31.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 308/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9024 — Abry Partners/Link)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 308/06)

1.   

Fl-24 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Abry Partners II LLC (“Abry Partners”, l-Istati Uniti tal-Amerika)

—

Link Mobility Group ASA (“Link”, in-Norveġja)

Abry Partners takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani indirett ta’ Link, permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Abry Partners: tiġġestixxi fondi ta’ ekwità privata. Il-fondi ġestiti minn Abry għandhom interessi f’firxa wiesgħa ta’ negozji li jiffokaw fuq il-midja, il-komunikazzjonijiet, u s-servizzi tan-negozju u l-informazzjoni;

—   Link: hija attiva fis-settur tal-komunikazzjoni ċellulari, li tispeċjalizza f’servizzi ta’ messaġġi permezz taċ-ċellulari, soluzzjonijiet taċ-ċellulari u intelligence taċ-ċellulari, bejn id-diversi industriji u setturi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9024 — Abry Partners/Link

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.