12004V/AFI/DCL/14

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - ATT FINALI - A.Dikjarazzjonijiet dwar disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni - 14.Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu III-136 u l-Artikolu III-267

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0460 - 0460


14. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu III-136 u l-Artikolu III-267

Il-Konferenza tikkunsidra li, fil-każ li abbozz ta' liġi jew ta' liġi kwadru Ewropea ibbażata fuq l-Artikolu III-267 paragrafu 2 jolqot l-aspetti fundamentali tas-sistema tas-sigurtà soċjali ta' Stat Membru, b'mod partikolari l-kamp ta' l-applikazzjoni, l-ispiża jew l-istruttura finanzjarja tagħha, jew jolqot il-bilanċ finanzjarju kif previst fl-Artikolu III-136 paragrafu 2, l-interessi ta' l-Istati Membri għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni kif dovut.

--------------------------------------------------