1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

397


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1795/2006

tas-6 ta' Diċembru 2006

li jiftaħ għas-sena 2007 il-kwota tariffarja applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti tan-negozju applikabbli għal ċerti oġġetti mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli (1), b'mod partikulari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 li jikkonċerna l-konklużjoni ta' Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (3), minn naħa, u l-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE (4), jiddeterminaw l-arranġamenti tan-negozju għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli proċessati bejn il-Partijiet Kontraenti.

(2)

Il-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat mid-Deċiżjoni 138/2004 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (5), jipprovdi għal dazju ta' rata zero li huwa applikabbli għal ċerti tipi ta' ilma miżjuda biz-zokkor jew b'materjal ieħor tal-ħlewwa jew għat-togħma, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 u ċerti xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 90 10 .

(3)

Id-dazju ta' rata zero fuq it-tipi ta' ilma u x-xarbiet ikkonċernati ġie sospiż temporanjament għan-Norveġja mill-Ftehim f'Forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (6), minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE. Skond il-punt IV tal-Minuti Maqbula tal-Ftehim, l-importazzjonijiet eżenti mid-dazju ta' prodotti tal-kodiċi NM 2202 10 00 u ex 2202 90 10 li joriġinaw fin-Norveġja għandhom jiġu permessi biss fil-limiti ta' kwota ta eżenzjoni mid-dazju, filwaqt li għandu jitħallas id-dazju fuq importazzjonjiet barra mill-allokazzjoni tal-kwota.

(4)

Jeħtieġ li tinfetaħ il-kwota tariffarja għas-sena 2007 għax-xarbiet mingħajr alkoħol ikkonċernati. Skond statistika pprovduta mill-Kummissjoni, il-kwota annwali għas-sena 2006 li nfetħet mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2028/2005 (7) għall-prodotti kkonċernati ġiet eżawrita fil-31 ta' Ottubru 2006. Skond Punt IV tal-Minuti Maqbula tal-Ftehim il-kwota tariffarja għas-sena 2007 għaldaqstant għandha tiżdied b'10 %.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (8), jistabbilixxi r-regoli għat-tmexxija tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-kwota tariffarja miftuħa minn dan ir-Regolament għandha titmexxa skond dawk ir-regoli.

(6)

Il-miżuri li dwarhom jipprovdi dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta' prodotti pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007, il-kwota tariffarja tal-Komunità mniżżla fl-Anness hija miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li huma elenkati f'dak l-Anness, taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fih.

2.   Ir-regoli ta' l-oriġini applikabbli reċiprokament għall-prodotti elenkati fl-Anness għandhom ikunu kif stipulat fi Protokoll 3 tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.

3.   Għal kwantitajiet impurtati hawn fuq, il-volum tal-kwota se tapplika dazju preferenzali ta' 0,047€/litru.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni f'konformità ma' l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jkun applikabbli mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)   ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)   ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.

(3)   ĠU L 171, 27.6.1973, p. 1.

(4)   ĠU L 22, 24.1.2002, p. 37.

(5)   ĠU L 342, 18.11.2004, p. 30.

(6)   ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.

(7)   ĠU L 327, 14.12.2005, p. 7.

(8)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-regolament (KE) Nru 833/2005 (ĠU L 148, 11.6.2005, p. 5).


ANNESS I

Kwota tariffarja applikabbli ma' l-importazzjoni fil-Komunità ta' oġġetti li ġejjin min-Norveġja

Nru ta' l-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodott

Kwota Annwali tal-Volum għall-2007

Rata ta' dazju applikabbli fil-limiti tal-kwota

Rata ta' dazju applikabbli 'l fuq mill-volum tal-kwota

 

2202 10 00

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, miżjuda biz-zokkor jew b' materjal ieħor ta' ħlewwa jew għat-togħma

17,303 Miljun litri

Eżenzjoni

0,047 €/litru

ex 2202 90 10

xarbiet mhux alkoħoliċi oħra li fihom iz-zokkor (sukrożju jew zokkor invertit)