2007R0657 — MT — 21.06.2012 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 657/2007

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tat-twaqqif ta’ skemi ta’ kampjuni Ewropej

(ĠU L 155, 15.6.2007, p.7)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1178/2008 tat-28 ta' Novembru 2008

  L 319

16

29.11.2008

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 461/2012 tal-31 ta’ Mejju 2012

  L 142

26

1.6.2012




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 657/2007

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tat-twaqqif ta’ skemi ta’ kampjuni Ewropej



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(j) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja għal żmien qasir dwar iċ-ċiklu tal-kummerċ.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1158/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir ( 2 ) impona obbligazzjoni fuq l-Istati Membri biex jagħtu indikatur ġdid (prezzijiet ta’ importazzjoni fis-settur ta’ l-industrija) u biex jibagħtu data dwar indikaturi mhux domestiċi skond id-distinzjoni fiż-żona ta’ l-euro u fiż-żona mhux ta’ l-euro. Minħabba f’hekk, setgħu nħolqu spejjeż sostanzjali għas-sistemi ta’ statistika nazzjonali.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1158/2005 introduċa l-possibilità li jiġu stabbiliti skemi ta’ kampjuni Ewropej sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tas-sistemi ta’ statistika nazzjonali, sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ data Ewropej ikunu sodisfatti u sabiex il-Kummissjoni (l-Eurostat) tkun tista’ tipproduċi stimi Ewropej kredibbli għall-indikaturi kkonċernati.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



▼M3

Artikolu 1

Skemi ta’ kampjuni Ewropej jistgħu jiġu applikati meta tkun qed tinġabar l-istatistika li tiddistingwi bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro għaż-żewġ fatturi varjabbli li ġejjin speċifikati fl-Anness A mar-Regolament (KE) Nru 1165/98:



Fattur varjabbli

Isem:

312

Il-prezzijiet tal-produzzjoni tas-suq mhux domestiku

340

Il-prezzijiet tal-importazzjoni

Artikolu 2

Stati Membri li jipparteċipaw fl-iskemi ta’ kampjuni Ewropej imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jibagħtu dejta lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-anqas għall-attivitajiet NACE, għall-fattur varjabbli Nru 312, u prodotti CPA, u għall-fattur varjabbli Nru 340, speċifikati fl-Anness.

▼B

Artikolu 3

Stati Membri li jipparteċipaw fl-iskema ta’ kampjuni Ewropea għall-fattur varjabbli Nru 340 jistgħu jillimitaw l-ambitu tad-data mibgħuta għal dak il-fattur varjabbli għall-importazzjoni ta’ prodotti minn pajjiżi fiż-żona mhux ta’ l-euro.

Artikolu 4

It-termini ta’ l-iskemi ta’ kampjuni Ewropej stipulati fl-Anness jistgħu jiġu adattati skond tibdiliet fis-sena ta’ bażi jew fis-sistema ta’ klassifikazzjoni jew tibdiliet strutturali importanti fiż-żona ta’ l-euro.

Artikolu 5

Kull membru ġdid taż-żona ta’ l-euro jista’ jidħol kwalunkwe skema ta’ kampjuni Ewropea msemmija fl-Artikolu 1, u dan meta jingħaqad maż-żona ta’ l-euro. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat, għandha tispeċifika l-attivitajiet NACE u l-prodotti CPA li għandu jintbagħat data dwarhom, sabiex l-Istat Membru jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1168/98 fil-qafas ta’ l-iskemi ta’ kampjuni Ewropej.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS

▼M3 —————

▼M1



312  IL-PREZZIJIET TA' PRODUZZJONI TAS-SUQ MHUX DOMESTIKU

Stat Membru

L-ambitu tad-dejta fl-iskema kampjuni Ewropea (NACE Rev. 2)

Il-Belġju

08, 10, 11, 12, 13, 14, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 29, 31, 32, 35

L-Irlanda

05, 07, 08, 10, 11, 18, 20, 21, 26

Ċipru

10, 11, 20, 21, 26

Malta

12, 14, 26

Il-Finlandja

05, 07, 08, 16, 17, 19, 24, 26, 28

Is-Slovenja

14, 16, 22, 25, 31



340  PREZZIJIET TA’ IMPORTAZZJONI

Stat Membru

L-ambitu tad-data fl-iskema ta’ kampjuni Ewropea (CPA)

Il-Belġju

08.99, 10.32, 10.51, 12.00, 13.10, 15.12, 16.10, 19.20, 20.13, 20.14, 20.16, 20.59, 21.10, 21.20, 22.11, 22.19, 23.12, 23.14, 23.19, 23.70, 24.10, 25.73, 28.11, 28.24, 28.41, 28.92, 29.10, 29.32, 30.91, 31.00, 31.09, 32.50

L-Irlanda

10.13, 10.82, 17.21, 17.22, 17.29, 20.42, 25.11, 26.11, 26.20, 26.30, 28.23, 32.50

Ċipru

19.20

L-Lussemburgu

26.20

Malta

12.00

L-Awstrija

16.10, 23.13, 25.11, 25.94, 26.20, 26.30, 28.11, 28.92, 35.11

Il-Portugall

05.10, 06.10

Il-Finlandja

07.29, 16.10, 22.21, 23.20, 24.10, 26.30, 28.22, 31.09, 35.11

Is-Slovenja

24.10



( 1 ) ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

( 2 ) ĠU L 191, 22.7.2005, p. 1.