19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/3


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1185

tat-13 ta’ Lulju 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2450 fir-rigward tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u r-rappreżentant tiegħu fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja modifikata ġenetikament DAS-44406-6

(notifikata bid-dokument C(2021) 5140)

(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Dow AgroSciences Distribution SAS ibbażata fi Franza, hija r-rappreżentant fl-Unjoni ta’ Dow AgroSciences LLC u M.S. Technologies LLC, it-tnejn ibbażati fl-Istati Uniti, fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja modifikata ġenetikament DAS-44406-6, mogħtija bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2450 (2).

(2)

Permezz tal-ittra tat-22 ta’ Marzu 2021, Corteva Agriscience LLC, ibbażata fl-Istati Uniti informat lill-Kummissjoni li Dow AgroSciences LLC biddlet l-isem għal Corteva Agriscience LLC mill-1 ta’ Jannar 2021.

(3)

Permezz ta’ ittra datata t-22 ta’ Marzu 2021, M.S. Technologies LLC informat lill-Kummissjoni li r-rappreżentant tagħha fl-Unjoni fir-rigward tal-awtorizzazzjoni mogħtija bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2450 kienet Corteva Agriscience Belgium BV, ibbażata fil-Belġju, mid-19 ta’ Marzu 2021.

(4)

Permezz ta’ ittra datata t-22 ta’ Marzu 2021, Corteva Agriscience LLC informat lill-Kummissjoni li r-rappreżentant tagħha fl-Unjoni kienet Corteva Agriscience Belgium BV, ibbażata fil-Belġju, mit-22 ta’ Marzu 2021.

(5)

Permezz ta’ ittra datata t-22 ta’ Marzu 2021, Corteva Agriscience Belgium BV, informat lill-Kummissjoni li taqbel mal-bidliet mitluba.

(6)

Il-bidliet mitluba huma purament amministrattivi fin-natura tagħhom u għalhekk ma jeħtiġux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2450 tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2450

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2450 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Detenturi tal-Awtorizzazzjoni:

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, l-Istati Uniti, u M.S. Technologies LLC, l-Istati Uniti, it-tnejn rappreżentati fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.”

(2)

L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti u lil M.S. Technologies LLC, 103 Avenue D West Point, IA 52656, l-Istati Uniti, rappreżentati fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.”

(3)

fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Detenturi tal-Awtorizzazzjoni:

Isem

:

Corteva Agriscience LLC

Indirizz

:

9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti,

rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium B.V, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju;

kif ukoll

Isem

:

M.S. Technologies LLC

Indirizz

:

103 Avenue D West Point, IA 52656, l-Istati Uniti,

rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.”

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti u lil M.S. Technologies LLC, 103 Avenue D West Point, IA 52656, l-Istati Uniti, rappreżentati fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2450 tal-21 ta’ Diċembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 346, 28.12.2017, p. 16).