Brussell, 19.5.2021

COM(2021) 246 final

2021/0126(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmat, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-implimentazzjoni (mill-2021 sal-2026) tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd (FPA) bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea ġie ffirmat fl-4 ta’ Ġunju 2007 u daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Ġunju 2007 għal perjodu ta’ sitt snin. Il-Ftehim jiġġedded b’mod taċitu u għalhekk għadu fis-seħħ. Il-Protokoll preċedenti għall-implimentazzjoni tal-FPA, ta’ perjodu ta’ tliet snin, daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Lulju 2013 u skada fit-23 ta’ Lulju 2016.

Abbażi tad-direttivi rilevanti tan-negozjar 1 , il-Kummissjoni nnegozjat mal-Gvern tar-Repubblika tal-Gabon (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Gabon”) bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll ġdid għall-implimentazzjoni tal-FPA (mill-2021 sal-2026), f’isem l-Unjoni Ewropea. Wara t-tlestija ta’ dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll min-negozjaturi fl-10 ta’ Frar 2021. Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja stabbilita fl-Artikolu 24 tiegħu, jiġifieri mid-data tal-iffirmar tiegħu miż-żewġ Partijiet.

Din il-proposta għandha l-għan li tawtorizza l-iffirmar tal-Protokoll għall-implimentazzjoni.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-għan ewlieni tal-Protokoll il-ġdid huwa li jipprovdi qafas aġġornat, jiġifieri li jqis il-prijoritajiet tal-Politika Komuni tas-Sajd riveduta u tad-dimensjoni esterna tagħha ħalli titkompla s-sħubija strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon fil-qasam tas-sajd u ħalli din tissaħħaħ.

Il-Protokoll għandu l-għan li lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jagħtihom opportunitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u skont ir-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), fil-limiti tal-kwantità żejda disponibbli. Il-Kummissjoni sejset il-pożizzjoni tagħha, fost l-oħrajn, fuq ir-riżultati ta’ evalwazzjoni tal-Protokoll preċedenti (mill-2013 sal-2016) u ta’ valutazzjoni li tħares lejn il-ġejjieni dwar jekk għandux jiġi konkluż Protokoll ġdid. Dawn l-evalwazzjonijiet saru minn esperti esterni. L-għan huwa wkoll li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon ħalli jiġu promossi politika tas-sajd sostenibbli u użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon u fl-Oċean Atlantiku, fl-interess taż-żewġ partijiet. Barra minn hekk, din il-kooperazzjoni se tikkontribwixxi wkoll biex jiġu promossi kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol fl-attivitajiet tas-sajd.

Il-Protokoll il-ġdid jipprevedi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin:

-    27 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni tal-borża;

-    sitt bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief;

-    bastimenti ta’ appoġġ skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-ICCAT u fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Gabon;

-    erba’ bastimenti tat-tkarkir għas-sajd potenzjali għall-krustaċji tal-fond, li jistgħu jiġu awtorizzati skont ir-riżultati tal-kampanji esploratorji.

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

In-negozjar ta’ Protokoll ġdid għall-implimentazzjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd sostenibbli mal-Gabon jidħol fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni mal-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), u jqis b’mod partikulari l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika hija l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “TFUE”), li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd, u l-Artikolu 218(5) tiegħu li jittratta l-iffirmar tal-ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi u l-possibbiltà li dawn jiġu applikati b’mod provviżorju.

F’konformità mal-Artikolu 218(5) tat-TFUE, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tadotta l-iffirmat tal-Ftehim. Skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni żgurat rappreżentanza esterna tal-Unjoni ħlief fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni. Għaldaqstant, huma biss l-uffiċjali maħtura mill-Kummissjoni li għandhom il-kompetenza jiffirmaw ftehim bejn l-Unjoni u pajjiż terz.

•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea.

•Proporzjonalità

Il-proposta hija proporzjonata mal-għan li jiġi stabbilit qafas ta’ governanza ġuridiku, ambjentali, ekonomiku u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd li l-bastimenti tal-Unjoni jwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, kif stabbilit fl-Artikolu 31 tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd. Hija tikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet u mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna finanzjarja lil pajjiżi terzi stabbiliti fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fl-2015, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ex post tal-Protokoll mill-2013 sal-2016 tal-FPA konkluż mal-Gabon, kif ukoll evalwazzjoni ex ante tat-tiġdid potenzjali tal-Protokoll.

Mill-evalwazzjoni ħareġ li s-settur tas-sajd tal-Unjoni huwa interessat ferm fil-possibbiltà ta’ sajd fil-Gabon u fit-tiġdid ta’ Protokoll li huwa fl-interess taż-żewġ Partijiet. Barra minn hekk, it-tiġdid tal-Protokoll se jgħin biex jissaħħu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza u se jikkontribwixxi għat-titjib tal-governanza tal-attivitajiet tas-sajd fir-reġjun.

Minħabba l-firxa kbira taż-żona tas-sajd li taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu, għall-Unjoni huwa importanti li żżomm strument li jippermetti kooperazzjoni settorjali mill-qrib ma’ attur ewlieni tal-governanza tal-oċeani fil-livell sottoreġjonali. It-tisħiħ tar-relazzjonijiet mal-Gabon iservi wkoll biex jinbnew l-alleanzi fil-qafas tal-ICCAT. Barra minn hekk, għall-flotta tal-Unjoni, dan ifisser li jinżamm l-aċċess għal żona importanti tas-sajd fejn ikunu jistgħu jintużaw strateġiji tal-qbid skont qafas legali internazzjonali pluriennali. Barra minn hekk, il-qagħda ta’ Libreville fil-qalba ta’ żona ta’ qbid qawwi jagħmilha port potenzjali tal-ħatt l-art, li jikkontribwixxi għar-rilevanza tal-Protokoll il-ġdid previst, kemm għall-industrija tas-sajd tal-Unjoni kif ukoll għall-pajjiż sieħeb. Għall-awtoritajiet tal-Gabon, l-għan hu li jkomplu jżommu relazzjonijiet mal-Unjoni biex tissaħħaħ il-governanza tal-oċeani, biex jibbenefikaw mill-appoġġ settorjali speċifiku li jipprevedi opportunitajiet ta’ finanzjament pluriennali, u biex jixprunaw l-industrijalizzazzjoni tas-settur ta’ trasformazzjoni tagħhom permezz tal-attività tal-bastimenti, fil-qasam tad-diversifikazzjoni tal-ekonomija tagħhom.

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Bħala parti mill-evalwazzjoni ġew ikkonsultati l-Istati Membri, ir-rappreżentanti tal-industrija, l-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili, kif ukoll l-amministrazzjoni tas-sajd u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili tal-Gabon. Saru wkoll konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal.

•Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni qabbdet konsulent indipendenti jagħmel l-evalwazzjonijiet ex post u ex ante, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(10) tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd.

•Valutazzjoni tal-impatt

Ma japplikax.

•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Ma japplikax.

•Drittijiet fundamentali

Il-ftehim innegozjat jipprevedi klawżola dwar il-konsegwenzi tal-ksur tal-elementi essenzjali tad-drittijiet tal-bniedem tal-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou, jew tal-Artikolu korrispondenti fil-Ftehim suċċessur.

4.IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-kontroparti finanzjarja annwali tal-UE hija ta’ EUR 2 600 000, abbażi ta’:

a) ammont annwali għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon ta’ EUR 1 600 000, li huwa ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 32 000 tunnellata fis-sena għall-ispeċijiet li jpassu ħafna;

b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tal-Gabon, li huwa ta’ EUR 1 000 000 fis-sena. Dan l-appoġġ jilħaq l-għanijiet tal-Pjan strateġiku għas-sajd tal-Gabon.

L-ammont annwali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament huwa stabbilit fil-proċedura baġitarja annwali, fosthom għal-linja ta’ riżerva għall-protokolli li jkunu għadhom ma daħlux fis-seħħ fil-bidu tas-sena 2 .

5.ELEMENTI OĦRA

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

L-arranġamenti dwar il-monitoraġġ huma previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija għas-Sajd Sostenibbli u fil-Protokoll għall-implimentazzjoni tiegħu.

2021/0126 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmat, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-implimentazzjoni (mill-2021 sal-2026) tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea 3 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li ġie approvat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 450/2007 4 , daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Ġunju 2007. Il-Protokoll tiegħu li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontroparti finanzjarja previsti mill-Ftehim skadew fit-23 ta’ Lulju 2016.

(2)Fit-22 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill awtorizza 5 lill-Kummissjoni tibda negozjati mar-Repubblika tal-Gabon sabiex tikkonkludi Protokoll ġdid (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Protokoll”). Dawn in-negozjati ntemmu kif xieraq u l-Protokoll għall-implimentazzjoni (mill-2021 sal-2026) tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Protokoll”) ġie inizjalat fl-10 ta’ Frar 2021.

(3)L-għan tal-Ftehim ta’ Sħubija u tal-Protokoll huwa li jippermetti lill-Unjoni u lir-Repubblika tas-Gabon jaħdmu aktar mill-qrib bejniethom biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u jippermettu użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon u fl-Oċean Atlantiku, filwaqt li jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol fis-settur tas-sajd.

(4)Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.

(5)Jenħtieġ li dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun minħabba l-importanza ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Gabon u l-ħtieġa li titnaqqas kemm jista’ jkun l-interruzzjoni ta’ dawn l-attivitajiet.

(6)Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Protokoll jiġi applikat b’mod provviżorju malli jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (mill-2021 sal-2026) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Protokoll”) huwa awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll.

It-test ta’ dan il-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistabbilixxi l-istrument ta’ setgħat sħaħ biex jiġi ffirmat dan il-Protokoll, soġġett għall-konklużjoni tiegħu, għall-persuna indikata mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Skont l-Artikolu 24 tiegħu, il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu sa ma jidħol fis-seħħ.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġuni/Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (mill-2021 sal-2026)

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 6  

08 - Agrikoltura u politika marittima

08 05 - Ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPA) u Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO)

08 05 01 - Stabiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

azzjoni ġdida 

◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 7  

◻ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

◻ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

In-negozjar u l-konklużjoni ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPA) ma’ pajjiżi terzi jissodisfaw l-objettiv ġenerali li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jingħataw aċċess għaż-żoni tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u li tinbena sħubija ma’ dawn il-pajjiżi bil-ħsieb li jissaħħaħ l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-Unjoni.

Il-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jiżguraw ukoll konsistenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-politika komuni tas-sajd u l-impenji li jsiru fil-kuntest ta’ politiki Ewropej oħrajn (l-użu sostenibbli tar-riżorsi ta’ pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali, l-għoti ta’ kontribut għall-iżvilupp sostenibbli fil-lati kollha tiegħu u governanza politika u finanzjarja aħjar tas-sajd).

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati

Objettiv speċifiku Nru 1

Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli ma’ stati kostali, b’mod li jkun konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn.

Attività/Attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

08 05 01 - Stabiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistenni(ja)

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Bil-konklużjoni tal-Protokoll għall-implimentazzjoni tkun tista’ titkompla u tissaħħaħ is-sħubija strateġika dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gabon. Bil-konklużjoni tal-Protokoll se jinħolqu opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Gabon.

Il-Ftehim u l-Protokoll se jikkontribwixxu wkoll għal titjib tal-ġestjoni u tal-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz tal-appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, b’mod partikulari l-Pjan komprensiv għall-qasam tas-sajd, permezz tas-sorveljanza tal-ġlieda kontra s-sajd illegali u permezz tal-appoġġ għas-settur tas-sajd fuq skala żgħira.

Fl-aħħar nett, il-Ftehim u l-Protokoll se jikkontribwixxu biex il-Gabon juża r-riżorsi tal-baħar tiegħu b’mod sostenibbli u se jikkontribwixxu għall-ekonomija tas-sajd tal-Gabon billi jippromwovu t-tkabbir u kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol marbutin mal-attivitajiet ekonomiċi tal-qasam tas-sajd.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress tal-proposta/tal-inizjattiva.

Ir-rati tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (l-użu annwali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd bħala perċentwali tad-disponibbiltà offruta bil-Protokoll).

Id-data dwar il-qabdiet (il-ġbir u l-analiżi) u l-valur kummerċjali tal-Ftehim.

Il-kontribut għall-impjiegi u għal kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol fis-settur tas-sajd u għall-valur miżjud fl-Unjoni u għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-Unjoni (flimkien ma’ Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli oħrajn).

Il-kontribut għat-titjib tar-riċerka, tal-monitoraġġ u tal-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd tal-pajjiż sieħeb u l-iżvilupp tas-settur tas-sajd tiegħu, l-aktar dak fuq skala żgħira.

1.5.Raġuni/Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil

Hu maħsub li l-Protokoll l-ġdid għall-implimentazzjoni japplika b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar sabiex jitnaqqas il-perjodu li fih l-operazzjonijiet tas-sajd mhumiex possibbli.

Il-Protokoll il-ġdid se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Gabon, u se jawtorizzaw lis-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni japplikaw għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd biex jistadu f’dik iż-żona. Barra minn hekk, il-Protokoll il-ġdid se jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Gabon, bil-ħsieb li jippromwovu l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli fil-lati kollha tagħha. B’mod partikulari, dawn jipprevedu l-monitoraġġ tal-bastimenti permezz tal-VMS u t-trażmissjoni elettronika tad-data dwar il-qabdiet. L-appoġġ settorjali disponibbli skont il-Protokoll se jgħin lis-Seychelles fl-istrateġija nazzjonali tas-sajd tiegħu, fosthom fil-ġlieda kontra s-sajd IUU, filwaqt li jippromwovi kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol fl-attivitajiet tas-sajd.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Jekk l-Unjoni ma tikkonkludix Protokoll ġdid, il-bastimenti tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, billi l-Ftehim attwali fih klawżola li teskludi l-attivitajiet tas-sajd li ma jsirux fi ħdan il-qafas iddefinit minn protokoll tal-Ftehim. Għalhekk hemm valur miżjud ċar ħafna għall-flotta tal-Unjoni ta’ distanzi twal. Il-Protokoll jipprovdi wkoll qafas għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni u Gabon.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-analiżi tal-qabdiet storiċi fiż-żona tas-sajd tal-Gabon u l-evalwazzjonijiet u l-pariri xjentifiċi disponibbli wasslu biex il-Partijiet jistabbilixxu tunnellaġġ ta’ referenza għat-tonn u għall-ispeċijiet simili li jammonta għal 32 000 tunnellata kull sena, b’opportunitajiet tas-sajd għal 27 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni tal-borża u għal sitt bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u għal erba’ bastimenti tat-tkarkir għall-krustaċji tal-fond, li ma kieku ma jkunux awtorizzati abbażi tar-riżultati tal-kampanji esploratorji u tal-eċċess identifikat għall-istokkijiet tal-gambli u tal-granċijiet tal-qiegħ. L-appoġġ settorjali huwa importanti sabiex jitqiesu l-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd u tal-użu tar-riżorsi naturali.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-fondi allokati għall-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jikkostitwixxu dħul funġibbli fil-baġit nazzjonali tal-Gabon. Madankollu, il-fondi allokati għall-appoġġ settorjali jiġu assenjati lill-Ministeru responsabbli għas-sajd (ġeneralment billi jiddaħħlu fil-liġi annwali dwar il-baġit), minħabba li din hija kundizzjoni għall-konklużjoni u għall-monitoraġġ tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi oħrajn ta’ finanzjament mingħand donaturi oħrajn ta’ fondi internazzjonali biex jitwettqu proġetti u/jew programmi fil-livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

☑ Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

–☑    Proposta/inizjattiva fis-seħħ mid-data tal-iffirmar fl-2021 u għal ħames snin sal-2026

–☑    Impatt finanzjarju mill-2021 sal-2026

◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

–segwita minn tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 8

☑ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

–☑ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

–◻    mill-aġenziji eżekuttivi

◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nominati minnhom;

–◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

–◻lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

–◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

–◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

[…]

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni (DĠ MARE, flimkien mal-uffiċjal tas-sajd tagħha responsabbli għar-reġjun tal-golf tal-Guinea, ibbażat f’Rabat, il-Marokk, u b’koordinazzjoni mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni) se tiżgura monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-Protokoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd min-naħa tal-operaturi, mad-data dwar il-qabdiet u mal-konformità mal-kundizzjonijiet għall-appoġġ settorjali.

Barra minn hekk, il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt, li matulha l-Kummissjoni u l-Gabon se jirrevedu l-implimentazzjoni tal-Protokoll tagħha u jekk ikun hemm bżonn jaġġustaw il-programmazzjoni u l-kontroparti finanzjarja.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju/riskji identifikat(i)

Ir-riskju identifikat huwa li s-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni ma jużawx l-opportunitajiet kollha tas-sajd u li l-Gabon ma jużax il-fondi kollha maħsubin għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd jew idum biex jużahom. Qed jiġi ppjanat djalogu estensiv dwar il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali prevista fil-Ftehim u fil-Protokoll. Bħala parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll se ssir ukoll analiżi konġunta tar-riżultati, imsemmija fl-Artikolu 15 tal-Protokoll. Barra minn hekk, il-Ftehim u l-Protokoll fihom klawżoli speċifiċi biex jiġu sospiżi f’ċerti kundizzjonijiet u f’ċerti ċirkustanzi.

2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern stabbilita

Il-kontribuzzjonijiet għall-aċċess u għall-appoġġ settorjali se jsiru permezz ta’ pagamenti diżakkoppjati.

Il-pagamenti għall-aċċess se jkunu pagamenti annwali li jridu jsiru fid-data tal-anniversarju tal-Protokoll, ħlief il-pagament tal-ewwel sena li jrid isir fi żmien 60 ġurnata wara li l-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju. L-aċċess tal-bastimenti se jiġi kkontrollat billi jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd.

L-ewwel pagament tal-appoġġ se jsir fi żmien tliet xhur minn meta l-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju, dejjem jekk jintlaħaq qbil dwar programm annwali u pluriennali ta’ implimentazzjoni; għas-snin ta’ wara, il-pagament se jkun kundizzjonali għar-riżultati miksuba. Ir-riżultati li jinkisbu u r-rata ta’ implimentazzjoni se jiġu mmonitorjati skont il-Linji Gwida dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali għall-politika tas-sajd tal-Gabon li l-Partijiet iridu jiftehmu dwarhom, abbażi ta’ rapporti jew ta’ provi dokumentati li l-pajjiż sieħeb jipprovdi u abbażi ta’ evalwazzjonijiet u verifiki tekniċi li jagħmel l-uffiċjal tas-sajd.

2.2.3.Stima tal-kosteffettività u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ errur

Il-pagamenti marbutin mal-kostijiet tal-aċċess li jsiru fil-kuntest tal-Ftehimiet ta’ Sħubija għas-Sajd Sostenibbli jsirulhom kontrolli biex ikun żgurat li dawn ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet internazzjonali. Il-kontrolli marbutin mal-appoġġ settorjali għandhom l-għan li jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-appoġġ. Il-monitoraġġ isir mill-persunal tal-Kummissjoni li jaħdem fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll waqt il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt. Il-progress jiġi evalwat permezz ta’ matriċi tal-ipprogrammar pluriennali. F’każ li ma jkunx sar biżżejjed progress, il-pagament akkont li jkun imiss jiġi sospiż jew possibbilment jitnaqqas. Huwa stmat li b’kollox il-kontrolli għall-Ftehimiet kollha ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jiswew madwar 1,8 % (tal-kontribuzzjonijiet tal-2018). Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-proċeduri ta’ kontroll tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jissejsu fuq rekwiżiti regolatorji essenzjali. Jekk ma jinstab l-ebda nuqqas li jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq il-legalità u fuq ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, il-kontrolli jitqiesu li jkunu effettivi. Huwa stmat li r-rata medja ta’ errur hija ta’ 0,0 %.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-Kummissjoni tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku mal-Gabon u li tikkoordina b’mod regolari ma’ dan il-pajjiż bil-ħsieb li ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u li ssaħħaħ il-kontribut tal-Unjoni għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Kull pagament li l-Kummissjoni tagħmel fil-kuntest tal-SFPA hu suġġett għar-regoli u għall-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. B’mod partikulari, il-kontijiet bankarji tal-pajjiżi terzi fejn titħallas il-kontroparti finanzjarja jiġu identifikati bis-sħiħ. Skont l-Artikolu 3(7) tal-Protokoll, il-kontroparti finanzjarja għall-aċċess u dik maħsuba għall-iżvilupp tas-settur għandhom jitħallsu f’kont tat-Teżor Pubbliku.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

[…][Intestatura………………………...……………]

Diff./mhux diff.( 9 )

mill-pajjiżi tal-EFTA 10

mill-pajjiżi kandidati 11

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

08.05.01

L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi (SFA)

Diff.

LE

LE

IVA

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

[…][Intestatura………………………...……………]

Diff/Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[…][XX.SS.SS.SS]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat fuq in-nefqa

[Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża  l-ispreadsheet dwar id-data baġitarja ta’ natura amministrattiva  (it-tieni dokument fl-Anness ta’ din id-dikjarazzjoni finanzjarja) u tittella’ fis-CISNET għall-finijiet tal-konsultazzjoni bejn is-servizzi.]

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

F’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali:

Numru 2

Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

DĠ MARE

Sena 2021 12

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Numru tal-linja baġitarja 08.05.01

Impenji

(1)

2,6

2,6

2,6

2,6

2,6

13

Pagamenti

(2)

2,6

2,6

2,6

2,6

2,6

13

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi 13  

Numru tal-linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ MARE

Impenji

=1+1a +3

2,6

2,6

2,6

2,6

2,6

13

Pagamenti

=2+2a

+3

2,6

2,6

2,6

2,6

2,6

13



• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

2,6

2,6

2,6

2,6

2,6

13

Pagamenti

(5)

2,6

2,6

2,6

2,6

2,6

13

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 2

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

2,6

2,6

2,6

2,6

2,6

13

Pagamenti

=5+ 6

2,6

2,6

2,6

2,6

2,6

13

Jekk aktar minn intestatura waħda huma kkonċernati mill-proposta/mill-inizjattiva:



• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

2,6

2,6

2,6

2,6

2,6

13

Pagamenti

(5)

2,6

2,6

2,6

2,6

2,6

13

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 4

tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

2,6

2,6

2,6

2,6

2,6

13

Pagamenti

=5+ 6

2,6

2,6

2,6

2,6

2,6

13





Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali:

5

“Nefqa amministrattiva”

F’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

SenaN

Sena N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

skont l-INTESTATURA 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

F’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 2021 14

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

2,6

2,6

2,6

2,6

2,6

13

Pagamenti

2,6

2,6

2,6

2,6

2,6

13

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

–☑    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

⇩

Sena 2021

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

TOTAL

OUTPUTS

Tip 15

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 16 …

- Aċċess għall-flotta

1,6

1,6

1,6

1,6

1,6

1,6

8

- Appoġġ settorjali

1

1

1

1

1

1

5

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2…

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

2,6

2,6

2,6

2,6

2,6

13

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.3.1.Sommarju

–☑    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

F’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena N 17

Sena N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 5 18 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa amministrattiva oħra se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.    

3.2.3.2. Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

–☑    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

•Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 19

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JPD fid-Delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy 20

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

–☑    Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

–◻ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Użu tal-linja ta’ riżerva (Kapitolu 40).

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

–☑    Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

–Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

–☑    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

–◻    fuq ir-riżorsi proprji

–◻    fuq dħul ieħor

F’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 21

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul “assenjat”, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

[…]

(1)    Adottati tul it-3418 laqgħa tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd fit-22 ta’ Ottubru 2015.
(2)    F’konformità mal-punt 20 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji (ĠU L 433I, 22.12.2020).
(3)    Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 3).
(4)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 450/2007 tas-16 ta’ April 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 1).
(5)    Id-Direttivi tan-negozjati adottati tul it-3418 laqgħa tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd fit-22 ta’ Ottubru 2015.
(6)    ABM: Ġestjoni bbażata fuq l-Attività – ABB: Ibbaġitjar ibbażat fuq l-Attività.
(7)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(8)    Id-dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(9)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(10)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(11)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(12)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/ tal-inizjattiva.
(13)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(14)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/ tal-inizjattiva.
(15)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (pereż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(16)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”.
(17)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/ tal-inizjattiva.
(18)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(19)    AC =Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED = Espert Żagħżugħ fid-Delegazzjonijiet.
(20)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(21)    Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.