SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
22 ta’ Ottubru 2009 ( *1 )
“Politika agrikola komuni — Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Skema ta’ pagament uniku — Iffissar tal-ammont ta’ referenza — Bdiewa li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni speċjali — Riżerva nazzjonali”
Fil-Kawża C-449/08,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (l-Olanda), permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Ottubru 2008, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-13 ta’ Ottubru 2008, fil-proċedura
G. Elbertsen
vs
Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn E. Levits, President tal-Awla, A. Borg Barthet (Relatur) u M. Ilešič, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Kokott,
Reġistratur: R. Grass,
wara li rat il-proċedura bil-miktub
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u M. de Mol, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma u J. Möller, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn F. Clotuche-Duvieusart u B. Burggraaf, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li tinqata’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 42(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269). |
|
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn G. Elbertsen u Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (Ministru tal-Agrikoltura, tal-Patrimonju naturali u tal-kwalità tal-prodotti tal-ikel, iktar ’il quddiem il-“Ministeru”) dwar l-għoti ta’ drittijiet għal ħlas uniku mir-riżerva nazzjonali. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja
Ir-Regolament Nru 1782/2003
|
3 |
Fil-kuntest tar-riforma politika agrikola komuni, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta r-Regolament Nru 1782/2003, li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta’ pagamenti diretti fil-kuntest tal-politika agrikola komuni kif ukoll għal ċerti skemi ta’ appoġġ favur il-bdiewa. |
|
4 |
Ir-Regolament Nru 1782/2003 jistabbilixxi, b’mod partikolari, skema ta’ għajnuna għad-dħul tal-bdiewa. Din l-iskema hija identifikata, fit-tieni inċiż tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament bħala “l-iskema ta’ pagament uniku”. Din l-iskema hija s-suġġett tat-Titolu III ta’ dan ir-regolament. |
|
5 |
L-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 1782/2003 jelenka s-sitwazzjonijiet li fihom il-bdiewa jistgħu jirrikorru għall-iskema ta’ pagament uniku. Dan jipprovdi b’mod partikolari: “Eliġibilità 1. Il-bdiewa għandu jkollhom aċċess għall-iskema ta’ pagament uniku jekk:
[…]” |
|
6 |
L-Artikolu 37(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi: “L-ammont ta’ referenza għandu jkun l-medja ta’ tlett snin ta’ l-ammonti totali ta’ pagamenti, li bidwi ġie mogħti taħt l-iskemi ta’ appoġġ imsemmija fl-Anness VI, kalkulati u aġġustati skond l-Anness VII, f’kull sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 38.” |
|
7 |
Il-perijodu ta’ referenza msemmi fl-Artikoli 33(1) u 37(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 huwa stabbilit fl-Artikolu 38 ta’ dan ir-regolament. Dan jinkludi s-snin kalendarji 2000 sa 2002. |
|
8 |
L-Artikolu 42(1) u (4) tar-Regolament Nru 1782/2003 jipprovdi: “1. L-Istati Membri, wara xi riduzzjoni possibli taħt l-Artikolu 41(2), għandhom jipproċedu għat-tnaqqis ta’ persentaġġ lineari ta’ l-ammonti ta’ referenza biex jikkostitwixxu riżerva nazzjonali. Dan it-tnaqqis m’għandux ikun ogħla minn 3%. […] 4. L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jistabbilixxu, skond kriterji oġġettivi u b’mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jevitaw distorzjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni, ammonti ta’ referenza għall-bdiewa li jsibu rwieħom f’sitwazzjoni speċjali, li għandha tkun definita mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).” |
Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004
|
9 |
Skont il-Premessa 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004, tal-21 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 226), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2004 tad-29 ta’ Ottubru 2004 (ĠU L 345, p. 85, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 795/2004”): “Sabiex tiġi faċilitata l-amministrazzjoni tar-riżerva nazzjonali, huwa xieraq li jkun hemm proveddiment dwar l-immaniġġar tar-riżerva nazzjonali f’livell reġjonali ħlief fil-każi msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fejn japplika, u fl-Artikolu 42 ta’ dak ir-Regolament, fejn l-Istat Membru jkun obbligat li jalloka drittijiet għall-ħlas.” |
|
10 |
Il-Premessa 13 tar-Regolament Nru 795/2004 tipprovdi: “L-Artikolu 42(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jippermetti lill-Kummissjoni li tiddefinixxi s-sitwazzjonijiet speċjali li għandhom jagħtu d-dritt għall-istabbiliment ta’ l-ammonti ta’ referenza għal ċerti bdiewa li jsibu lilhom infushom f’sitwazzjonijiet li ma ħallewhomx, għal kollox jew parzjalment, milli jirċievu ħlasijiet diretti fil-perjodu ta’ referenza. Huwa għalhekk xieraq li jiġu elenkati dawk is-sitwazzjonijiet speċjali billi jkun hemm provvediment dwar dawk ir-regoli sabiex jiġi evitat l-akkumular ta’ benefiċċju mill-allokazzjoni differenti ta’ drittijiet għall-ħlas lill-istess bidwi mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-Kummissjoni li żżid iktar każi fejn jinqala’ l-każ. B’żieda, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-flessibilità biex jistabbilixxu l-ammont ta’ referenza li għandu jiġi allokat.” |
|
11 |
Skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 795/2004: “Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 42(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, “bdiewa f’sitwazzjoni speċjali” għandha tfisser il-bdiewa msemmija fl-Artikoli 19 sa 23a ta’ dan ir-Regolament.” |
|
12 |
L-Artikolu 21(1) tar-Regolament Nru 795/2004 jipprovdi: “Bidwi li jkun għamel investimenti fil-kapaċita ta’ produzzjoni jew li jkun xtara art skond il-kundizzjonijiet preskritti fil-paragrafi 2 sa 6, l-iktar tard sad-29 ta’ Settembru 2003, għandu jirċievi d-drittijiet għall-ħlas kalkolati billi jiġi diviż l-ammont ta’ referenza, stabbilit mill-Istat Membru, skond kriterji oġġettivi u b’dak il-mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jiġi evitat tgħawwiġ tas-suq jew ta’ kompetizzjoni, b’numru ta’ ettari li ma jkunx għola minn-numru ta’ ettari li jkun xtara.” |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
|
13 |
L-Artikolu 16 tar-Regolament dwar il-politika agrikola komuni — għajnuna għad-dħul 2006 (Regeling GLB inkomenssteun 2006, iktar ’il quddeim ir-“Regeling”) jipprovdi b’mod partikolari: “1. Għall-għoti tad-drittijiet għal ħlas mir-riżerva nazzjonali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss: […]
[…] 2. Il-bdiewa msemmija fil-paragrafu 1(b) sa (d) jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet għal ħlas mir-riżerva nazzjonali sakemm:
3. It-talba għall-iffissar tad-drittijiet għal ħlas mir-riżerva nazzjonali għandha titressaq skont l-Artikolu 11.” |
|
14 |
Skont l-Artikolu 17(1) u (2) tar-Regeling: “1. L-ammonti ta’ referenza supplimentari huma, għall-bdiewa msemmija fl-Artikolu 16(2), ikkalkolati skont il-metodu li ġej:
2. B’deroga mill-paragrafu (1) u mill-Artikolu 16(2), l-ammont ta’ referenza supplimentari jista’, fuq it-talba tal-bidwi, jiġi kkalkolat abbażi tat-tieni sena wara li jsir l-investiment fil-kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew wara d-dħul fil-pussess, ix-xiri jew il-kiri ta’ artijiet, imma mhux iktar tard mill-2005, jekk juri, għas-sodisfazzjon tal-ministru, li ma setax jibbenefika b’mod komplet, fl-ewwel sena, mill-kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew tal-artijiet inkwistjoni. […]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
15 |
G. Elbertsen, bidwi fl-Olanda, kellu fir-razzett tiegħu erba’ nagħġiet fl-2000, tlieta fl-2001 u ħdax fl-2002. Ma ngħata l-ebda pagament dirett matul dan il-perijodu. |
|
16 |
Fl-20 ta’ Diċembru 2002, ġiet stabbilita qbiela b’ċens fuq biċċa art ta’ 1.29 tomna u, matul is-sena ta’ wara, ittrasforma f’maqjel bini li qabel kien użat bħala remissa. |
|
17 |
Matul is-snin 2003 sa 2005, G. Elbertsen kellu għoxrin nagħġa, li ppermettilu li jibbenefika minn primjum għan-nagħaġ għal kull waħda minn dawn is-snin għal ammont totali ta’ EUR 440.40. |
|
18 |
Fis-6 ta’ Settembru 2005, G. Elbertsen, abbażi tal-investiment li kien għamel f’faċilitajiet ta’ maqjel, f’nagħaġ u f’artijiet, ressaq talba għad-drittijiet għal ħlas mir-riżerva nazzjonali. |
|
19 |
B’ittra tat-13 ta’ Ottubru 2006, il-Ministru rrispondih li kien jissodisfa ċerti kundizzjonijiet sabiex jibbenefika mid-drittijiet għal ħlas mir-riżerva nazzjonali minħabba dawn l-investimenti, imma li l-pagamenti diretti supplimentari kkalkolati ma kinux jaqbżu l-limitu ta’ EUR 500 stabbilit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, b’mod li d-drittijiet għal ħlas mir-riżerva nazzjonali ma setgħux jingħatawlu. |
|
20 |
B’deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2006, il-Ministru ffissa għal EUR 0 l-ammont ta’ drittijiet għal pagament li kellhom jingħataw lil G. Elbertsen. |
|
21 |
Wara r-rikors ippreżentat minn G. Elbertsen, il-Ministru, b’deċiżjoni tal-24 ta’ April 2007, ikkonferma d-deċiżjoni li ma jingħatawlu l-ebda drittijiet għal ħlas mir-riżerva nazzjonali. |
|
22 |
B’ittra tal-1 ta’ Mejju 2007, G. Elbertsen ippreżenta rikors quddiem il-College van Beroep voor het bedrijfsleven kontra d-deċiżjoni tal-24 ta’ April 2007. |
|
23 |
Fir-rikors tiegħu, huwa jsostni li d-dispożizzjoni nazzjonali skont liema l-limitu ta’ EUR 500 jiġi applikat iwassal għal trattament mhux ugwali b’dannu għall-bdiewa żgħar u li, għaldaqstant, hija kuntrarja għall-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 1782/2003 kif ukoll tal-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 795/2004. Huwa jsostni wkoll li, fil-mument meta għamel l-investimenti tiegħu, l-ebda limitu ma kien iffissat, b’mod li l-Artikolu 17(1)(b) tar-Regelin huwa kuntrarju għall-prinċipji ta’ ċertezza legali u tar-rispett tal-aspettativi leġittimi. Fl-aħħar, G. Elbertsen isostni li r-Regolament Nru 795/2004 jagħtih drittijiet għal ħlas mir-riżerva nazzjonali u jipprekludi li l-applikazzjoni ta’ regola ta’ kalkolu stabbilita minn Stat Membru sabiex tiffissa l-ammont ta’ referenza twassal sabiex jitlef totalment id-dritt sabiex jikseb l-istess drittijiet għal pagament. |
|
24 |
Minħabba li r-riżultat tal-kawża li għandu quddiemu jiddependi mill-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet Komunitarji applikabbli, il-College van Beroep voor het bedrijfsleven iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
|
25 |
Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 42(4) tar-Regolament Nru 1782/2003 għandux jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tħalli lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni li jippermettilhom li jiffissaw għal EUR 0 l-ammont ta’ referenza u li ma jagħtu l-ebda dritt għal ħlas mir-riżerva nazzjonali lil bidwi li jinsab f’sitwazzjoni speċjali bħal dik imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 795/2004. |
Osservazzjonijiet ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja
|
26 |
Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, il-Gvern tal-Olanda u dak tal-Ġermanja kif ukoll il-Kummissjoni jsostnu li l-Artikolu 42(4) tar-Regolament Nru 1782/2003, moqri flimkien mal-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 795/2004, jagħti lill-Istati Membri tali marġni ta’ diskrezzjoni sakemm l-ammont ta’ referenza jiġi stabbilit skont kriterji oġġettivi u, għaldaqstant, li ma jippreġudikax l-ugwaljanza fit-trattament bejn il-bdiewa u ma joħloqx distorsjoni fis-suq u l-kompetizzjoni. |
Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
27 |
Preliminarjament, għandu jiġi mfakkar li, fil-kuntest tal-iskema ta’ pagament uniku, l-Istati Membri għandhom, skont l-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 1782/2003, joħolqu riżerva nazzjonali intiża sabiex tikkunsidra sitwazzjonijiet partikolari. Skont il-paragrafu (4) ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jużaw ir-riżerva nazzjonali sabiex jistabbilixxu, skont kriterji oġġettivi u b’mod li jiżguraw l-ugwaljanza fit-trattament bejn il-bdiewa u sabiex jevitaw distorsjonijiet tas-suq jew tal-kompetizzjoni, l-ammonti ta’ referenza għall-bdiewa li jinsabu f’sitwazzjoni speċjali. |
|
28 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrelevat li, kuntrarjament għall-formulazzjoni tal-paragrafi (3) u (5) tal-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 1782/2003, li jagħti b’mod espress lill-Istati Membri l-possibbiltà li jużaw jew le r-riżerva nazzjonali fis-sitwazzjonijiet msemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet, il-paragrafu (4) ta’ dan l-Artikolu jobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu l-ammonti ta’ referenza għall-bdiewa li jinsabu f’sitwazzjoni speċjali. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, tal-bdiewa li jkunu għamlu investimenti fil-kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew li jkunu xtraw artijiet sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Mejju 2004. |
|
29 |
Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li la l-Artikolu 42(4) tar-Regolament Nru 1782/2003 u lanqas l-Artikolu 21(1) tar-Regolament Nru 795/2004 ma jeskludu a priori, li Stat Membru jistabbilixxi ammont ta’ referenza ugwali għal EUR 0. |
|
30 |
Skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament Nru 795/2004, id-drittijiet għal ħlas mir-riżerva nazzjonali li jingħataw lill-bdiewa msemmija f’din id-dispożizzjoni huma kkalkolati abbażi tal-ammonti ta’ referenza stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat. Minn dan isegwi li l-leġiżlazzjoni nazzjonali, jekk ma tqiegħedx inkwistjoni d-dritt għall-iffissar ta’ ammont ta’ referenza, hija madankollu suxxettibbli li jkollha l-konsegwenza li l-kalkolu tad-drittijiet għal ħlas iwassal f’ċerti każijiet għal ammont ugwali għal EUR 0. |
|
31 |
Dan il-fatt madankollu ma jistax jiġi kkunsidrat li huwa kuntrarju għall-Artikolu 21(1) tar-Regolament Nru 795/2004, li, interpretat fid-dawl tal-Premessa 9 ta’ dan ir-Regolament, jobbliga l-Istati Membri jagħtu, fil-kuntest tal-Artikolu 42(4) tar-Regolament Nru 1782/2003, drittijiet għal ħlas lill-bdiewa kkonċernati. |
|
32 |
Fil-fatt, kif jirriżulta espressament mill-Artikoli 21(1) tar-Regolament Nru 795/2004 u 42(4) tar-Regolament Nru 1782/2003, l-Istati Membri jibbenefikaw minn ċerta latitudni fid-determinazzjoni tal-ammonti ta’ referenza li għandhom jiġu allokati. Din l-interpretazzjoni hija barra minn hekk ikkonfermata mill-Premessa 13 tar-Regolament Nru 795/2004. |
|
33 |
Xorta jibqa’ l-fatt li l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-imsemmija dispożizzjonijiet, jibbażaw irwieħhom fuq kriterji oġġettivi, ma jippreġudikawx it-trattament ugwali bejn il-bdiewa u ma joħolqux distorsjonijiet fis-suq u l-kompetizzjoni. |
|
34 |
Konsegwentement, hemm lok li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-Artikolu 42(4) tar-Regolament Nru 1782/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tħalli lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni li jippermettilhom li jiffissaw għal EUR 0 l-ammont ta’ referenza u li ma jagħtu l-ebda dritt għal ħlas mir-riżerva nazzjonali lil bidwi li jinsab f’sitwazzjoni speċjali bħal dik imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 795/2004 sakemm dan l-ammont ikun ibbażat fuq kriterji oġġettivi, ma jippreġudikax it-trattament ugwali bejn il-bdiewa u ma joħloqx distorsjonijiet fis-suq u l-kompetizzjoni. |
Fuq it-tieni domanda
|
35 |
Bit-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt Komunitarju jipprekludix l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha ammont ta’ EUR 500 huwa mnaqqas miż-żieda tal-ammont ta’ pagamenti supplimentari li jirriżultaw minn investiment f’kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew ix-xiri ta’ artijiet, qabel ma kien stabbilit l-ammont ta’ referenza li abbażi tiegħu jingħataw id-drittijiet għal ħlas mir-riżerva nazzjonali. |
Osservazzjonijiet ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja
|
36 |
Il-Gvern tal-Olanda u dak tal-Ġermanja kif ukoll il-Kummissjoni jsostnu li d-dritt Komunitarju ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjoni. |
Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
37 |
Preliminarjament, għandu jiġi mfakkar li, fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, l-Istati Membri għandhom mhux biss jikkonfermaw mad-dispożizzjonijiet tar-regolament ikkonċernat, imma wkoll jirrispettaw il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju bħal ma huma l-prinċipji ta’ trattament ugwali, tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-proporzjonalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-4 ta’ Ġunju 2009, JK Otsa Talu, C-241/07, Ġabra p. I-4323, punt 46). |
|
38 |
L-Artikolu 42(4) tar-Regolament Nru 1782/2003 jeħtieġ li l-ammonti ta’ referenza għall-bdiewa li jinsabu f’sitwazzjoni speċjali jiġu ffissati skont kriterji oġġettivi u b’mod li jiġi żgurat it-trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jevitaw distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni. |
|
39 |
L-Artikolu 17(1) tar-Regeling jipprovdi li l-ammont ta’ referenza huwa kkalkolat abbażi taż-żieda tal-ammont tal-ħlasijiet diretti rċevuti li jirriżultaw minn investiment fil-kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew minn tqegħid għad-dispożizzjoni, jew minn xiri jew minn kiri ta’ artijiet. L-imsemmi ammont huwa mbagħad imnaqqas b’EUR 500, imqassma proporzjonalment fuq l-ammonti ta’ għajnuna supplimentari inkwistjoni qabel ma jiġi mmultiplikat b’perċentwali ddeterminat mill-Ministru. L-ammont ta’ referenza hekk ikkalkolat jikkostitwixxi l-bażi li fuqha jiġi ffissat il-valur tad-drittijiet għall-ħlas li għandhom jingħataw jew jiżdiedu. |
|
40 |
F’dawn il-kundizzjonijiet, għandu jiġi kkonstatat li d-dispożizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema tnaqqis ta’ EUR 500 għall-kalkolu tal-ammont ta’ referenza huwa applikabbli għall-bdiewa kollha li jkunu għamlu domanda għar-riżerva nazzjonali, hija miżura ta’ natura ġenerali li tistrieħ fuq kriterji oġġettivi u li ma tiksirx il-prinċipju ta’ trattament ugwali u lanqas ma timplika distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni. |
|
41 |
Fir-rigward b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza kostanti, dan jeħtieġ li sitwazzjonijiet komparabbli ma jiġux trattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux trattati bl-istess mod sakemm din id-differenza ma tkunx oġġettivament iġġustifikata (sentenza tal-11 ta’ Lulju 2006, Franz Egenberger, C-313/04, Ġabra p. I-6331, punt 33 u ġurisprudenza ċċitata). |
|
42 |
F’dan il-każ, il-bdiewa kollha li ressqu talba għar-riżerva nazzjonali huma f’sitwazzjoni komparabbli. Il-fatt li t-tnaqqis ta’ ammont ta’ EUR 500 huwa suxxettibbli li jkollu effett ikbar fuq attività żgħira milli fuq waħda kbira huwa mingħajr konsegwenzi f’dan ir-rigward. Min-naħa l-oħra, sakemm ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet sabiex jingħatawlhom id-drittijiet għal pagament uniku, il-bdiewa li jkunu għamlu talba għar-riżerva nazzjonali mhumiex f’sitwazzjoni komparabbli għal dik tal-bdiewa li jkunu bbenefikaw minn pagamenti regolari. |
|
43 |
Barra minn hekk, għandu jiġi rrelevat li l-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jeżiġi li l-għan intiż ikun imfittex bl-inqas mod restrittiv, ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li għandha l-għan li tevita li d-dħul fis-seħħ ta’ sistema ta’ pagament ma twassalx għal ammonti ta’ referenza insinjifikanti u totalment sproporzjonati meta mqabbla mal-ispejjeż amministrattivi magħmula mill-Istat Membru (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-12 ta’ Lulju 1990, Spronk, C-16/89, Ġabra p. I-3185, punt 28). |
|
44 |
Għalhekk, ċerti dispożizzjonijiet Komunitarji jirrikonoxxu lill-Istati Membri marġni ta’ manuvra li jippermettilhom li japplikaw limitu li taħtu t-talbiet ta’ għajnuna jiġu miċħuda. Pereżempju, hemm lok li tissemma l-fakultà rrikonoxxuta lill-Istati Membri fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament Nru 795/2004 li jistabbilixxu arja minima għal kull attività għall-ammissibbiltà tat-talbiet għal drittijiet għal ħlas, sakemm l-arja minima ma taqbiżx 0.3 tomna. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 70 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux għajnuna jekk l-ammont għal kull talba jkun inqas jew ugwali għal EUR 100. Fl-aħħar, l-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 344), kienet tikkonferixxi lill-Istati Membri ċerti marġni ta’ manuvra li jippermettilhom li jiffissaw bejn għaxra u ħamsin in-numru minimu ta’ annimali li għalihom setgħet titressaq talba għal primjum. |
|
45 |
F’dak li jikkonċerna l-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, għandu jitfakkar li, fil-qasam tal-politika agrikola komuni, l-operaturi ekonomiċi mhumiex iġġustifikati li jpoġġu l-aspettattivi leġittimi tagħhom fiż-żamma ta’ sitwazzjoni eżistenti li tista’ tkun immodifikata fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet kompetenti (sentenza JK Otsa Talu, iċċitata iktar ’il fuq, punt 51). Minn dan isegwi li t-twettieq ta’ investimenti f’kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew ix-xiri ta’ art ma jistgħux jippermettu lill-operatur interessat li jibbenefika minn kwalunkwe aspettattivi leġittimi bbażati fuq it-twettieq ta’ dawn l-investimenti sabiex tkun tista’ ssir talba għal ammont ta’ referenza mogħti preċiżament minħabba l-imsemmija investimenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Spronk, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29). |
|
46 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li r-risposta għat-tieni domanda tkun li d-dritt Komunitarju ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali skont liema ammont ta’ EUR 500 huwa mnaqqas miż-żieda tal-ammont ta’ pagamenti supplimentari li jirriżultaw minn investiment f’kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew ta’ xiri ta’ artijiet, qabel ma jiġi stabbilit l-ammont ta’ referenza li abbażi tiegħu ngħataw drittijiet għall-pagamenti mir-riżerva nazzjonali. |
Fuq l-ispejjeż
|
47 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla ), taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.