiet issupplimentata b’informazzjoni addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2021/691. Dik l-applikazzjoni hija meqjusa konformi mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stipulat fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/691, abbażi tal-valutazzjoni li saret mill-Kummissjoni fil-Proposta għal deċiżjoni ta’ mobilizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-FEG jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 704 135 fir-rigward tal-applikazzjoni ppreżentata mill-Belġju. |
|
(5) |
Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien meħud għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2024, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 704 135 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-deċiżjoni tapplika mit-18 ta’ Diċembru 2024.
Magħmul fi Strasburgu, it-18 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
ZSIGMOND B. P.
(1) ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj).
(5) COM(2024) 370.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/47/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)