|
29.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/58 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8491 — PGA Group/Groupe Bernard/CDPR)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 205/09)
|
1. |
Fit-12 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha PGA Group SAS (“PGA Group”, Franza) u Bernard Participations (“Groupe Bernard”, Franza) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ CDPR, preċedentement ikkontrollata minn Groupe Bernard, permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — PGA Group: attiv fis-settur tal-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni tal-ispare parts tal-karozzi bl-operazzjonijiet prinċipali tiegħu fi Franza u attivitajiet oħra fil-Polonja, in-Netherlands, il-Belġju, Spanja u l-Italja. — Groupe Bernard: huwa l-proprjetarju ta’ diversi negozjanti tal-karozzi fi Franza. — CDPR: impriża konġunta li se tkun attiva fid-distribuzzjoni ta’ spare parts tal-karozzi sal-punt li Groupe Bernard se jittrasferixxi lis-CDPR l-attivitajiet eżistenti ta’ waħda mis-sussidjarji tiegħu (SICMA), li diġà huwa attiva f’dan il-qasam tan-negozju. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8491 — PGA Group/Groupe Bernard/CDPR, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.