21.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10200 — Blackstone/GIP/Cascade/Signature)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 140/05)

1.   

Fl-14 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

The Blackstone Group Inc. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Global Infrastructure Partners (“GIP”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Cascade Investment, L.L.C. (“Cascade”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Signature Aviation plc (“Signature”, ir-Renju Unit).

Blackstone, GIP u Cascade jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Signature.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-5 ta’ Frar 2021.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Blackstone: ġestjoni tal-assi globali, li tinvesti tul firxa wiesgħa ta’ kategoriji tal-assi bħalma hija l-ekwità privata, il-proprjetà immobbli, id-dejn pubbliku u l-ekwità, l-ekwità tat-tkabbir u fondi sekondarji.

—

GIP: investitura tal-infrastruttura indipendenti ffokat fuq is-setturi tat-trasport, l-enerġija, l-iskart u l-ilma. Il-klijenti ta’ GIP jinkludu fondi tal-pensjonijiet globali, fondi ta’ investimenti sovrani u investituri oħra.

—

Cascade: entità ta’ investiment privat li tiġġestixxi l-assi ta’ William H. Gates III. Cascade hija primarjament attiva fl-Amerka ta’ Fuq.

—

Signature: tħaddem network ta’ operazzjonijiet globali fissi għal vjaġġaturi li jużaw l-avjazzjoni tan-negozju u dik ġenerali, tipprovdi servizzi primjum ta’ appoġġ għat-titjiriet, inklużi servizzi ta’ karburant u mhux tal-karburant, xogħol fuq ir-rampa u appoġġ relatat mat-titjiriet għall-passiġġieri, l-ekwipaġġ u l-ajruplani. Signature tipprovdi wkoll servizzi ta’ tiswija u reviżjoni ta’ magni u komponenti minn postijiet fl-Istati Uniti tal-Amerka, ir-Renju Unit, l-Amerka t’Isfel u l-Asja, li hija qablet li tbiegħ lil terza persuna.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10200 — Blackstone/GIP/Cascade/Signature

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

Belgique / België


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.