European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7562

27.12.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11764 – DP WORLD / ARCESE / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/7562)

1.   

Fis-17 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

DP World Logistics Europe B.V. (in-Netherlands), ikkontrollata minn DP World Limited (“DP World”, l-Emirati Għarab Magħquda),

—

Arcese Trasporti S.p.A. (l-Italja), ikkontrollata minn Arcese Holding S.a.p.a di Eleuterio Arcese e C (“Arcese”, l-Italja).

DP World u Arcesewill jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (“JV”, joint venture) ffurmata ġdida.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

DP World: kumpanija multinazzjonali tal-loġistika li topera terminals marittimi u infrastruttura oħra tal-portijiet madwar id-dinja. DP World hija involuta wkoll f’firxa ta’ attivitajiet ta’ loġistika, ta’ spedizzjoni u trasport tal-merkanzija, inkluż l-immaniġġar ta’ kontejners u merkanzija, u l-operat ta’ servizzi tat-trasport fuq l-ilma ta’ merkanzija u passiġġieri,

—

Arcese: fornitur multinazzjonali tat-trasport u tal-loġistika, attiv globalment u primarjament involut f’servizzi loġistiċi kuntrattwali, servizzi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija bl-ajru u bil-baħar, u proprjetà immobbli.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-Impriża Konġunta se jkunu dawn: il-forniment ta’ servizzi loġistiċi tal-komponenti awtomobilistiċi fi Franza u fil-Polonja.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11764 – DP WORLD / ARCESE / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7562/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)