|
11.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 266/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 57/2007
tat-8 ta' Ġunju 2007
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/2007 tas-27 ta' April 2007 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 196/2006 tat-3 ta' Frar 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jitqies l-Istandard Ewropew EN ISO 14001:2004, u li jirrevoka d-Deċiżjoni 97/265/KE (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 1ea (ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 1eab (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/193/KE):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 196/2006 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Ġunju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 8 ta' Ġunju 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 209, 9.8.2007, p. 65.
(*1) Ebda ħtiġiet kostituzzjonali m'huma indikati.