<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑206/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0206</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:572">EU:C:2017:572</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170720">20.7.2017</DATE> – Kawża C-206/16</P><P>MARCO TRONCHETTI PROVERA ET</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/25/KE</KEYWORD><KEYWORD>Offerti pubbliċi ta’ xiri</KEYWORD><KEYWORD>It-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 5(4)</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà ta’ tibdil fil-prezz tal-offerta f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati b’mod ċar</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà għall-awtorità superviżorja li żżid il-prezz ta’ offerta pubblika ta’ xiri f’każ ta’ kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li jaħdmu flimkien miegħu u wieħed jew iktar mill-bejjiegħa</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑206/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Consiglio di Stato (kunsill tal-istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20151110">10 ta’ Novembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160413">13 ta’ April 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Marco Tronchetti Provera SpA</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Antares European Fund Limited,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Antares European Fund II Limited,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Antares European Fund LP,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Luca Orsini Baroni,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">UniCredit SpA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Camfin SpA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob),</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Camfin SpA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Generali Assicurazioni Generali SpA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Antares European Fund Limited,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Antares European Fund II Limited,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Antares European Fund LP,</HT></P><?PAGE NO="2"?><P><HT TYPE="BOLD">Luca Orsini Baroni,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Marco Tronchetti Provera &amp; C. SpA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">UniCredit SpA,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Vilaras (Relatur), J. Malenovský, M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20170201">1 ta’ Frar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Camfin SpA, minn A. Zoppini, G. M. Roberti u I. Perego, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob), minn G. Randisi, S. Lopatriello, S. Providenti u A. Atripaldi, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili u S. Fiorentino, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn V. Di Bucci u H. Støvlbæk, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20170315">15 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/25/KE tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, fuq offerti ta’ xiri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 20).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba qed tiġi ppreżentata fil-kuntest ta’ erba’ kawżi bejn diversi kumpanniji kummerċjali Taljani u l-Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) (kummissjoni nazzjonali għall-kumpanniji u l-borża, l-Italja), dwar il-legalità ta’ deċiżjoni ta’ din tal-aħħar li tibdel ’il fuq il-prezz ta’ offerta pubblika ta’ xiri (iktar ’il quddiem l-OPA).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 1 sa 3 u 9 tad-Direttiva 2004/25:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(1)</NO.P><TXT>Skond Artikolu [50](2)(g), tat-[Trattat FUE], li [fl-Unjoni Ewropea], hija neċessarja l-kordinazzjoni ta’ ċerti salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi tal-membri u oħrajn, l-Istati Membri jirrikjedu mill-kumpanniji mħarsa bil-liġi ta’ xi Stat Membru, li s-sigurtajiet tiegħu ikunu aċċettati f’suq regolat ta’ Stat Membru, bil-ħsieb li jagħmlu dawn is-salvagwardji l-istess madwar il-Komunità.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Hija neċessarja l-protezzjoni ta’ l-interessi tad-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpanniji li huma mħarsa mil-liġi ta’ Stat Membru meta dawn il-kumpanniji jkunu suġġetti għall-offerti ta’ xiri jew għat-tibdil fil-kontroll u ta’ mill-inqas ftit mis-sigurtajiet tagħhom ikunu aċċettati għall-kummerċ fis-suq regolat ta’ xi Stat Membru.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Hija neċessarja li madwar [l-Unjoni], tinħoloq stampa ċara u trasparenti rigward materji legali li jkollhom jiġu solvuti f’każi ta’ offerti ta’ xiri u biex tiġi evitata d-distorsjoni fil-metodi ta’ ristrutturar korporattiv [fl-Unjoni] permezz ta’ differenzi arbitrarji fil-kulturi tat-tmexxija u tal-ġestjoni.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipproteġu lid-detenturi tas-sigurtajiet, b’mod partikolari dawk b’assi f’minoranza, meta jinkiseb il-kontroll tal-kumpanniji tagħhom. L-Istati Membri għandhom jassiguraw din il-protezzjoni billi jobbligaw lill-persuna li tkun kisbet il-kontroll ta’ xi kumpannija biex tagħmel offerta lid-detenturi kollha tas-sigurtajiet tal-kumpannija għall-assi kollha tagħhom bi prezz raġonevoli skond id-definizzjoni komuni. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi biex jistabbilixxu strumenti oħra għall-protezzjoni ta’ l-interessi tad-detenturi tas-sigurtajiet, bħal ma huma l-obbligu li ssir offerta parzjali fejn dak li jagħmel l-offerta ma jakkwistax il-kontroll tal-kumpannija u l-obbligu li tiġi żvelata l-offerta fl-istess żmien meta jittieħed il-kontroll tal-kumpannija.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Prinċipji ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskop li tiġi implimentata din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-prinċipji li ġejjin jiġu mħarsa:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-detenturi kollha tas-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta ta’ l-istess klassi għandhom jiġu trattati b’mod ugwali; aktar minn hekk jekk persuna tikseb il-kontroll ta’ kumpannija, id-detenturi l-oħra tas-sigurtajiet għadhom jiġu protetti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>lid-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandu jkollhom żmien u informazzjoni biżżejjed biex ikunu kapaċi jieħdu deċiżjoni li tkun informata tajjeb fuq l-offerta; fejn jagħtu pariri lid-detenturi tas-sigurtajiet, il-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandu jagħti l-opinjonijiet tiegħu fuq l-effetti ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-offerta fuq ix-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-postijiet ta’ negozju tal-kumpannija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandu jaħdem fl-interessi tal-kumpannija fl-intier tagħha u m’għandux iċaħħad lid-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija milli jkollhom l-opportunità jiddeċiedu fuq il-merti ta’ din l-offerta;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>m’għandhomx jinħolqu swieq foloz fis-sigurtajiet tal-kumpanija li qed tirċievi l-offerta, tal-kumpanija li qed tagħmel l-offerta jew ta’ kwalunkwe kumpanija milquta mill-offerta fejn żieda jew roħs tal-prezzijiet tas-sigurtajiet isiru foloz u l-funzjonijiet normali tas-swieq jiġu mfixkla;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>min qed jagħmel l-offerta għandu jiddikjara l-offerta tiegħu biss wara li jkun aċċertat li hu jkun jista’ jaderixxi bis-sħiħ kwalunkwe konsiderazzjoni ta’ flus kontanti, jekk din tiġi offruta, u wara li jittieħdu l-miżuri kollha raġonevoli biex tiġi aċċertata l-implimentazzjoni ta’ kull tip ieħor ta’ konsiderazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>kumpanija li qed tirċievi l-offerta m’għandiex tiġi mfixkla minn offerta fit-twettieq tax-xogħolijiet tagħha għal żmien itwal milli jkun raġonevoli.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bl-iskop li tiġi aċċertata l-konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għandhom jassiguraw li l-ħtiġiet minimi kif stabbiliti f’din id-Direttiva jiġu osservati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet addizzjonali u disposizzjonijiet aktar stretti minn dawk ta’ din id-Direttiva għall-kontroll ta’ l-offerti.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/25 intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Il-protezzjoni ta’ l-azzjonisti f’minoranza, l-offerta obbligatorja u l-prezz raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi fil-paragrafi 1, u 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn persuna naturali jew legali, bħala riżultat ta’ l-akkwist tagħha jew ta’ l-akkwist tal-persuni li qed jaħdmu magħha, iżżomm sigurtajiet tal-kumpannija kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) li, b’żieda ma’ l-assi eżistenti ta’ dawk is-sigurtajiet tagħha u l-assi ta’ dawk is-sigurtajiet tal-persuni li qed jaħdmu magħha, b’mod dirett jew indirett, jagħtuha l-persentaġġ speċifiku tad-drittijiet tal-vot f’dik il-kumpannija, li jagħtuha l-kontroll ta’ dik il-kumpannija, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li persuni bħal dawn ikunu meħtieġa jagħmlu offerta bħala mezz ta’ protezzjoni għall-azzjonisti f’minoranza ta’ dik il-kumpannija. Offerta bħal din għandha tiġi indirizzata fl-aktar opportunità kmieni lid-detenturi kollha ta’ dawk is-sigurtajiet għall-assi kollha tagħhom bi prezz raġonevoli kif stabbilit fil-paragrafu 4.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-kontroll ikun inkiseb wara offerta volontarja magħmula skond din id-Direttiva lid-detenturi tas-sigurtajiet għall-assi kollha tagħhom, l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 biex tinħareġ offerta m’għandux jibqa’ jgħodd.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persentaġġ tad-drittijiet tal-vot li jagħti kontroll għall-għanijiet tal-paragrafu 1 u l-metodu tal-kalkolazzjoni tiegħu għandu jiġi stabbilit permezz tar-regoli ta’ l-Istat Membru fejn il-kumpannija jkollha l-uffiċċju tagħha irreġistrat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-għola prezz imħallas għall-istess sigurtajiet minn min qed jagħmel l-offerta, jew mill-persuni li qed jaħdmu flimkien magħha, f’perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, ta’ mhux inqas minn sitt xhur u mhux aktar minn 12-il xahar qabel ma l-offerta msemmija fil-paragrafu 1 tibda titqies bħala l-prezz raġonevoli. Jekk, wara li l-offerta tkun saret pubblika u qabel ma l-offerta tingħalaq għall-aċċettazzjoni, dak li qed jagħmel l-offerta jew kwalunkwe persuna li taħdem flimkien miegħu jixtru sigurtajiet bi prezz għola mill-prezz ta’ l-offerta, dak li qed jagħmel l-offerta għandu jgħolli l-offerta tiegħu biex ma tkunx anqas mill-għola prezz imħallas għas-sigurtajiet miksuba b’dan il-mod.</ALINEA><ALINEA>Jekk jiġu rispettati l-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom biex jemendaw il-prezz imsemmi fl-ewwel subparagrafu fiċ-ċirkostanzi u skond il-kriterji li huma determinati b’mod ċar. Għal dak il-għan, huma jistgħu jagħmlu lista taċ-ċirkostanzi li fihom l-għola prezz jista’ jiġi rranġat ’il fuq jew ’l isfel, per eżempju fejn l-għola prezz ikun stabbilit permezz ta’ ftehim bejn dak li jbiegħ u dak li jixtri, fejn il-prezzijiet tas-suq tas-sigurtajiet imsemmija jiġu manipulati, fejn il-prezzijiet tas-suq in ġenerali jew ċerti prezzijiet tas-suq<?PAGE NO="5"?> ikunu partikolarment milquta minn ċirkostanzi eċċezzjonali jew biex tiġi mgħejjuna ditta li tkun f’diffikultà. Huma jistgħu jiddeterminaw ukoll il-kriterji li jiġu applikati f’dawn il-każi, per eżempju il-medja tal-valur tas-suq f’perjodu partikolari, il-valur maqsum ta’ kumpannija jew kriterji oħra ta’ valutazzjoni li ġeneralment jintużaw fl-analiżi finanzjarja.</ALINEA><ALINEA>Kull deċiżjoni ta’ awtorità superviżorja għall-irranġar tal-prezz raġonevoli għandha tiġi verifikata u mressqa għall-pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 106 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 - Testo unico delle disposizioni in materia di intermediazione finanziaria, ai sensi degli articoli 8 e 21 della legge 6 febbraio 1996, n. 52 (Digriet Leġiżlattiv Nru 58 - li jikkonsolida d-dispożizzjonijiet kollha fil-qasam tal-intermedjazzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikoli 8 u 21 tal-Liġi Nru 52 tas-<DATE ISO="19960206">6 ta’ Frar 1996</DATE>), tal-<DATE ISO="19980224">24 ta’ Frar 1998</DATE> (Suppliment Ordinarju għall-GURI Nru 71 tas-<DATE ISO="19980326">26 ta’ Marzu 1998</DATE>), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>TUF<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Offerta pubblika ta’ xiri tal-azzjonijiet kollha<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="106.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull persuna li, wara xiri, jkollha sehem ikbar minn tletin fil-mija, tniedi offerta pubblika ta’ xiri indirizzata lejn id-detenturi ta’ sigurtajiet fir-rigward tat-titoli kollha tagħhom aċċettati għan-negozju f’suq irregolat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="106.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għal kull waħda mill-kategoriji ta’ sigurtajiet, l-offerta mnedija f’terminu ta’ għoxrin jum għal prezz li jkun mhux inqas għall-prezz l-iktar għoli mħallas mill-offerent u l-persuni li jaħdmu flimkien miegħu, matul it-tnax-il xahar preċedenti għall-komunikazzjoni prevista fl-Artikolu 102, [l-ewwel paragrafu], għall-finijiet tax-xiri ta’ sigurtajiet tal-istess kategorija. Jekk ebda xiri bi ħlas ta’ sigurtajiet tal-istess kategorija ma jseħħ matul il-perijodu indikat, l-offerta titnieda għal din il-kategorija ta’ sigurtajiet, bi prezz li ma huwiex inqas għar-rata medja bbilanċjata tas-suq matul l-aħħar tnax-il xahar jew tal-perijodu inqas disponibbli.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="106.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Consob għandha tirregola permezz ta’ ordni każijiet fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>is-sehem imsemmi [fl-ewwel paragrafu] jinkiseb permezz tax-xiri tal-ishma fil-kumpanniji li l-kapital tagħhom huwa fil-maġġoranza tiegħu kkostitwit minn sigurtajiet maħruġa minn kumpannija oħra, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 105(1);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-obbligu tal-offerta jirriżulta minn xiri għola minn 5 % minn dawk li jżommu diġà s-sehem imsemmi fil-paragrafu (1), mingħajr iż-żamma tal-maġġoranza tad-drittijiet ta’ vot fl-assemblea ordinarja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>l-offerta, wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni motivata tal-Consob, titnieda b’prezz inqas għall-prezz l-iktar għoli diġà mħallas, billi tistabilixxi l-kriterji għad-determinazzjoni tal-imsemmi prezz u bil-kundizzjoni li tiġi sodisfatta waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>il-prezzijiet tas-suq kienu ġew influwenzati minn avvenimenti straordinarji, jew meta jkun hemm raġunijiet tajba li jagħtu wieħed x’jaħseb li kienu suġġetti għal manipulazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>l-ogħla prezz imħallas mill-offerent jew il-persuni li qed jaħdmu flimkien miegħu matul il-perijodu msemmi fil-paragrafu 2 jikkorrispondi għall-prezz ta’ operazzjonijiet ta’ xiri/bejgħ fuq is-sigurtajiet li jkunu s-suġġett tal-offerta, imwettqa għall-kundizzjonijiet tas-suq u fil-kuntest tal-operat ordinarju tan-negozju karatteristiku tiegħu jew jikkorrispondi għall-prezz tal-operazzjonijiet ta’ xiri/bejgħ li kienu jibbenefikaw minn waħda mill-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>l-offerta, wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni motivata tal-Consob, titnieda bi prezz ikbar mill-ogħla wieħed imħallas, sakemm dan ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti l-investituri u mill-inqas waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin tkun sodisfatta:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-offerent u l-persuni li jaħdmu flimkien miegħu ikunu stabbilew prezz bil-għan tax-xiri ta’ sigurtajiet f’ammont għola għal dak imħallas għax-xiri ta’ sigurtajiet tal-istess kategorija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>kien hemm kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li qed jaħdmu flimkien miegħu u bejjiegħ wieħed jew iktar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>[…]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>meta jkun hemm lok ta’ suspett li l-prezzijiet tas-suq kienu suġġetti għal manipulazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="106.003A"><NO.PARAG>3-a.</NO.PARAG><ALINEA>Inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-istrumenti finanzjarji maħruġa, il-Consob, tista’ tistabilixxi, permezz ta’ regoli, iċ-ċirkustanzi li fihom l-obbligu ta’ offerta jirriżulta minn xiri li jinvolvi ż-żamma konġunta ta’ sigurtajiet u ta’ strumenti finanzjarji li jagħtu dritt ta’ vot fuq it-temi msemmija fl-Artikolu 105, sa fejn ikun possibbli li tingħata setgħa sħiħa ta’ vot ekwivalenti għal dik li għandu kull min għandu s-sehem indikat fil-paragrafu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="106.003B"><NO.PARAG>3-b.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri previsti (ċ) u (d) tal-paragrafu 3 huma ppubblikati skont il-modalitajiet indikati fir-regolament imsemmi fir-raba’ subparagrafu ta l-Artikolu 103(f).</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ Deċiżjoni tal-<DATE ISO="19990514">14 ta’ Mejju 1999</DATE>, Consob adottat ir-Regolamento di attuazione del decreto legislativo <DATE ISO="19980224">24 febbraio 1998</DATE>, n. 58, concernente la disciplina degli emittenti (Ordni ta’ Implementazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-<DATE ISO="19980224">24 ta’ Frar 1998</DATE> li jistabbilixxi regoli applikabbli għal min jirċievi l-offerta), li ġiet emendata diversi drabi sussegwentement (iktar ‘il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>regoli applikabbli għal min jirċievi l-offerta<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). L-Artikolu 47g tagħha (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Żieda fil-prezz f’każ ta’ kollużjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-prezz tal-offerta għandu jiġi aġġustat ‘il fuq mill-Consob, skont l-Artikolu 106(3)(d)(2), tad-[Digriet Leġiżlattiv Nru 58/1998], fejn il-kollużjoni stabbilita bejn l-offerent u l-persuni li jaħdmu flimkien miegħu u bejjiegħ wieħed jew iktar minn wieħed tagħti lok għall-ħlas ta’ ammont ikbar minn dak iddikjarat mill-offerent. F’dak il-każ il-prezz tal-offerta għandu jkun ekwivalenti għal dak li huwa stabbilit.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawżi prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Marco Tronchetti Provera &amp; C. SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>MTP<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) stabbilixxa permezz ta’ kumpanniji intermedjarji, Lauro Sessantuno SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Lauro 61<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) bil-għan li jikseb il-maġġoranza tal-azzjonijiet ta’ Camfin SpA, holding tal-ishma li ma twettaqx direttament ebda attività industrijali, iżda tibbaża r-riżultati tagħha mill-impriżi li tagħhom għandha l-kapital. Fost dawn l-impriżi tidher Pirelli &amp; C. SpA (iktar ‘il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Pirelli<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), li tagħha Camfin żammet sa 26.19 % tal-ishma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130605">5 ta’ Ġunju 2013</DATE>, Lauro 61 ikkomunikat lis-suq OPA għall-azzjonijiet ordinarji kollha f’Camfin bi prezz ta’ EUR 0.80 għal kull azzjoni, fir-rigward tal-prezz l-iktar għoli matul l-aħħar tnax-il xahar konformement mal-Artikolu 106(2) tat-TUF. L-OPA sar obbligatorju minħabba ż-żamma minn Lauro 61 ta’ sehem ta’ 60.99 % tal-kapital azzjonarju ta’ Camfin, wara x-xiri ta’ diversi ishma diretti ta’ azzjonisti oħra ta’ Camfin, fosthom Malacalza Investimenti Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>MCI<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>B’mod parallel għall-OPA, Lauro 61 informat lis-suq bix-xoljiment tal-ftehim eżistenti bejn MTP u MCI f’dak li jirrigwarda b’mod partikolari Camfin. Min-naħa tagħha, MCI ikkomunikat lis-suq li biegħet l-azzjonijiet tagħha f’din l-aħħar kumpannija u li wettqet operazzjoni distinta, jiġifieri x-xiri ta’ sehem ta’ 6.98 % tal-kapital azzjonarju ta’ Pirelli ma’ żewġ kumpanniji, li, ma’ Camfin u azzjonisti oħra<?PAGE NO="7"?> importanti tagħha, huma firmatarji ta’ ftehim lock-up (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ftehim Pirelli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), peress li ċ-ċedenti kienu awtorizzati mill-ftehim sabiex jirrilaxxaw l-azzjonijiet ibblokkati kollha jew parti minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20131011">11 ta’ Ottubru 2013</DATE>, l-OPA twettqet b’suċċess, billi Lauro 61 saret proprjetarja tal-kapital azzjonarju kollu ta’ Camfin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-frattemp, fit-<DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>, il-Consob, mitluba mill-azzjonisti minoritarji ta’ Camfin, nediet proċedura ta’ żieda fil-prezz, abbażi b’mod partikolari tal-punt 2 tal-Artikolu 106(3)(d), tat-TUF u abbażi tal-Artikolu 47g tar-regoli applikabbli għal min jirċievi l-offerta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni Nru 18662 tal-<DATE ISO="20130925">25 ta’ Settembru 2013</DATE> il-Consob ikkunsidrat li kien jeżisti, minn naħa, Lauro 61 u persuni oħra li kienu jaħdmu flimkien magħha, u, lill-oħra, MCI, kollużjoni li permezz tagħha MCI biegħet lil Lauro 61 azzjonijiet ta’ Camfin bil-prezz ta’ EUR 0.80 kull azzjoni u, korrispettivament, xtrat azzjonijiet ta’ Pirelli ma’ firmatarji tal-ftehim Pirelli bil-prezz ta’ EUR 7.80 kull azzjoni, prezz inqas għal dak li kien jirriżulta mill-valur tas-suq ta’ EUR 8 kull azzjoni. Fid-dawl tal-vantaġġ hekk miksub minn MCI, il-Consob ikkunsidrat li l-prezz ta’ azzjoni waħda ta’ Camfin għandha titla’ għal EUR 0.83 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Deċiżjoni Nru 18662<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>It-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (qorti amministrattiva reġjonali ta’ Lazio, l-Italja) ġiet adita b’diversi rikorsi intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni Nru 18662. Fil-kuntest ta’ ċerti rikorsi, ġie sostnut li l-punt 2 tal-Artikolu 106(3)(d) tal-TUF u l-Artikolu 47g tar-regolament għal min jirċievi l-offerta ma kinux applikabbli, minħabba li kienu kuntrarji għall-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>It-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (qorti amministrattiva reġjonali ta’ Lazio) ċaħad dawn ir-rikorsi. Skont din il-qorti, il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ ftehim ta’ kollużjoni tikkostitwixxi biss il-kundizzjoni ta’ fatt sabiex il-Consob teżerċita is-setgħa tagħha ta’ tibdil tal-prezz, li l-finalità tagħha hija esklużivament sabiex tistabilixxi sitwazzjoni ta’ ekwità li tipproteġi lill-azzjonisti minoritarji ta’ Camfin, billi tippermettilhom li jiksbu l-istess vantaġġ li jkun inkiseb mid-detentur ta’ sehem ta’ kontroll sinjifikattiv. Hija qieset ukoll li l-kundizzjonijiet sabiex issir domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja ma ġewx issodisfatti, peress li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma toħloq l-ebda dubju fuq ir-risposta li għandha tingħata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fondatezza tad-Deċiżjoni Nru 18662, din il-qorti kkunsidrat li ma huwiex neċessarju li l-Consob turi li l-aġir tal-partijiet kien volontarjament intiż li jevita l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-OPA, iżda biss li huwa oġġettivament xieraq li jkun hemm dan l-effett minħabba l-għoti lil MCI ta’ korrispettiv iktar sinjifikattiv minn dak iddikjarat għall-finijiet tal-OPA, jiġifieri ix-xiri ta’ azzjonijiet ta’ Pirelli b’prezz imnaqqas. Fl-analiżi globali tal-interessi differenti tal-operaturi involuti, hija kkunsidrat li l-ftehim ma’ MCI kien jikkostitwixxi għan segwit mill-firmatarji tal-ftehim Pirelli li jwettqu l-operazzjoni ta’ xiri ta’ Camfin, iżda wkoll mill-firmatarji l-oħra kollha tal-ftehim, li kienu persuni oġġettivament ikkonċernati mill-konklużjoni ta’ ftehim globali bejn MTP u MCI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-kumpanniji li ġew miċħuda fl-ewwel istanza appellaw mis-sentenzi li kienu jikkonċernawhom quddiem il-Consiglio di Stato (kunsill tal-istat, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tfakkar l-ewwel nett ir-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> tad-dispożizzjonijiet dwar id-determinazzjoni tal-prezz tal-OPA obbligatorju u tesponi l-kunsiderazzjonijiet prinċipali tas-sentenzi tal-ewwel istanza. Sussegwentement, hija tippreżenta s-sustanza tal-argumenti tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, skont liema l-eżistenza ta’ element volontarju tal-kollużjoni tal-parteċipanti fiha tagħti lill-awtorità superviżorja setgħa diskrezzjonali illimitata fl-evalwazzjoni tal-aġir tal-offerent u tal-bejjiegħ, kif ukoll tat-terzi li joperaw fis-suq. Skonthom, tali setgħa diskrezzjonali huwa inkompatibbli mar-rekwiżit ta’ sigurtà fid-definizzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> tal-aġir rilevanti għall-finijiet taż-żieda tal-prezz tal-OPA.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li jeżistu, fost l-oqsma differenti tad-dritt Taljan, dispożizzjonijiet li jikklassifikaw ċertu aġir ta’ kollużjoni u li fihom dan il-kunċett għandu s-sens ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>ftehim klandestin u frawdolenti għad-detriment ta’ terzi, u li jevita d-dispożizzjonijiet statutorji obbligatorji<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, li jippreżupponi l-eżistenza ta’ element volontarju intenzjonali tal-parteċipanti kollha fil-ftehim. Issa, jekk wieħed japplika dan il-kunċett, kif inhu, fil-qasam legali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-aggravji tal-appell ikollhom jintlaqgħu, peress li l-kumpanniji li ċedew l-ishma tagħhom f’Pirelli lil MCI huma estranji għal kull ftehim klandestin u frawdolenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju rrilevat l-ispeċifiċità tal-qasam ġuridiku inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tinsab fin-natura regolatorja u mhux ripressiva tas-setgħa ta’ tibdil mogħtija lill-Consob u li tista’ tostakola traspożizzjoni pura u sempliċi, f’dan il-qasam ġuridiku, tat-tifsira tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>kollużjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> kif jeżisti fl-oqsma l-oħra tad-dritt Taljan. Hija tenfasizza wkoll li, fid-dritt tal-kompetizzjoni u tal-leġiżlazzjoni konnessa mas-swieq, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ftehim projbit<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jista’ wkoll jiġi dedott mill-aġir apparentement awtonomu tal-operaturi fil-każ fejn dan l-aġir jwassal oġġettivament għall-effett projbit mil-liġi. Minn dan jirriżulta li, kif iddeċieda t-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (qorti amministrattiva reġjonali ta’ Lazio), sabiex tiġi kkonstatata l-kollużjoni, ma huwiex neċessarju li l-awtorità turi li l-aġir tal-partijiet kellu bħala għan li jevita l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-OPA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Bħall-partijiet fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, madankollu, dwar il-punt jekk minħabba in-natura mhux speċifikata tiegħu, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kollużjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, kif sostnuta fit-TUF u r-regoli applikabbli għal min jirċievi l-offerta, huwiex f’kontradizzjoni mal-prinċipju ta’ ċertezza tal-kundizzjonijiet tas-setgħa ta’ tibdil tal-prezz tal-OPA mill-awtoritajiet nazzjonali, prevista fis-subparagrafu 2 tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25. Hija tinnota li l-operaturi tas-suq ta’ kumpannija elenkata ma jistgħux iwettqu evalwazzjoni minn qabel tal-aġir li għandu jiġi adottat qabel l-OPA, fatt li għandu bħala konsegwenza li l-aġir newtru u leċitu abbażi ta’ ta’ evalwazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> jista’ jiġi kklassifikat <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT>, abbażi ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid ibbażata esklużivament fuq l-effetti oġġettivi ta’ sitwazzjoni iktar kumplessa, mhux magħrufa mill-operaturi u mill-persuni involuti, ta’ aġir kollużorju li jiġġustifika żieda tal-prezz tal-OPA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju ddeċidiet li tissospendi l-proċedimenti quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Leġizlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 106(3)(d), punt (2) tad-Digriet Leġiżlattiv tal-<DATE ISO="19980224">24 ta’ Frar 1998</DATE>, Nru 58 (liġi kkonsolidata tad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ intermedjazzjoni finanzjarja, fis-sens tal-Artikoli 8 u 21 tal-Liġi tas-<DATE ISO="19960206">6 ta’ Frar 1996</DATE>, Nru 52) u l-emendi suċċessivi, u bħall-Artikolu 47g tad-deċiżjoni tal-Commissione Nazionale per le Società e la Borsa – Consob Nru. 11971, tal-<DATE ISO="19990514">14 ta’ Mejju 1999</DATE> (Regolament ta’ Applikazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv tal-<DATE ISO="19980224">24 ta’ Frar 1998</DATE>, Nru 58, dwar ir-regolamentazzjoni tal-emittenti) u l-emendi suċċessivi, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu lill-Consob iżżid il-prezz tal-offerta pubblika ta’ xiri, previst fl-Artikolu 106 imsemmi hawn fuq, meta tkun issodisfatta l-kundizzjoni li tgħid li <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>kien hemm kollużjoni bejn l-offerent u l-persuni li jaġixxu bi ftehim ma’ dan tal-aħħar u bejjiegħ wieħed jew iktar<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>, mingħajr ma tippreċiża l-aġir speċifiku li jikkostitwixxi dan il-kunċett ta’ kollużjoni, u għaldaqstant mingħajr ma tiddetermina b’mod ċar iċ-ċirkustanzi u l-kriterji li fil-preżenza tagħhom il-Consob hija awtorizzata żżid il-prezz tal-offerta pubblika ta’ xiri, tipprekludi l-applikazzjoni korretta tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, fuq offerti ta’ xiri, fid-dawl tal-prinċipji ġenerali previsti mill-Artikolu 3(1) tal-istess direttiva, kif ukoll l-applikazzjoni korretta tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità, ta’ raġonevolezza, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tal-mistoqsija preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali li żżid il-prezz tal-OPA f’każ ta’ kollużjoni, mingħajr ma tispeċifika l-aġir speċifiku li jikkaratterizza dan il-kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-premessi 1 sa 3 u 9 tagħha, id-Direttiva 2004/25 għandha bħala għan li tipproteġi l-interessi tad-detenturi ta’ sigurtajiet ta’ kumpanniji li l-kontroll tagħhom ikun ittieħed minn persuna fiżika jew ġuridika u hija intiża, f’din il-perspettiva, li tiżgura ċ-ċarezza u t-trasparenza tar-regoli fil-qasam tal-OPA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, konformement mal-Artikolu 1(1) tagħha, din id-direttiva tipprevedi miżuri ta’ koordinazzjoni tad-drittijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-OPA ta’ sigurtajiet koperti bid-dritt ta’ wieħed minn dawn l-Istati, meta dawn is-sigurtajiet kollha jew parti minnhom ikunu aċċettati għall-kummerċ fis-suq irregolat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva tistabilixxi, billi tikklassifikahom bħala prinċipji ġenerali, il-prinċipji gwida li għandhom jiġu osservati fl-applikazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091015">15 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Audiolux <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-101/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:626">EU:C:2009:626</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fost dawn il-prinċipji jidher dak il-prinċipju li, meta persuna tikseb il-kontroll ta’ kumpannija, id-detenturi tas-sigurtajiet l-oħra għandhom ikunu protetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Bil-għan li tiġi żgurata l-osservanza għall-imsemmija prinċipji, l-Artikolu 3(2)(a) u (b), tad-Direttiva 2004/25 jipprevedi li l-Istati Membri, minn naħa, jissorveljaw li r-rekwiżiti minimi stabbiliti minn din id-direttiva jiġu osservati u, min-naħa l-oħra, ikunu jistgħu jipprevedu kundizzjonijiet addizzjonali u dispożizzjonijiet iktar stretti minn dawk li huma previsti mill-imsemmija direttiva għall-irregolar tal-offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Il-protezzjoni tal-azzjonisti f’minoranza, l-offerta obbligatorja u l-prezz raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, l-Artikolu 5 ta’ din l-istess direttiva jipprevedi, li bil-għan li jipproteġi l-interessi tad-detenturi tas-sigurtajiet ta’ kumpanniji, huma imposti essenzjalment żewġ regoli fuq l-Istati Membri u oħra li jistgħu jagħżlu li japplikaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/25 jistabbilixxi l-prinċipju tal-offerta obbligatorja ta’ xiri ta’ sehem ta’ kumpannija partikolari. Huwa jipprevedi li fejn persuna naturali jew legali, bħala riżultat tal-akkwist tagħha jew tal-akkwist minn persuni li qed jaħdmu magħha, iżżomm sigurtajiet tal-kumpannija li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, li b’żieda mal-ishma kollha tagħha u tal-persuni li qed jaħdmu flimkien magħha, iżommu diġà, b’mod dirett jew indirett, jagħtuha l-persentaġġ speċifiku tad-drittijiet tal-vot f’dik il-kumpannija, li jagħtuha l-kontroll ta’ dik il-kumpannija, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li persuni bħal dawn ikunu meħtieġa jagħmlu offerta bħala mezz ta’ protezzjoni għall-azzjonisti f’minoranza ta’ dik il-kumpannija, din l-offerta għandha tkopri l-ishma kollha ta’ dawn l-azzjonisti prezz raġonevoli kif iddefinit fl-Artikolu 5(4) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Wara, bil-għan ukoll li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-azzjonisti minoritarji tal-kumpannija koperta mill-OPA, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 jikkunsidra, prinċipalment, bħala li huwa l-prezz raġonevoli il-prezz l-iktar għoli mħallas għall-istess sigurtajiet mill-offerent, jew mill-persuni li jaħdmu flimkien miegħu, matul perijodu determinat mill-Istati Membri, ta’ sitt xhur minimu sa tnax-il xahar massimu qabel l-offerta msemmija fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 jipprevedi li, salv li jiġu osservati l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom imsemmija fl-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, sabiex ibiddlu l-prezz raġonevoli fiċ-ċirkustanzi u skont kriterji determinati. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu, minn naħa, jikkompilaw lista ta’ ċirkustanzi li fihom dan il-prezz raġonevoli jista’ jiġi mibdul, ’il fuq jew ’l isfel, u, minn naħa l-oħra, jiddefinixxu l-kriterji li għandhom jintużaw f’dawn il-każijiet, billi jispeċifikaw li dawn iċ-ċirkustanzi u l-kriterji għandhom ikunu ddeterminati b’mod ċar. Eżempji ta’ dawn iċ-ċirkustanzi u ta’ dawn il-kriterji jissemmew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li, meta Stat Membru jkun iddeċieda li jawtorizza l-awtorità superviżorja sabiex tbiddel il-prezz raġonevoli, iddefinit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25, bil-għan li jistabbilixxi l-prezz li bih għandha sseħħ l-OPA, din is-setgħa ta’ tibdil għandha tiġi eżerċitata fl-osservanza tal-prinċipji gwida msemmija fl-Artikoli 3(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, meta jiġu stabbiliti, konformement mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tal-imsemmija direttiva, iċ-ċirkustanzi determinati li fihom l-imsemmija setgħa ta’ tibdil tista’ tiġi eżerċitata, l-Istat Membru għandu jieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-interessi tad-detenturi ta’ sigurtajiet tal-kumpannija li l-kontroll tagħha jkun ġie meħud minn persuna fiżika jew ġuridika, kif stabbilit fl-imsemmi Artikolu 3(1).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandha tingħata r-risposta għad-domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-portata tal-kwistjoni hija doppja. Minn naħa, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-punt ta’ jekk kunċett legali astratt li ma jirreferixxix għal aġir preċiżament identifikat jikkostitwixxix ċirkustanza determinata b’mod ċar fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25. Min-naħa l-oħra, hija tistaqsi dwar il-punt ta’ jekk iċ-ċirkustanza li dan l-istess kunċett ikopri tifsira differenti f’oqsma oħra tad-dritt nazzjonali mill-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistax ikollu effett fuq ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel kwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali żżomm il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Kollużjoni bejn l-offerent u l-persuni li jaħdmu flimkien miegħu u bejjiegħ wieħed jew iktar minn wieħed<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> bħala waħda miċ-ċirkustanzi determinati li fihom l-awtorità superviżorja tista’ tbiddel ’il fuq fil-prezz raġonevoli ta’ OPA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 jagħti lill-Istati Membri setgħa diskrezzjonali sabiex jiġu ddefiniti ċ-ċirkustanzi li fihom l-awtoritajiet superviżorji tagħhom jistgħu jbiddlu l-prezz raġonevoli, bil-kundizzjoni, madankollu, li dawn iċ-ċirkustanzi jiġu ddeterminati b’mod ċar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tindika li l-Istati Membri jistgħu jikkompilaw lista ta’ dawn iċ-ċirkustanzi u ssemmi, għal dan il-għan, diversi eżempji li jirreferu għal formulazzjonijiet ġenerali sabiex juru ċ-ċirkustanzi li jistgħu jiġġustifikaw bidla ’il fuq jew ’l isfel tal-prezz raġonevoli, bħalma huma ftehim bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ, avvenimenti eċċezzjonali jew manipulazzjoni tal-prezz tas-sigurtajiet inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, kif ġie rrilevat, essenzjalment, mill-Avukat Ġenerali fil-punti 52 u 53 tal-konklużjonijiet tiegħu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 ma jistax jiġi interpretat bħala li jipprekludi li Stat Membru jirrikorri, fil-leġiżlazzjoni li jadotta sabiex jittrasponi din id-dispożizzjoni, għal kunċett legali astratt, bħalma hu, f’dan il-każ, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>kollużjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, bħala ċirkustanza determinata b’mod ċar fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, per se, ir-riferiment għal kunċett legali astratt ma jistax ifisser li r-regola nazzjonali li tinkludiha fiha hija daqstant ambigwa li tipprekludi li l-Istat Membru li jkun adottaha ma jkunx jista’ jqajjem b’ċertezza suffiċjenti dubji eventwali fuq il-portata u s-sens tal-imsemmija regola (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050414">14 ta’ April 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il-Belġju vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-110/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:223">EU:C:2005:223</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Ċertament, kemm l-osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, kif ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata l‑applikazzjoni sħiħa tad-direttiva, fid-dritt u mhux biss fil-fatt, jeżiġu li l-Istat Membri kollha jirriproduċu r-rekwiżiti tad-direttiva inkwistjoni f’qafas legali ċar, preċiż u trasparenti li jipprevedi dispożizzjonijiet vinkolanti fil-qasam ikkonċernat minn din id-direttiva (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001116">16 ta’ Novembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-214/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:624">EU:C:2000:624</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100114">14 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-343/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:14">EU:C:2010:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, dawn ir-rekwiżiti ma jistgħux jinftiehmu bħala li jimponu li standard li juża l-kunċett ġuridiku astratt isemmi l-ipoteżijiet konkreti differenti li fihom dan il-kunċett jista’ jiġi applikat, sa fejn dawn l-ipoteżijiet ma jistgħux jiġu determinati minn qabel mil-leġiżlatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 ma jistax jiġi interpretat bħala li jimponi li Stat Membru, li, fil-leġiżlazzjoni li jadotta sabiex jittrasponi din id-dispożizzjoni, jipprevedi, bħal fil-kawża prinċipali, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>kollużjoni bejn l-offerent u l-persuni li jaħdmu flimkien miegħu u bejjiegħ wieħed jew iktar minn wieħed<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> bħala li hija waħda miċ-ċirkustanzi determinati b’mod ċar fis-sens li l-imsemmija dispożizzjoni, li tispeċifika l-aġir speċifiku li jikkaratterizza tali kollużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-punt ta’ jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva jipprekludi li Stat Membru jirreferi, sabiex jiddefinixxi waħda miċ-ċirkustanzi li fihom il-prezz raġonevoli jista’ jinbidel, għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>kollużjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, li jkopri, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tifsira differenti minn dik li ġiet mogħtija lilu f’oqsma oħra tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Sa fejn din id-dispożizzjoni ssegwi l-għan ta’ protezzjoni tad-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija suġġetta għal OPA, u b’mod partikolari, l-azzjonisti minoritarji, stabbilit bid-Direttiva 2004/25 u rrilevat fil-punti 24 sa 33 ta’ din is-sentenza, meta Stat Membru jirreferi għal kunċett bħalma huwa dak ta’ kollużjoni sabiex jiddefinixxi waħda miċ-ċirkustanzi li fihom il-prezz raġonevoli jista’ jinbidel, iċ-ċirkustanza li dan il-kunċett ikopri sens differenti f’oqsma oħra tad-dritt nazzjonali ma jipprekludix li, meta użat fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-OPA, huwa jkun jista’ jiġi kkunsidrat bħala li jissodisfa r-rekwiżiti tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minħabba f’hekk, sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta’ ċertezza legali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interpretazzjoni li tingħata lil dan il-kunċett fil-qasam tal-OPA jista’ jiġi dedott b’mod suffiċjentement ċar, preċiż u prevedibbli mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, permezz ta’ metodi ta’ interpretazzjoni rikonoxxuti mid-dritt intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Hi l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>kollużjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-awtorità superviżorja nazzjonali, li żżid il-prezz ta’ OPA f’każ ta’ kollużjoni mingħajr ma tispeċifika l-aġir speċifiku li jikkaratterizza dan il-kunċett, sakemm l-interpretazzjoni tal-imsemmi kunċett tista’ tiġi dedotta b’mod suffiċjentement ċar, preċiż prevedibbli minn din il-leġiżlazzjoni, permezz ta’ metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti mid-dritt intern.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Nru 2004/25/KE, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, fuq offerti ta’ xiri, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-awtorità superviżorja nazzjonali, li żżid il-prezz ta’ OPA f’każ ta’ kollużjoni mingħajr ma tispeċifika l-aġir speċifiku li jikkaratterizza dan il-kunċett, sakemm l-interpretazzjoni tal-imsemmi kunċett tista’ tiġi dedotta b’mod suffiċjentement ċar, preċiż prevedibbli minn din il-leġiżlazzjoni, permezz ta’ metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti mid-dritt intern.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>