European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2062

11.9.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2026/2062

tal-10 ta’ Settembru 2026

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUMAM Mozambique), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2025/1880 (EUMAM Mozambique/1/2026)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1143 tat-12 ta’ Lulju 2021 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUMAM Mozambique) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1143, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUMAM Mozambique), u huwa awtorizzat li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, inkluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta’ Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.

(2)

Fl-4 ta’ Settembru 2025, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1880 (2), li taħtar il-Komodor César Manuel PIRES CORREIA bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUMAM Mozambique mill-10 ta’ Settembru 2025.

(3)

Fis-16 ta’ Lulju 2026, l-awtoritajiet militari Portugiżi pproponew il-ħatra tal-Kurunell Sérgio LINO de ALMEIDA ESTRELA biex jieħu post il-Komodor César Manuel PIRES CORREIA bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUMAM Mozambique (il-“ħatra proposta”). L-awtoritajiet militari Portugiżi indikaw li l-Kurunell Sérgio LINO de ALMEIDA ESTRELA kien ser jiġi promoss għal Brigadier Ġeneral qabel il-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.

(4)

Fis-27 ta’ Lulju 2026, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUMAM Mozambique appoġġa l-ħatra proposta.

(5)

Fid-29 ta’ Lulju 2026, il-Kumitat Militari tal-UE rrakkomanda li l-Kurunell Sérgio LINO de ALMEIDA ESTRELA jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUMAM Mozambique mill-14 ta’ Settembru 2026.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kurunell Sérgio LINO de ALMEIDA ESTRELA bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUMAM Mozambique.

(7)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1880 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Sérgio LINO de ALMEIDA ESTRELA huwa maħtur bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUMAM Mozambique) mill-14 ta’ Settembru 2026.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2025/1880 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Settembru 2026.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2026.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

L. MANDEL VENSILD


(1)   ĠU L 247, 13.7.2021, p. 93, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1143/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2025/1880 tal-4 ta’ Settembru 2025 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUMAM Mozambique), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2181 (EUMAM Mozambique/1/2025) (ĠU L, 2025/1880, 15.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1880/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2062/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)