European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1882

30.7.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1882

tat-30 ta’ Lulju 2026

li tirrevedi l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet koperti mid-Deċiżjoni (PESK) 2026/455 dwar miżuri restrittivi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Frar 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/455 (1). Dik id-Deċiżjoni tirriproduċi s-sustanza tal-Artikoli 1, 2, 3 u 3a tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2) li ser ikomplu jiġu applikati f’konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Wara rieżami mill-Kunsill lista aġġornata ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi jew entitajiet li jwettqu, jew jippruvaw iwettqu, atti terroristiċi jew li jipparteċipaw fi, jew jiffaċilitaw, it-twettiq ta’ atti terroristiċi ġiet inkluża fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2026/455.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2026/455, huwa neċessarju li jsir rieżami f’intervalli regolari tal-ismijiet tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, il-gruppi jew l-entitajiet fil-lista biex jiġi żgurat li jkun hemm raġunijiet sabiex dawn jinżammu fiha.

(4)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-rieżami li l-Kunsill wettaq fir-rigward tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, il-gruppi jew l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2026/455.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li l-awtoritajiet kompetenti, kif imsemmija fl-Artikolu 2(2) u (3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2026/455, ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, il-gruppi jew l-entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f’atti terroristiċi kif definit fl-Artikolu 1(1) tagħha.

(6)

Wara rieżami tal-ismijiet tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi jew entitajiet elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2026/455, il-Kunsill ikkonkluda wkoll li l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 2(1) u (5) ta’ dik id-Deċiżjoni jenħtieġ li jkomplu japplikaw għal dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi jew entitajiet.

(7)

Għaldaqstant huwa neċessarju li jinżammu fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2026/455 l-ismijiet tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi jew entitajiet elenkati fih,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi jew entitajiet fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2026/455 tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

T. BYRNE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/455 tas-26 ta’ Frar 2026 dwar miżuri restrittivi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu, li tħassar l-Artikoli 2, 3 u 3a tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2025/1577 u d-Deċiżjoni (PESK) 2026/421 (ĠU L, 2026/455, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/455/oj).

(2)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93, ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2001/931/oj).


ANNESS

Lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/455

A.   Persuni fiżiċi

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878.

2.

AL-DIN Hasan Izz (magħruf ukoll bħala Garbaya Ahmed, magħruf ukoll bħala Sa’id, magħruf ukoll bħala Salwwan Samir), Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

3.

AL-NASSER Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

AL-YACOUB Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

5.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti, numru tal-passaport: C2002515 (Iran); numru tal-passaport: 477845448 (USA). Numru tal-identità nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

6.

ASSADI Assadollah (magħruf ukoll bħala Assadollah Asadi), imwieled fit-22.12.1971 f’Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

7.

BOUYERI Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair, magħruf ukoll bħala Sobiar, magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (in-Netherlands).

8.

HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f’Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

9.

HASSAN EL HAJJ Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f’Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (Kanada).

10.

MELIAD Farah, imwieled fil-5.11.1980 f’Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (Awstralja).

11.

MOHAMMED Khalid Sheikh (magħruf ukoll bħala Ali Salem, magħruf ukoll bħala Bin Khalid Fahd Bin Abdallah, magħruf ukoll bħala Henin Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala Wadood Khalid Abdul), imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport: 488555.

12.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Mehran Military Base, Ilam Province, Iran.

13.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Tehran, l-Iran.

B.   Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet

1.

“Abu Nidal Organisation” – “ANO” (magħrufa wkoll bħala “Fatah Revolutionary Council”, magħrufa wkoll bħala “Arab Revolutionary Brigades”, magħrufa wkoll bħala “Black September”, magħrufa wkoll bħala “Revolutionary Organisation of Socialist Muslims”).

2.

“Al-Aqsa Martyrs’ Brigade”.

3.

“Al-Aqsa e.V.”.

4.

“Babbar Khalsa”.

5.

“Communist Party of the Philippines”, inkluż “New People’s Army”– “NPA”, Philippines.

6.

Id-Direttorat għas-Sigurtà Interna tal-Ministeru Iranjan għall-Intelliġenza u s-Sigurtà.

7.

“Gama’a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama’a al-Islamiyya”) (“Islamic Group”– “IG”).

8.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” – “IBDA-C” (“Great Islamic Eastern Warriors Front”).

9.

“Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)”.

10.

“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

11.

“Hizballah Military Wing” (magħrufa wkoll bħala “Hezbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbullah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hezballah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hisbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbu’llah Military Wing” magħrufa wkoll bħala “Hizb Allah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Jihad Council” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-External Security Organisation)).

12.

“Hizbul Mujahideen” – “HM”.

13.

“Khalistan Zindabad Force” – “KZF”.

14.

“Kurdistan Workers’ Party” – “PKK” (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

15.

“Liberation Tigers of Tamil Eelam” – “LTTE”.

16.

“Ejército de Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

17.

“Palestinian Islamic Jihad” – “PIJ”.

18.

“Popular Front for the Liberation of Palestine” – “PFLP”.

19.

“Popular Front for the Liberation of Palestine – General Command” (magħruf ukoll bħala. “PFLP – General Command”).

20.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” – “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Revolutionary Left”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Revolutionary People’s Liberation Army/Front/Party”).

21.

“Sendero Luminoso” – “SL” (“Shining Path”).

22.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” – “TAK” (magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Hawks”).

23.

“The Base”.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1882/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)