|
4.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 447/14 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10449 — KIA / ALMAVIVA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 447/06)
1.
Fil-25 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Kuwait Investment Authority (“KIA”, il-Kuwajt), |
|
— |
Almaviva Capital S.A.S. (“Almaviva”, Franza). |
Kia, permezz ta’ Wren House Infrastructure LP, takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv indirett ta’ Almaviva kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
KIA: tiġġestixxi l-fondi sovrani tal-Istat tal-Kuwajt bħala investitur globali, b’investimenti fiż-żoni ġeografiċi ewlenin kollha (inklużi l-Amerki, l-Ewropa u l-Asja-Paċifiku) u l-klassijiet tal-assi (inklużi proprjetà immobbli, ekwità privata u pubblika, introjtu fiss u swieq ta’ investiment alternattivi madwar id-dinja), |
|
— |
Almaviva: tmexxi l-Grupp Almaviva, attiv fis-settur tas-saħħa u b’mod partikolari jħaddem servizzi dijanjostiċi u tal-kura fl-isptarijiet. Il-Grupp Almaviva huwa attiv fi Franza u għandu attività limitata fil-Kanada. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10449 — KIA / ALMAVIVA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).