|
15.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 161/2011
tat-2 ta’ Diċembru 2011
li temenda l-Anness XXII (Il-liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XXII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/485/UE tal-1 ta’ Settembru 2010 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Awstralja u tal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan il-punt li ġej jidħol wara punt 10fb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/64/UE) tal-Anness XXII tal-Ftehim:
|
“10fc. |
32010 D 0485: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/485/UE tal-1 ta’ Settembru 2010 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Awstralja u tal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, 11.9.2010, p. 6).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2010/485/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 171, 30.6.2011, p. 25.
(2) ĠU L 240, 11.9.2010, p. 6.
(*1) Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar id-Deciżjoni Nru 161/2011 li tinkorpora d-Deċiżjoni 2010/485/KE fil-Ftehim
“Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/485/UE tal-1 ta’ Settembru 2010 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Awstralja u tal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tittratta r-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi. L-inkorporazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.”