12006M022

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu V - Disposizzjonijiet dwar politika barranija u ta' sigurtà komuni - Artikolu 22

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0019 - 0019
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0017 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0160 - Consolidated version


Artikolu 22

1. L-Istati Membri jew il-Kummissjoni jistgħu jirreferu lill-Kunsill kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-politika barranija u ta' sigurtà komuni u jistgħu jissottomettu proposti lill-Kunsill.

2. F'każijiet li jirrikjedu deċiżjoni malajr, il-Presidenza fuq mozzjoni proprja, jew fuq it-talba tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru, għandha tlaqqa' seduta straordinarja tal- Kunsill fi żmien tmienja u erbgħin siegħa jew, f'każ ta’ emerġenza, fi żmien inqas.

--------------------------------------------------