European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/125

21.1.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/125

tal-20 ta’ Jannar 2025

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom sabiex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fil-provinċja ta’ Ontario, li ġew ikkonfermati fis-27 ta’ Diċembru 2024 u t-2 ta’ Jannar 2025, rispettivament permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fil-kontea ta’ Norfolk, l-Ingilterra, u fiż-żona amministrattiva ta’ Angus, l-Iskozja li ġew ikkonfermati fit-28 ta’ Diċembru 2024 u fl-10 ta’ Jannar 2025 rispettivament permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 24 tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ Arkansas (1) California (6), Delaware (2), Indiana (1), Michigan (4), Mississippi (1), Missouri (1), Nebraska (1), North Carolina (1), Ohio (2), South Carolina (1), South Dakota (1), West Virginia (1) u Wisconsin (1), li ġew ikkonfermati bejn l-24 ta’ Diċembru 2024 u s-7 ta’ Jannar 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(8)

Wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(9)

Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat aktar tixrid tal-HPAI wara dawn it-tifqigħat reċenti tal-HPAI.

(10)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat reċenti jenħtieġ li jiġi sospiż sabiex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(11)

Barra minn hekk, il-Kanada pprovdiet informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħha fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(12)

Il-Kanada ppreżentat informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ żewġ tifqigħat tal-HPAI fil-provinċja ta’ British Columbia, li ġew ikkonfermati fil-31 ta’ Ottubru 2024 u fil-21 ta’ Novembru 2024 rispettivament permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(13)

Il-Kanada ppreżentat ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadet biex tipprevjeni aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara dawk it-tifqigħat tal-HPAI, il-Kanada implimentat politika ta’ qerda biex tikkontrolla u tillimita it-tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll lestiet ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettat.

(14)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni li ppreżentat il-Kanada, u jidhrilha li din ipprovdiet garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti fl-Unjoni miż-żoni kkonċernati, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex ta’ theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni kkonċernati tal-Kanada, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex ikunu jqisu s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti.

(16)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Kanada, l-emendi li għandhom isiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi bħala kwistjoni ta’ urġenza.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

EMENDI TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2021/404

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.241 hija sostitwita b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.241

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

31.10.2024

15.1.2025”

(ii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.246 hija sostitwita b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.246

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

21.11.2024

15.1.2025”

(iii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.252 u CA-2.253 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.251:

“CA

Il-Kanada

CA-2.252

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

27.12.2024

 

CA-2.253

N, P1

 

2.1.2025”

 

(iv)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.341 u GB-2.342 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.340:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.341

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

28.12.2024

 

GB-2.342

N, P1

 

10.1.2025”

 

(v)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.798 sa US-2.821 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.797:

“US

L-Istati Uniti

US-2.798

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

27.12.2024

 

US-2.799

N, P1

 

27.12.2024

 

US-2.800

N, P1

 

24.12.2024

 

US-2.801

N, P1

 

27.12.2024

 

US-2.802

N, P1

 

2.1.2025

 

US-2.803

N, P1

 

3.1.2025

 

US-2.804

N, P1

 

3.1.2025

 

US-2.805

N, P1

 

31.12.2024

 

US-2.806

N, P1

 

30.12.2024

 

US-2.807

N, P1

 

30.12.2024

 

US-2.808

N, P1

 

30.12.2024

 

US-2.809

N, P1

 

31.12.2024

 

US-2.810

N, P1

 

31.12.2024

 

US-2.811

N, P1

 

31.12.2024

 

US-2.812

N, P1

 

4.1.2025

 

US-2.813

N, P1

 

4.1.2025

 

US-2.814

N, P1

 

7.1.2025

 

US-2.815

N, P1

 

3.1.2025

 

US-2.816

N, P1

 

4.1.2025

 

US-2.817

N, P1

 

9.1.2025

 

US-2.818

N, P1

 

7.1.2025

 

US-2.819

N, P1

 

9.1.2025

 

US-2.820

N, P1

 

8.1.2025

 

US-2.821

N, P1

 

31.12.2025”

 

(b)

il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni CA-2.252 u CA-2.253 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.251:

“Il-Kanada

CA-2.252

Ontario — Latitudni 43.05, Lonġitudni -81.03

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Thamesford

10 km SZ: Cobble Hill, Kintore, Holiday, Dunn’s Corners, Ingersoll, Dicksons Corners, Banner, Putnam, Nilestown and Thorndale

CA-2.253

Ontario — Latitudni 43.14, Lonġitudni -81.51

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Ailsa Craig and Carlisle

10 km SZ: West McGillivray, Brinsley, Mooresville, Clandeboye, Lucan, Dengate, Bowood, Fernhill and Nairn”

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni GB-2.341 u GB-2.342 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.340:

“Ir-Renju Unit

GB-2.341

near Beverley, East Riding of Yorkshire, Yorkshire, England, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N53.90 and Long: W0.43

GB-2.342

near Kirriemuir, Angus, Scotland, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N56.70 and Long: W3.08”

(iii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, jiżdiedu d-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.798 sa US-2.821 wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.797:

“L-Istati Uniti

US-2.798

State of Wisconsin

Burnette 01

Burnette County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 92.0723185°W 45.9267560°N)

US-2.799

State of Missouri

Cooper 02

Cooper County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 92.6284035°W 38.8695488°N)

US-2.800

State of California

Stanislaus 12

Stanislaus County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 120.8936711°W 37.7796160°N)

US-2.801

State of California

Stanislaus 15

Stanislaus County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 121.0250010°W 37.5731540°N)

US-2.802

State of California

Stanislaus 16

Stanislaus County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 120.7698195°W 37.5844317°N)

US-2.803

State of California

Stanislaus 17

Stanislaus County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 120.7970001°W 37.6031542°N)

US-2.804

State of California

Butte 04

Butte County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 121.6220145°W 39.4683346°N)

US-2.805

State of California

Riverside 03

Riverside County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 117.1361904°W 33.9054280°N)

US-2.806

State of Nebraska

Johnson 01

Johnson County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 96.3118643°W 40.3816362°N)

US-2.807

State of Mississippi

Copiah 02

Copiah County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 90.6092943°W 31.7900384°N)

US-2.808

State of Arkansas

Clay 01

Clay County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 90.6711883°W 36.5359024°N)

US-2.809

State of South Dakota

Miner 01

Miner County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 97.5517829°W 44.0274764°N)

US-2.810

State of Michigan

Ottawa 04

Ottawa County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 86.0577945°W 42.9455829°N)

US-2.811

State of Michigan

Ottawa 05

Ottawa County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 86.0661846°W 42.9514637°N)

US-2.812

State of Michigan

Ottawa 06

Ottawa County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 86.1073049°W 43.0253169°N)

US-2.813

State of Michigan

Ottawa 07

Ottawa County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 86.1084076°W 43.0192671°N)

US-2.814

State of Indiana

Jay 01

Jay County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.8442941°W 40.6257610°N)

US-2.815

State of West Virginia

Pocahontas 01

Pocahontas County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 79.7561685°W 38.5976913°N)

US-2.816

State of Delaware

Kent 04

Kent County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 75.6876113°W 39.2030333°N)

US-2.817

State of Delaware

Kent 05

Kent County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 75.6758756°W 39.2336703°N)

US-2.818

State of North Carolina

Hyde 01

Hyde County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 76.5026312°W 35.7285291°N)

US-2.819

State of Ohio

Darke 05

Darke County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7163458°W 40.4033690°N)

US-2.820

State of Ohio

Darke 06

Darke County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7747360°W 40.4271757°N)

US-2.821

State of South Carolina

Spartanburg 01

Spartanburg County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 81.9948505°W 35.2469060°N)”;

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.241 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.241

POU, RAT

N, P1

 

31.10.2024

15.1.2025

GBM

P1

 

31.10.2024

15.1.2025”

(b)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.246 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.246

POU, RAT

N, P1

 

21.11.2024

15.1.2025

GBM

P1

 

21.11.2024

15.1.2025”

(c)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.252 u CA-2.253 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona CA-2.251:

“CA

Il-Kanada

CA-2.252

POU, RAT

N, P1

 

27.12.2024

 

GBM

P1

 

27.12.2024

 

CA-2.253

POU, RAT

N, P1

 

2.1.2025

 

GBM

P1

 

2.1.2025”

 

(d)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.341 u GB-2.342 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona GB-2.340:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.341

POU, RAT

N, P1

 

28.12.2024

 

GBM

P1

 

28.12.2024

 

GB-2.342

POU, RAT

N, P1

 

10.1.2025

 

GBM

P1

 

10.1.2025”

 

(e)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.798 sa US-2.821 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona US-2.797:

“US

L-Istati Uniti

US-2.798

POU, RAT

N, P1

 

27.12.2024

 

GBM

P1

 

27.12.2024

 

US-2.799

POU, RAT

N, P1

 

27.12.2024

 

GBM

P1

 

27.12.2024

 

US-2.800

POU, RAT

N, P1

 

24.12.2024

 

GBM

P1

 

24.12.2024

 

US-2.801

POU, RAT

N, P1

 

27.12.2024

 

GBM

P1

 

27.12.2024

 

US-2.802

POU, RAT

N, P1

 

2.1.2025

 

GBM

P1

 

2.1.2025

 

US-2.803

POU, RAT

N, P1

 

3.1.2025

 

GBM

P1

 

3.1.2025

 

US-2.804

POU, RAT

N, P1

 

2.1.2025

 

GBM

P1

 

2.1.2025

 

US-2.805

POU, RAT

N, P1

 

31.12.2024

 

GBM

P1

 

31.12.2024

 

US-2.806

POU, RAT

N, P1

 

30.12.2024

 

GBM

P1

 

30.12.2024

 

US-2.807

POU, RAT

N, P1

 

30.12.2024

 

GBM

P1

 

30.12.2024

 

US-2.808

POU, RAT

N, P1

 

30.12.2024

 

GBM

P1

 

30.12.2024

 

US-2.809

POU, RAT

N, P1

 

31.12.2024

 

GBM

P1

 

31.12.2024

 

US-2.810

POU, RAT

N, P1

 

31.12.2024

 

GBM

P1

 

31.12.2024

 

US-2.811

POU, RAT

N, P1

 

31.12.2024

 

GBM

P1

 

31.12.2024

 

US-2.812

POU, RAT

N, P1

 

4.1.2025

 

GBM

P1

 

4.1.2025

 

US-2.813

POU, RAT

N, P1

 

4.1.2025

 

GBM

P1

 

4.1.2025

 

US-2.814

POU, RAT

N, P1

 

7.1.2025

 

GBM

P1

 

7.1.2025

 

US-2.815

POU, RAT

N, P1

 

3.1.2025

 

GBM

P1

 

3.1.2025

 

US-2.816

POU, RAT

N, P1

 

4.1.2025

 

GBM

P1

 

4.1.2025

 

US-2.817

POU, RAT

N, P1

 

9.1.2025

 

GBM

P1

 

9.1.2025

 

US-2.818

POU, RAT

N, P1

 

7.1.2025

 

GBM

P1

 

7.1.2025

 

US-2.819

POU, RAT

N, P1

 

9.1.2025

 

GBM

P1

 

9.1.2025

 

US-2.820

POU, RAT

N, P1

 

8.1.2025

 

GBM

P1

 

8.1.2025

 

US-2.821

POU, RAT

N, P1

 

31.12.2025

 

GBM

P1

 

31.12.2025”

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/125/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)