31.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8656 — Mitsui/Sime Darby/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 370/04)

1.

Fl-20 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Mitsui & Co., Ltd (“Mitsui”, il-Ġappun)

—

Sime Darby Property (Sungai Kapar) Sdn Bhd (“Sime Darby”, il-Malasja), li tappartjeni għall-grupp Sime Darby.

Mitsui u Sime Darby jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) li għadha kif inħolqot (il-“JV”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Mitsui: kumpanija Ġappuniża ta’ kummerċ ġenerali involuta f’oqsma tan-negozju bħall-makkinarju, l-elettronika, il-ħadid u l-azzar, il-faħam u l-metalli mhux tal-ħadid, il-kimiċi kif ukoll l-enerġija.

—   għal Sime Darby: kumpanija bbażata fil-Malasja prinċipalment involuta fl-iżvilupp tal-proprjetà.

—   għall-JV: hija se takkwista u tiżviluppa plottijiet ta’ art bħala park loġistiku/industrijali fil-Malasja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8656 — Mitsui/Sime Darby/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.