2.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/219

tal-31 ta’ Jannar 2023

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) (EUMM GEORGIA/1/2023)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta’ Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (1) , u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia), inkluż id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fil-11 ta’ Frar 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/200 (2) li taħtar lis-Sur Marek SZCZYGIEŁ bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) mill-15 ta’ Marzu 2020 sal-14 ta’ Diċembru 2020.

(3)

Fil-25 ta’ Novembru 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2163 (3) li testendi l-mandat tas-Sur Marek SZCZYGIEŁ bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUMM GEORGIA mill-15 ta’ Diċembru 2021 sal-14 ta’ Diċembru 2022.

(4)

Fil-25 ta’ Novembru 2022, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2318 (4) estendiet il-mandat tal-EUMM Georgia sal-14 ta’ Diċembru 2024.

(5)

Fil-25 ta’ Jannar 2023, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà propona l-ħatra tas-Sur Dimitrios KARABALIS bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia sal-14 ta’ Diċembru 2023.

(6)

Għaldaqstant jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tas-Sur Dimitrios KARABALIS bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia mill-1 ta’ Frar 2023 sal-14 ta’ Diċembru 2023,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Dimitrios KARABALIS huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) mill-1 ta’ Frar 2023 sal-14 ta’ Diċembru 2023.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2023.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/200 tal-11 ta’ Frar 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/2075 (EUMM GEORGIA/1/2020) (ĠU L 42, 14.2.2020, p. 15).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/2163 tal-25 ta’ Novembru 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM GEORGIA) (EUMM GEORGIA/1/2021) (ĠU L 437, 7.12.2021, p. 3).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2318 tal-25 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 307, 28.11.2022, p. 133).