<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTC.1001041301.case.xml"><NO.CASE>C-482/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008CJ0482</NO.CELEX><NO.SEQ>0032.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-10435</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-10463</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>29</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20101026">26.10.2010</DATE> — KAWŻA C-482/08</LEFT><RIGHT>IR-RENJU UNIT vs IL-KUNSILL</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-482/08,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal annullament skond l-Artikolu 35(6) UE, ippreżentat fis-<DATE ISO="20081106">6 ta’ Novembru 2008</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq,</HT> irrappreżentat minn V. Jackson u I. Rao, bħala aġenti, assistiti minn T. Ward, barrister,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,</HT> irrappreżentat minn J. Schutte u R. Szostak, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><?PAGE NO="I-10436"?><INTERVENERS><P>sostnut minn:</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja,</HT> irrappreżentat minn J. M. Rodríguez Cárcamo, bħala aġent,</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn M. Wilderspin u B. D. Simon, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, A. Tizzano, J. N. Cunha Rodrigues, K. Lenaerts, J.-C. Bonichot (Relatur) u A. Arabadjiev, Presidenti ta’ Awla, G. Arestis, A. Borg Barthet, M. Ilešič, J. Malenovský, L. Bay Larsen, P. Lindh u. von Danwitz Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-10437"?><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20100414">14 ta’ April 2010</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20100624">24 ta’ Ġunju 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tiegħu, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, li tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE> li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="218" PAGE.FIRST="129" DATE.PUB="2008">ĠU L 218, p.129</REF.DOC.OJ>) u, min-naħa l-oħra, li żżomm l-effetti ta’ din id-deċiżjoni, ħlief sa fejn din teskludi l-parteċipazzjoni tal-imsemmi Stat Membru mill-applikazzjoni tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10438"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Protokoll li jintegra l-Acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tal-Protokoll li jintegra l-Acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat UE u mat-Trattat KE permezz tat-Trattat ta’ Amsterdam (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Protokoll ta’ Schengen<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tlettax-il Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma awtorizzati li jistabbilixxu kooperazzjoni aktar mill-qrib bejniethom fl-ambitu tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Acquis ta’ Schengen, kif iddefinit fl-Anness tal-imsemmi Protokoll.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Acquis ta’ Schengen, hekk iddefinit, huwa magħmul, b’mod partikolari, mill-Ftehim bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija ftit ftit tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni, iffirmat f’Schengen (il-Lussemburgu) fl-<DATE ISO="19850614">14 ta’ Ġunju 1985</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 2, p. 3, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ftehim ta’ Schengen<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kif ukoll mill-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen, iffirmata fid-<DATE ISO="19900619">19 ta’ Ġunju 1990</DATE> f’Schengen (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 2, p. 9). Dawn iż-żewġ atti flimkien jikkostitwixxu l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ftehim ta’ Schengen<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll ta’Schengen:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, li ma humiex marbuta bl-Acquis ta’ Schengen, jistgħu fi kwalunkwe żmien jitolbu li jieħdu sehem f’parti jew fid-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan l-Acquis.</P><?PAGE NO="I-10439"?><P>Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar it-talba bl-unanimità tal-membri tiegħu msemmija fl-Artikolu 1 u tar-rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Istat konċernat.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tal-Protokoll ta’ Schengen jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-proposti u l-inizjattivi għall-iżvilupp ta’ l-Acquis ta’ Schengen għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet pertinenti tat-Trattati.</P><P>F’dan il-kuntest, jekk la l-Irlanda u lanqas ir-Renju Unit jew it-tnejn ma jkunu għarrfu bil-kitba lill-president tal-Kunsill fi żmien perjodu raġonevoli li huma jkunu jixtiequ jieħdu sehem, l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 11 [KE] jew l-Artikolu 40 [UE] għandhom jitqiesu li jkunu ġew mogħtija lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1 u lill-Irlanda jew lir-Renju Unit meta xi wieħed minnhom ikun jixtieq jieħu sehem fl-oqsma ta’ kooperazzjoni in kwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni 1999/437/KE</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KEE tas-<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE> dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Acquis ta’ Schengen (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 165):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-proċeduri mniżżla fil-Ftehim tat-<DATE ISO="19990518">18 ta’ Mejju 1999</DATE> konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u<?PAGE NO="I-10440"?> l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen [...], għandhom jiġu applikati għal proposti u inizjattivi għal aktar żvilupp ta’ dawk id-dispożizzjonijiet li dwarhom koperazzjoni eqreb ġiet awtorizzata taħt il-Protokoll Schengen li jaqgħu f’waħda mill-aeri li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ALPHA"><ITEM><NP><NO.P>B.</NO.P><TXT>Viżi għal żmien qasir, b’mod partikolari r-regoli dwar viża uniformi, il-lista tal-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikunu fil-pussess ta’ viżi għall-Istati konċernati u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma ezenti minn dik il-ħtieġa, il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi uniformi, u l-koperazzjoni u l-konsultazzjoni bejn is-servizzi li joħorġuhom.[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjonijiet 2000/365/KE u 2004/926/KE</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE, tad-<DATE ISO="20000529">29 Mejju 2000</DATE>, dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-Acquis ta’ Schengen (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 178), jelenka l-artikoli tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen li jirrigwardaw id-dispożizzjonijiet tal-Acquis ta’ Schengen li għalihom jipparteċipa r-Renju Unit. Fosthom dawn li jinkludu, b’mod partikolari, parti minn dawk li jikkonċernaw il-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija, li jinsabu fit-Titolu III ta’ din il-konvenzjoni, iżda mhux dawk intiżi għat-tneħħija tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni, inkluża l-politika komuni fil-qasam tal-viża, li jinsabu fit-Titolu II tal-imsemmija konvenzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10441"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/926/KE tat-<DATE ISO="20041222">22 ta’ Diċembru 2004</DATE> dwar id-dħul b’effett ta’ partijiet tal-Acquis ta’ Schengen mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="153M" PAGE.FIRST="469" DATE.PUB="2004">ĠU L 153M, p. 469</REF.DOC.OJ>), id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2000/365 ġew implementati għar-Renju Unit mill-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni 2004/512/KE</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-<DATE ISO="20040608">8 ta’ Ġunju 2004</DATE> li tistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="142M" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2004">ĠU L 142M, p. 60</REF.DOC.OJ>), stabbilixxiet il-VIS bħala sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont id-29 premessa tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20080709">9 ta’ Lulju 2008</DATE> dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perijodu qasir (Regolament VIS), (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="218" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2008">ĠU L 218, p.60</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Regolament VIS<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fejn ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365[...], u d-Deċiżjoni sussegwenti tal-Kunsill 2004/926 [...]. Għalhekk ir-Renju<?PAGE NO="I-10442"?> Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament VIS, intitolat: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-għan, il-funzjonalitajiet ta’ u r-responsabbiltajiet għas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), kif stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2004/512/KE. Huwa jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet għal viżi ta’ perjodu qasir u dwar deċiżjonijiet li jittieħdu dwar dan, inkluż id-deċiżjoni dwar jekk tkunx annullata, revokata jew estiża l-viża, sabiex tiġi ffaċilitata l-eżaminazzjoni ta’ tali applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament VIS:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-VIS għandu jkollha l-iskop li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni tal-viża, l-kooperazzjoni konsulari u l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-viża billi tiffaċilita l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati, sabiex:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>tiffaċilita l-proċedura ta’ l-applikazzjoni għal viża;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jiġi evitat in-nuqqas ta’ osservazzjoni tal-kriterji għad-determinazzjoni ta’ l-Istat Membru responsabbli għall-eżaminazzjoni ta’ l-applikazzjoni;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-10443"?><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>tiġi faċilitata l-ġlieda kontra l-frodi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>jiġu faċilitati l-kontrolli mal-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni u fi ħdan it-territorju ta’ l-Istati Membri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>tgħin fl-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe persuna li jista’ jkun ma tissodisfax, jew ma’ tibqax tissodisfa aktar, il-kundizzjonijiet biex tidħol, toqgħod jew tgħix fit-territorju ta’ l-Istati Membri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament [tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-<DATE ISO="20030218">18 ta’ Frar 2003</DATE> li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà interna ta’ kull Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament VIS, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Disponibilità tad-data għall-prevenzjoni, il-qbid u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u reati oħra serji<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet maħtura ta’ l-Istati Membri jistgħu, f’każijiet speċifiċi u wara talba bil-miktub jew elettronika motivata, ikollhom aċċess għad-data miġbura fil-VIS imsemmija fl-Artikoli 9 sa 14 jekk ikun hemm raġunijiet raġjonevoli li jwasslu biex il-konsultazzjoni tad-data tal-VIS tkun meqjusa li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, il-qbid u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u reati serji oħra.<?PAGE NO="I-10444"?> Il-Europol jista’ jaċċessa l-VIS fil-limiti tal-mandat tiegħu u meta meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq permezz ta’ kuntatt(i) ta’ aċċess ċentrali li għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw konformità stretta mal-kundizzjonijiet għall-aċċess u l-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni 2008/633</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-premessi 1 sa 5 tad-Deċiżjoni 2008/633, li hija l-att ikkontestat f’dan ir-rikors, huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>(1)</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512 [...] waqqfet il-VIS bħala sistema għall-iskambju tad-data dwar il-viżi bejn l-Istati Membri. It-twaqqif tal-VIS jirrappreżenta waħda mill-inizjattivi ewlenin fi ħdan il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea fil-qasam ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja. Il-VIS għandha jkollha l-għan li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viża u għandha tikkontribwixxi wkoll lejn is-sigurtà interna u biex tiġġieled it-terroriżmu taħt ċirkostanzi definiti u monitorati sewwa.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Matul il-laqgħa tiegħu tas-<DATE ISO="20050307">7 ta’ Marzu 2005</DATE> il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jtennu li <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>sabiex jintlaħaq bis-sħiħ l-għan li titjieb is-sigurtà interna u l-ġlieda kontra t-terroriżmu<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>, l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri responsabbli għas-sigurtà interna għandhom jiġu garantiti aċċess għall-VIS, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>fit-twettiq tad-dmirijiet<?PAGE NO="I-10445"?> tagħhom fir-rigward tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati kriminali, inklużi atti terroristiċi u theddid<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>, ‘soġġett għal konformità stretta mar-regoli li jirregolaw il-protezzjoni tad-data personali.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati kriminali serji oħrajn huwa essenzjali għas-servizzi rilevanti li jkollhom l-iktar informazzjoni sħiħa u l-aktar aġġornata possibbli fl-oqsma rispettivi tagħhom. Is-servizzi nazzjonali kompetenti ta’ l-Istati Membri jeħtieġu informazzjoni jekk huma ser iwettqu l-kompiti tagħhom. L-informazzjoni li tinsab fil-VIS tista’ tkun meħtieġa għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati serji u għandha għalhekk tkun disponibbli, soġġetta għall-kondizzjonijiet imniżżlin f’din id-Deċiżjoni, għal konsultazzjoni mill-awtoritajiet maħturin.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-Europol għandu rwol ewlieni b’rispett għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri fil-qasam ta’ l-investigazzjoni tal-kriminalità trans-konfini fl-appoġġ ta’ prevenzjoni, analiżi u investigazzjoni ta’ kriminalità fl-Unjoni kollha. Konsegwentement, l-Europol għandu jkollu aċċess ukoll għad-data tal-VIS fi ħdan il-qafas tal-kompiti tiegħu u skond il-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19950726">26 ta’ Lulju 1995</DATE> dwar l-Istabbiliment ta’ Uffiċċju tal-Pulizija Ewropew [ Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 8, p. 12].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Din id-Deċiżjoni tikkomplementa r-Regolament [...] [VIS] safejn tipprovdi għal bażi legali taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jawtorizza l-aċċess għall-VIS għal awtoritajiet maħturin u mill-Europol.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></CONSID></GR.CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-10446"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-premessi 13 sa 15 ta’ din id-deċiżjoni huma hekk ifformulati:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>(13)</NO.P><TXT>Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp ta’ dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fejn ir-Renju Unit ma jiħux parti skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365 [...]. Ir-Renju Unit għalhekk mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.</TXT><P>[…]</P></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Madankollu, skond id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/960/ĠAI dwar is-simplifikazzjoni ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet ta’ l-infurzar tal-liġi ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea [<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="200M" PAGE.FIRST="637" DATE.PUB="2000">ĠU L 200M, p. 637</REF.DOC.OJ>], l-informazzjoni li tinsab fil-VIS tista’ tingħata lir-Renju Unit u lill-Irlanda mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li l-awtoritajiet maħturin tagħhom għandhom aċċess għall-VIS skond din id-Deċiżjoni u l-informazzjoni miżmuma mir-reġistri nazzjonali tal-viżi tar-Renju Unit u ta’ l-Irlanda tista’ tingħata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-infurzar tal-liġi ta’ l-Istati Membri l-oħrajn. Kwalunkwe forma ta’ aċċess dirett għall-awtoritajiet ċentrali tar-Renju Unit u ta’ l-Irlanda lill-VIS tkun teħtieġ, skond l-istat preżenti tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-acquis ta’ Schengen, ftehim bejn il-Komunità u dawk l-Istati Membri, possibbilment li jkun supplimentat minn regoli oħrajn li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għal tali aċċess.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></CONSID></GR.CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont il-premessa 16 tad-Deċiżjoni 2008/633, din tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-Acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja fuq l-assoċjazzjoni ta’ dawn l-Istati għall-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Acquis ta’<?PAGE NO="I-10447"?> Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċizjoni tal-Kunsill 1999/437.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont il-premessa 17 tad-Deċiżjoni 2008/633, din tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Acquis fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Acquis ta’ Schengen, li l-iffirmar tiegħu ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE tal-<DATE ISO="20041025">25 ta’ Ottubru 2004</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352M" PAGE.FIRST="58" DATE.PUB="2004">ĠU L 352M, p. 58</REF.DOC.OJ>), u li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437 flimkien mal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/633:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet maħturin ta’ l-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Pulizija Ewropew (Europol) jistgħu jiksbu aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jistabbilixxi fl-Artikolu 2(1)(e), li l-awtoritajiet maħturin fis-sens tal-imsemmija deċiżjoni huma dawk li huma responsabbli għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra u li huma maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 3 tal-istess ddeċiżjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10448"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(3) u (5) tad-Deċiżjoni 2008/633 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[…] 3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jaħtar il-punt(i) ċentrali ta’ aċċess li permezz tiegħu/tagħhom isir l-aċċess […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-livell nazzjonali, kull Stat Membru għandu jżomm lista ta’ l-unitajiet operattivi fi ħdan l-awtoritajiet maħturin li huma awtorizzati li jaċċessaw il-VIS permezz tal-punt(i) ċentrali ta’ aċċess.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2008/633:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 huma sodisfatti l-unitajiet operattivi msemmijin fl-Artikolu 3(5) għandhom jippreżentaw talba bil-miktub jew elettronika rraġunata lill-punti ċentrali ta’ aċċess imsemmijin fl-Artikolu 3(3) biex jaċċessaw il-VIS. Wara li tkun riċevuta talba għal aċċess l-punt(i) ċentrali ta’ aċċess għandhom jivverifikaw jekk il-kondizzjonijiet għall-aċċess imsemmijin fl-Artikoli 5 humiex sodisfatti. Jekk il-kondizzjonijiet kolha għall-aċċess huma sodisfatti, il-persunal debitament awtorizzat tal-punt(i) ċentrali ta’ aċċess għandhom jipproċessaw it-talbiet. Id-data tal-VIS aċċessata għandha tkun trasmessa lill-unitajiet operattivi msemmijin fl-Artikolu 3(5) b’tali mod biex ma tkunx kompromessa s-sigurtà tad-data.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>F’każ eċċezzjonali ta’ urġenza, il-punt(i) ċentrali ta’ aċċess jistgħu jirċievu talbiet bil-miktub, elettroniċi jew orali. F’tali każ, il-punt(i) ċentral ta’ aċċess għandhom jipproċessaw it-talba immedjatament u jivverifikaw biss ex-post jekk il-kondizzjonijiet kollha ta’ l-Artikolu 5 jintlaħqux, inkluż jekk jeżistix każ eċċezzjonali ta’ urġenza. Il-verifika ex-post għandha ssir mingħajr dewmien żejjed wara l-ipproċessar tat-talba.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-10449"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) ta’ din id-deċiżjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Aċċess għall-VIS għal konsultazzjoni minn awtoritajiet maħturin għandu jseħħ fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat tagħhom u jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>aċċess għal konsultazzjoni għandu jkun meħtieġ għall-fini tal-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>aċċess għal konsultazzjoni għandu jkun meħtieġ f’każ speċifiku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex jiġi kkunsidrat li l-konsultazzjoni tad-data tal-VIS ser tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ kwalunkwe mir-reati kriminali in kwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmija deċiżjoni jiddetermina l-kundizzjonijiet għal aċċess għad-data tal-VIS mill-Europol.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ippreżentat lill-Kunsill, fit-<DATE ISO="20051130">30 ta’ Novembru 2005</DATE>, proposta ta’ deċiżjoni [KUMM (2005) 600 finali] li tippermetti l-aċċess għad-data tal-VIS għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10450"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Matul id-diskussjonijiet quddiem il-Kunsill, l-Irlanda u r-Renju Unit iddikjaraw li huma jikkunsidraw li kellhom id-dritt li jipparteċipaw għall-adozzjoni u l-applikazzjoni tad-deċiżjoni dwar l-aċċess għad-data tal-VIS u b’mod iktar preċiż li huma qisu li din il-miżura ma tistax tiġi kkwalifikata bħala miżura bbażata fuq l-Acquis ta’ Schengen. Huma ddikjaraw ukoll li, anki kieku din il-miżura kellha titqies hekk, huma jqisu li l-bażi ġuridika ma taqax fl-ambitu tal-Acquis ta’ Schengen li jkopri l-viżi għal perijodu qasir jew li dan jiġġustifikax li huma jkunu esklużi mill-imsemmija miżura. Huma ddikjaraw li, konsegwentement, huma għandhom jingħataw viżi għal perijodu qasir aċċess dirett u integrali għall-VIS.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2008/633 mingħajr ma r-Renju Unit ġie ammess li jipparteċipa għal din l-adozzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Billi qies li din l-esklużjoni kienet tikkostitwixxi ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali u/jew ksur tat-Trattat UE, fis-sens tal-Artikolu 35(6)UE, ir-Renju Unit ippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-Deċiżjoni 2008/633;</P></ITEM><?PAGE NO="I-10451"?><ITEM><P>iżżomm l-effetti ta’ din id-deċiżjoni, ħlief sa fejn din teskludi l-parteċipazzjoni tal-imsemmi Stat Membru mill-applikazzjoni tagħha, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna l-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li r-rikors jiġi miċħud u li r-Renju Unit jiġi kkundannat ibati l-ispejjeż tal-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ Digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ April u l-<DATE ISO="20090714">14 ta’ Lulju 2009</DATE>, il-Kummissjoni u r-Renju ta’ Spanja tħallew jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kunsill.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Sabiex jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni 2008/633, ir-Renju Unit isostni li hija ma tikkostitwixxix żvilupp ta’ dispożizzjonijiet tal-Acquis ta’ Schengen li għalihom hu ma jipparteċipax, jiġifieri żvilupp tal-politika komuni fil-qasam tal-viżi, iżda pjuttost miżura ta’ kooperazzjoni tal-pulizija, kif jidher ukoll mill-għażla magħmula mill-Kunsill, tal-bażi ġuridika, jiġifieri l-Artikoli 30(1)(b) UE u 34(2)(c) UE. Huwa josserva ukoll li fil-proposta inizjali tagħha, il-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li d-deċiżjoni proposta ma kinitx koperta mill-politika komuni fuq il-viżi iżda kellha skopijiet oħra,<?PAGE NO="I-10452"?> u li hi għalhekk kienet ipprevediet il-parteċipazzjoni tal-Irlanda u r-Renju Unit għat-tfassil ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit isostni li, fid-Deċiżjoni 2008/633, id-dispożizzjonijiet tal-Acquis ta’ Schengen li hija għandha tiżvuluppa mhumiex identifikati. La l-għan u lanqas il-kontenut ta’ din id-deċiżjoni, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex att jitqies bħala proposta jew inizjattiva bbażata fuq l-Acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll ta’ Schengen, ma juru li l-imsemmija deċiżjoni tista’ titqies bħala tali. Fil-fatt jirriżulta mill-Artikolu 1 tagħha li l-għan tagħha huwa li jiġu ffissati l-kundizzjonijiet li fihom l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u l-Europol jistgħu jiksbu aċċess għall-konsultazzjoni tal-VIS għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra li ma għandux x’jaqsam mal-politika komuni fil-qasam tal-viżi. Jirriżulta, b’mod partikolari, mill-premessi 2 u 3, kif ukoll mill-Artikoli 5(1)(A) u 7 tagħha, li d-deċiżjoni 2008/633 hija intiża sabiex tikkontribwixxi għas-sigurtà interna u għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, permezz tal-iskambju, mal-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi u l-Europal, informazzjoni introdotta fil-VIS mill-awtoritajiet responsabbli mill-viżi. Barra minn hekk, fir-rigward tal-kontenut tagħha, l-imsemmija deċiżjoni tikkonċerna l-proċedura ta’ aċċess għall-VIS u bl-ebda mod ma tirrigwarda l-politika komuni fil-qasam tal-viżi.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont ir-Renju Unit, għalkemm ir-Regolament VIS u d-deċiżjoni 2008/633 jistgħu jkunu komplementari, huma ġuridikament distinti u kull wieħed għandu jiġi evalwat separatament fid-dawl tal-kriterji żviluppati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex wieħed ikun jaf jekk dan huwiex att bbażat fuq l-Acquis ta’ Schengen. L-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji sservi fiha nfisha sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-Acquis ta’ Schengen. Filwaqt li d-Deċiżjoni 2008/633 hija intiża sabiex tikkompleta r-Regolament VIS, ma jistax jiġi preżunt minħabba f’hekk li din id-deċiżjoni hija att ibbażat fuq l-Acquis ta’ Schengen.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10453"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-bażi ġuridika tad-Deċiżjoni 2008/633 hija kkostitwita minn dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt it-Titolu VI tat-Trattat UE, li jikkonċerna l-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja fil-oqsma kriminali. Għalhekk, din id-deċiżjoni ma tistax tikkostitwixxi fl-istess ħin żvilupp tal-politika komuni fil-qasam tal-viżi li taqa’ taħt it-Titolu IV tat-Trattat KE. Jekk dan huwa l-każ, allura l-imsemmija deċiżjoni għandha tiġi annullata minħabba n-natura żbaljata tal-bażi ġuridiċi tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-Renju Unit jinsisti li ma hemm ebda differenza prattika jew ġuridika għal parteċipazzjoni parzjali tiegħu għall-VIS, li l-aċċess tiegħu għad-data tal-VIS għall-finijiet previsti mid-Deċiżjoni 2008/633 mhuwiex iktar ta’ theddiha għall-koerenza tas-sistema mill-aċċess li minnu jibbenefika Europol u li, bir-rikors tiegħu, huwa mhux qed jikkontesta l-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Islanda, tar-Renju tan-Norveġja u tal-Konfederazzjoni Svizzera fid-deċiżjoni li tikkonċerna l-aċċess għall-VIS mill-awtoritajiet tal-pulizija.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni li huwa kklassifika d-Deċiżjoni 2008/633 bħala żvilupp ta’ qasam tal-Acquis ta’ Schengen, li huwa deskrit f’termini relattivament wiesgħa fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni 1999/437, li fih innifsu ma jippreġudikax il-kwistjoni dwar jekk il-bażi ġuridika xierqa għall-adozzjoni tagħha tinsab fit-Titolu IV tat-Trattat KE jew fit-Titolu VI tat-Trattat UE.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, jirriżulta kemm il-premessi 1, 2, 3 u 5 kif ukoll mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/633 li din għandha bħala għan li tikkompleta r-Regolament VIS billi tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom l-awtoritajiet maħtura u l-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra jistgħu jiksbu aċċess għad-data meħuda u miġbura minn qabel fil-VIS mill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-viżi. Fir-rigward tal-kontenut tal-imsemmija deċiżjoni, id-dispożizzjonijiet tagħha jeħtieġu mill-Istati Membri li dawn jaħtru l-awtoritajiet li jkollhom aċċess għall-VIS. Huma jiddefinixxu l-proċeduri applikabbli<?PAGE NO="I-10454"?> kif ukoll il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti sabiex din il-konsultazzjoni tiġi awtorizzata.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Kunsill għalhekk isostni li l-bażi ġuridika li tikkorrispondi għal dan l-għan u għal dan il-kontenut huwa l-Artikolu 30(1)(b) UE peress li d-Deċiżjoni 2008/633 tikkonċerna l-ipproċessar u l-analiżi, mill-awtoritajiet maħtura, ta’ informazzjoni li tinsab fil-VIS, mingħajr ma tirrigwarda, mandankollu, l-iskambju, il-ġbir u maħzna ta’ data. Hija la tirrigwarda l-proċeduri, la l-kundizzjonijiet dwar il-ħruġ ta’ viżi regolati mit-Titolu IV tat-Trattat KE u la l-kooperazzjoni bejn is-servizzi kompetenti msemmija f’dan it-titolu u lanqas ma tista’ għaldaqstant taqa’ fl-ambitu tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 62(2)(i) u (ii) KE u tal-Artikolu 66 KE. Konsegwentement, ma hemmx ksur tal-Artikolu 47 UE. L-approċċ meħud f’dan il-każ huwa wkoll inkonformi mal-prattika abitwali.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-klassifika tad-Deċiżjoni 2008/633 bħala żvilupp tal-Acquis ta’ Schengen fil-qasam tal-viżi, il-Kunsill jenfasizza l-importanza tar-rabta li teżisti bejn din id-deċiżjoni u r-Regolament VIS, li implementa sistema integrata waħda li fiha data ta’ tip wieħed, li l-iskop tagħha huwa l-implementazzjoni koerenti tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-viżi u li tinnomina bħala utenti prinċipali, jiġifieri l-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-viżi u ta’ kontrolli mal-fruntieri tal-Istati Membri li jipparteċipaw għal din il-politika. Jekk din is-sistema għandha għanijiet sekondarji bħal dak li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà interna ta’ kull Stat Membru, ir-Regolament VIS jiggarantixxi li l-aċċess tal-awtoritajiet ta’ pulizija għall-informazzjoni jkun kompatibbli mal-finalità ġenerali tas-sistema. Id-Deċiżjoni 2008/633 taqa’ għaldaqstant fil-kuntest ġuridiku tal-imsemmi regolament, li miegħu hija tifforma totalità li tikkostitwixxi żvilupp, sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-Acquis ta’ Shengen fil-qasam tal-viżi, hekk kif deskritt fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni 1999/437.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni wkoll li, filwaqt li l-kriterju li l-Qorti tal-Ġustizzja żviluppat fil-ġurisprudenza tagħha sabiex att jiġi kklassifikat bħala żvilupp tal-Acquis ta’ Schengen<?PAGE NO="I-10455"?> huwa simili ta’ dak użat sabiex tiġi ddeterminata l-bażi legali ta’ att tal-Unjoni, dan mhuwiex madankollu identiku peress li huwa għandu jieħu inkusiderazzjoni n-neċessità li l-koerenza ta’ dan l-Acquis tinżamm. Billi enfasizza l-kriterju użat bħala għażla tal-bażi legali tal-att, iffokat esklużivament fuq l-għan tiegħu u l-kontenut tiegħu, ir-Renju Unit ma ħa bl-ebda mod kont ta’ din in-neċessità.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni taqbel mal-analiżi tal-Kunsill dwar l-għażla tal-bażi ġuridika u mas-sottomissjoni tiegħu li d-Deċiżjoni 2008/633 hija tant marbuta b’mod strett mar-Regolament VIS li hija għandha tiġi kklassifikata bħala żvilupp tal-Acquis ta’ Schengen fil-qasam tal-viżi, peress li hija testendi u tikkompleta dan ir-regolament billi tippermetti l-aċċess għall-VIS għall-konsultazzjoni mill-awtoritajiet maħtura u l-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra. Hija ssostni li l-Artikolu 3 tar-Regolament VIS, li jippermetti l-konsultazzjoni ta’ data VIS għall-finijiet imsemmija hawn fuq u li jirreferi għad-Deċiżjoni 2008/633, mhuwiex applikabbli għar-Renju Unit. Minn dan jirriżulta li l-imsemmija deċiżjoni għaldaqstant lanqas ma hija applikabbli għar-Renju Unit.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-motiv prinċipali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Huwa kostanti li r-Renju Unit, skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll ta’ Schengen, talab u, skont d-Deċiżjoni 2000/365, kiseb il-parteċipazzjoni tiegħu għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Acquis ta’ Schengen. F’dan ir-rigward, huwa wkoll kostanti li filwaqt li r-Renju Unit ipparteċipa għal parti mid-dispożizzjonijiet tal-Acquis ta’ Schengen relatati<?PAGE NO="I-10456"?> mal-kooperazzjoni mill-pulizija, min-naħa l-oħra, huwa ma pparteċipax għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-acquis relatati mat-tneħħija tal-kontrolli mal-fruntieri u mal-moviment liberu tal-persuni, inkluża l-politika komuni fil-qasam tal-viżi.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Mill-premessa 13 tad-Deċiżjoni 2008/633 jirriżulta li l-Kunsill qies li din tikkostitwixxi żvilupp ta’ dispożizzjonijiet tal-Acquis ta’ Schengen li għalihom ir-Renju Unit ma jipparteċipax u li, konsegwentement, dan l-Istat Membru ma għandux jipparteċipa għall-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Sabiex jitlob l-annullament tal-imsemmija deċiżjoni, ir-Renju Unit isostni, b’mod prinċipali, li, billi adotta tali klassifika, il-Kunsill wettaq żball ta’ liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk id-Deċiżjoni 2008/633 hijiex waħda mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>proposti u l-inizjattivi għall-iżvilupp ta’ l-Acquis ta’ Schengen<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> hekk kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll ta’ Schengen, li ma pparteċipax fih ir-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>B’analoġija mal-prinċipji applikabbli fl-għażla tal-bażi ġuridika ta’ att tal-Unjoni, il-klassifika ta’ tali att bħala proposta jew inizjattiva għall-iżvilupp tal-Acquis ta’ Schengen skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll ta’ Schengen għandha tkun ibbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju, fosthom, b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut ta’ l-att (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Ir-Renju Unit vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-77/05" PAGE.ECR="I-11459" YEAR="2007">C-77/05, Ġabra p. I-11459</REF.DOC.ECR>, punt 77).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif espressament irrelevat il-Qorti tal-Ġustizzja, dan ir-raġunament jgħodd biss bħala analoġija u huwa għaldaqstant limitat bin-natura speċifika tal-kooperazzjoni mill-qrib applikabbli għall-Acquis ta’ Schengen, li jfisser li s-sistema, fit-totalità tagħha, li jagħmel parti minnha l-Acquis, għandha wkoll tittieħed inkunsiderazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10457"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Is-sistema ta’ kooperazzjoni mill-qrib applikabbli għall-Acquis ta’ Schengen tapplika biss għal parti mill-Istati Membri u timplika li kull proposta jew inizjattiva għall-iżvilupp ta’ dan l-acquis fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll ta’ Schengen għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet li hija timplementa jew li hija tikkostitwixxi żvilupp tagħhom, b’tali mod li tippresupponi li kemm dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll il-prinċipji li jikkostitwixxu l-bażi tagħhom ġew aċċettati (is-sentenza Ir-Renju Unit vs Il-Kunsill, iċċitat iktar ’il fuq, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, waqt il-klassifika, bħala att li jaqa’ taħt qasam tal-Acquis ta’ Schengen jew bħala att li jikkostitwixxi żvilupp tiegħu hemm lok, li tittieħed inkusiderazzjoni l-koerenza neċessarja ta’ dan l-acquis u tan-neċessità li tinżamm din il-koerenza fl-iżvilupp possibbli tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Hekk, għandu jiġi rrilevat li l-koerenza tal-Acquis ta’ Schengen u tal-iżviluppi futuri tiegħu timplika li l-Istati li jipparteċipaw f’dan l-acquis mhumiex obbligati, meta jiżviluppaw jew japprofondixxu l-kooperazzjoni mill-qrib li huma jkunu ġew awtorizzati sabiex jimplementaw permezz tal-Artikolu 1 tal-Protokoll ta’ Schengen, sabiex jippredevu miżuri speċjali ta’adattament għall-Istati Membri l-oħra li ma pparteċipawx għall-adozzjoni tal-miżuri relatati mal-istadji preċedenti ta’ dan l-iżvilupp.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-finalità tad-Deċiżjoni 2008/633, jirriżulta mill-premessi 2, 3, 4 u 6 kif ukoll mill-Artikoli 1 u 5(1), li hija għandha bħala skop li tippermetti l-aċċess għall-VIS mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif ukoll l-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra. F’dan ir-rigward biss, l-imsemmija deċiżjoni ssegwi għanijiet li, bħala tali, jaqgħu taħt il-kooperazzjoni mill-pulizija.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10458"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-kontenut tad-Deċiżjoni 2008/633, dan jirrigwarda kemm il-modalitajiet ta’ ħatra, mill-Istati Membri, tal-awtoritajiet kompetenti fil-qasam ta’ sigurtà interna awtorizzati li jikkonsultaw il-VIS kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ aċċess, ta’ komunikazzjoni u taż-żamma ta’ data użata għall-finijiet imsemmija iktar ’il fuq. Peress li dan huwa hekk, id-dispożizzjonijiet tal-imsemmija deċiżjoni jistgħu, bħala prinċipju, jitqiesu bħala li jistabbilixxu forma ta’ kooperazzjoni mill-pulizija.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankoll, huwa kostanti li dawn id-dispożizzjonijiet xorta fihom kundizzjonijiet restrittivi ta’ aċċess għall-VIS, hekk kif enumerati fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2008/633 u fl-Artikolu 3 tar-Regolament VIS, li juru li huma jorganizzaw essenzjalment l-użu anċillari ta’ bażi ta’ data relatata mal-viżi, li l-iskop prinċipali tagħha huwa marbut mal-kontroll mal-fruntieri u d-dħul fit-terrritorju u li hija disponibbli, għall-konsultazzjoni biss, għall-kooperazzjoni mill-pulizija fuq bażi sekondarja biss, sakemm dan l-użu għal dawn l-iskopijiet ma jqiegħedx inkwistjoni l-użu prinċipali tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrelevat li d-Deċiżjoni 2008/633 hija strettament marbuta mar-Regolament VIS, li hija implementata fuq dan il-punt, u għaldaqstant mal-politika komuni fil-qasam tal-viżi bbażta fuq it-Titolu Ivtat-Trattat KE.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Il-kooperazzjoni implementata mid-Deċiżjoni 2008/633 ma tistax, mill-aspett kemm funzjonali kif ukoll sostanzjali, teżisti indipendentement mill-VIS li taqa’, u dan mhuwiex ikkontestatat, bħad-Deċiżjoni 2004/512 u r-Regolament VIS li fuqhom hija bbażata, taħt l-Acquis ta’ Schengen relatat mal-politika komuni fil-qasam tal-viżi.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat li l-aċċess dirett għall-VIS li tawtorizza d-Deċiżjoni 2008/633 għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam ta’ sigurtà interna huwa sostanzjalment possibbli biss għal dawk l-Istati Membri li għandhom punti ċentrali ta’<?PAGE NO="I-10459"?> aċċess għall-VIS imsemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament VIS, jiġifieri dawk l-Istati Membri biss li jipparteċipaw għad-dispożizzjonijiet tal-Acquis ta’ Schengen dwar il-politika komuni fil-qasam tal-viżi.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit permezz ta’ aċċess dirett għall-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni permess mir-Regolament VIS u organizzat mid-Deċiżjoni 2004/512 kienet teħtieġ, hekk kif jirriżulta wkoll mill-premessa 15 tad-Deċiżjoni 2008/633, miżuri speċifiċi għal dan l-Istat Membru li dan ma pparteċipax għall-VIS u ma għandux interface nazzjonali li tippermetti kull Stat Membru li jipparteċipa għall-VIS il-komunikazzjoni ma’ din is-sistema.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-Deċiżjoni 2008/633 għandha tiġi kklassifikata bħala miżura li taqa’ taħt il-qasam tal-Acquis ta’ Schengen dwar il-politika komuni fil-qasam tal-viżi.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Jekk, barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2008/633 kellha titqies mhux bħala element ta’ din il-politika komuni, iżda bħala miżura ta’ kooperazzjoni mill-pulizija biss, kieku hija tippermetti lil kull Stat Membru li jieħu b’hekk parti mid-determinazzjoni tal-modalitajiet ta’ konsultazzjoni tal-VIS, anki jekk ċerti minnhom ma pparteċipawx għad-definizzjoni tal-prinċipji li ppreċedew l-istabbiliment ta’ din il-bażi ta’ data fil-qasam tal-viżi, mhumiex obbligati li jintroduċu fis-sistema d-data ta’ kull applikazzjoni tal-viżi li huma jirċievu u ma jikkontribwixxux għall-ġestjoni u għall-finanzjament ta’ din is-sistema. Tali approċċ iwassal ukoll fl-esklużjoni tar-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzerva mill-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni tal-VIS għall-iskopijiet imsemmija mid-Deċiżjoni 2008/633 filwaqt dawn l-Istati jipparteċipaw fl-istabbiliment tagħha, wara li aċċettaw l-prinċipji, u jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-bażi ta’ data. L-imsemmija deċiżjoni għandha f’dawn iċ-ċirkustanzi, titqies bħala intrinsikament marbuta mal-politika komuni fil-qasam tal-viżi u ma tistax tiġi kklassifikata mod ieħor mingħajr ma tqiegħed inkwistjoni l-koerenza stess tal-VIS.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10460"?><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Mill-preċedenti jirriżulta li, anki jekk ma jistax jiġi kkontestat li d-Deċiżjoni 2008/633 issegwi għanijiet ta’ kooperazzjoni mill-pulizija, dan il-fatt ma jipprekludix, fid-dawl tal-elementi oġġettivi kollha meħuda flimkien li jikkaratterizzawha, li jiġi kkunsidrat li hija tikkostitwixxi miżura li tiżviluppa d-dispożizzjonijiet tal-Acquis ta’ Schengen relatati mal-politika komuni tal-viżi.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa kostanti li, kif intqal fil-punt 42 ta’ din is-sentenza, ir-Renju Unit ma pparteċipax fid-dispożizzjonijiet tal-Acquis ta’ Schengen relatati mat-tneħħija tal-kontrolli mal-fruntieri u mal-moviment liberu tal-persuni, inkluża l-politika komuni fil-qasam tal-viżi.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-parteċipazzjoni ta’ Stat Membru fl-adozzjoni ta’ miżura skont l-Artikolu 5(1) tal-Protokoll ta’ Schengen hija prevista biss fir-rigward tas-sistema ta’ kooperazzjoni mill-qrib taħt l-Acquis ta’ Schengen hekk kif deskritt fil-punt 42 ta’ din is-sentenza, jekk dan l-Istat ikun aċċetta qasam tal-Acquis ta’ Schengen li fih taqa’ l-miżura li għandha tiġi adottata jew li hija tikkostitwixxi żvilupp tiegħu (sentenza Ir-Renju Unit vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Konsegwentement, huwa mingħajr ma wettqat żball ta’ liġi li l-Kunsill ikkunsidra li d-Deċiżjoni 2008/633 tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-Acquis ta’ Schengen li għalihom ir-Renju Unit ma pparteċipax u rrifjuta li dan l-Istat Membru jipparteċipa għall-adozzjoni tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10461"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-motiv sussidjarju</P></TI></TITLE><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fir-rikors tiegħu, ir-Renju Unit isostni, sussidjarjament, li, fil-każ fejn id-Deċiżjoni 2008/633 għandha tiġi kkunsidrata bħala żvilupp tal-politika komuni fil-qasam tal-viżi, hija għandha tiġi annullata peress li hija ġiet adottata b’mod żbaljat abbażi tal-Artikoli 30(1)(b) UE u 34(2)(c) UE li, fit-Titolu VI tat-Trattat UE, jirregolaw l-azzjoni komuni fil-qasam tal-kooperazzjoni mill-pulizija.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, il-kwistjoni dwar jekk miżura tikkostitwixxix żvilupp tal-Acquis ta’ Schengen hija distinta minn dik dwar il-bażi ġuridika li fuqha dan l-iżvilupp għandu jiġi bbażat legalment. Fil-fatt, kull azzjoni tal-Unjoni għandha tiġi bbażata fuq dispożizzjoni tat-trattati li tagħti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni s-setgħa li jadottawha.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza kostanti sew, l-għażla tal-bażi legali ta’ att tal-Unjoni għandha tiġi bbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, fosthom, b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20071023">23 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-440/05" PAGE.ECR="I-9097" YEAR="2007">C-440/05, Ġabra p. I-9097</REF.DOC.ECR>, punt 61 kif ukoll tal-<DATE ISO="20090210">10 ta’ Frar 2009</DATE>, L-Irlanda vs Il-Parlament u Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-301/06" PAGE.ECR="I-593" YEAR="2009">C-301/06, Ġabra p. I-593</REF.DOC.ECR>, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-argument li r-Renju Unit jinvoka insostenn tal-motiv tiegħu, imressaq b’mod sussidjarju, jista’ jintlaqa’ biss jekk teżisti koinċidenza eżatta bejn il-kriterji hekk użati sabiex tiġi ddeterminata l-bażi ġuridika ta’ att ta’ dritt tal-Unjoni u dawk li jservu sabiex jikklassifikaw tali att ta’ proposta jew inizjattiva bbażata fuq l-Acquis ta’ Schengen. Madankollu, jirriżulta minn dak li ntqal fil-punti 47 u 49 ta’din is-sentenza li dan ma jistax ikun il-każ.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10462"?><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, peress li l-Kunsill ried jiżviluppa l-Acquis ta’ Schengen billi jippermetti, f’kundizzjonijiet preċiżi sew, l-użu tal-VIS għall-finijiet ta’ kooperazzjoni mill-pulizija, huwa kellu jibbaża ruħu biex jagħmel dan fuq id-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE li jintitolawh biex jilleġiżla f’dan il-qasam tal-kooperazzjoni mill-pulizija.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Konsegwentement, hekk kif jirriżulta mill-punti 50 u 51 ta’ din is-sentenza, dan jidhirx, fid-dawl tal-finalità u tal-kontenut tad-Deċiżjoni 2008/633, li l-Kunsill żbalja meta kkunsidra, speċifikament għal dak li jikkonċerna l-għażla tal-bażi ġuridika tal-imsemmija deċiżjoni, li hija taqa’ taħt il-qafas tal-kooperazzjoni mill-pulizija. Barra minn hekk, l-argument żviluppat mir-Renju Unit insostenn tal-motiv ippreżentat b’mod prinċipali jsostni l-fondatezza ta’ din l-għażla.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-argument wieħed invokat insostenn tal-motiv ippreżentat sussidjarjament mir-Renju Unit, l-imsemmi motiv għandu jiġi eskluż ukoll.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-talbiet tar-Renju Unit għall-annullament tad-Deċiżjoni Nru 2008/633 ma jistgħux jintlaqgħu u, konsegwentement, ma hemmx lok li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni fuq it-talba ta’ dan l-Istat Membru għal dak li jirrigwarda ż-żamma tal-effetti tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikors ippreżentat mir-Renju Unit għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10463"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Renju Unit tilef, hemm lok li huwa jiġi ordnat ibati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kunsill. Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 69(4) tal-istess Regoli, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li intervenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>