<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-547/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0547</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:891">EU:C:2017:891</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20171123">23.11.2017</DATE> – Kawża C‑547/16</P><P>Gasorba et</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 101 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim bejn impriżi</KEYWORD><KEYWORD>Relazzjonijiet kummerċjali bejn operaturi ta’ pompi tal-petrol u kumpanniji taż-żejt u l-gass</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim ta’ xiri esklużiv ta’ karburanti għal perijodu twil</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li biha l-Kummissjoni Ewropea tiddikjara vinkolanti l-impenji ta’ impriża</KEYWORD><KEYWORD>Portata tan-natura vinkolanti ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-impenji fir-rigward tal-qrati nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9(1) u Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑547/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Supremo (qorti suprema, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20161018">18 ta’ Ottubru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20161028">28 ta’ Ottubru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Gasorba SL,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Josefa Rico Gil,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Antonio Ferrándiz González</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, J. Malenovský, M. Safjan, D. Šváby (Relatur) u M. Vilaras, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Gasorba SL, Rico Gil u A. Ferrándiz González, minn D. García Riquelme, procurador, A. Hernández Pardo, abogado, kif ukoll minn L. Ruiz Ezquerra, abogado,</P></ITEM><ITEM><P>għal Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA, minn A. Requeijo Pascua u P. Arévalo Nieto, abogados, kif ukoll minn M. Villarrubia García, abogada,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A Gavela Llopis, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u R. Kanitz, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Castilla Contreras kif ukoll minn F. Jimeno Fernández u C. Urraca Caviedes, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) u tal-Artikolu 101(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Gasorba SL, Josefa Rico Gil u Antonio Ferrándiz González (iktar ’il quddiem, flimkien, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Gasorba <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Repsol<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar il-validità, fir-rigward tal-Artikolu 101 TFUE, ta’ kuntratt ta’ kera ta’ pompa tal-petrol b’obbligu ta’ xiri esklużiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 13 u 22 tar-Regolament Nru 1/2003 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(13)</NO.P><TXT>Fejn, fil-kors tal-proċeduri li jistgħu iwasslu għal ftehim jew il-projbiżjoni ta’ prattiċi, l-impriża toffri l-irbit tal-Kummissjoni bħal meta trid tilħaq il-kunċerni tagħha, il-kummissjoni għandha tkun kapaċi tadotta deċiżjonijiet li jagħmlu dawk ir-rabtiet vinkolanti fuq l-impriża kunċernata. Deċiżjoni ta’ rabta għandha ssib li ma għadx fadal raġunijiet għal azzjoni mil-Kummissjoni mingħajr ma tikkonkludi jekk kienx hemm jew għadx hemm xi ksur. Deċiżjoni[jiet] ta’ rabta huma mingħajr preġudizzju għall-qawwa ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-qrati tal‑Istati Membri li jagħmlu sejba bħal din u jieħdu deċiżjoni fuq il-każ. Deċiżjoni ta’ rabta ma tkunx xieraqa f’każi ffejn il-Kummissjoni qed taħseb li timponi multa.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(22)</NO.P><TXT>Sabiex tiżgura qbil mal-prinċipji ċerti legali u l-applikazzjoni uniformi tal-liġijiet tal-kompettività tal-Kommunità f’sistema ta poteri paralleli, deċizzjonijiet li huma f’kunflit għandhom jiġu evitati. Huwa għalhekk neċessarju li jiġi klarifikat, skont il-liġi tal-preċedent tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-effetti tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-proċeduri tal-qrati u l-awtoritajiet tal-Istati Membri. Deċiżjonijiet ta’ irbit adottati mil-Kummissjoni ma jaffetwax is-saħħa tal-qrati u l-awtoritajiet ta’ Stati Membri li japplikaw l-Artikoli [101] u [102 TFUE].<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament dwar: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Poteri tal-qrati nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Qrati nazzjonali ħa jkollhom is-setgħa li japplikaw l-Artikoli [101] u [102 TFUE].<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-imsemmi regolament, li huwa ddedikat għar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Rabta<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Fejn il-Kummissjoni qed taħseb li tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li ksur jinġieb fit-temm [tmiem] u l-impriża konċernata toffri rabta [impenn] li tilħaq il‑konċerni espressi lilhom mil-Kummissjoni fl-istima preliminari, il-Kummissjoni tista b’deċiżjoni tagħmel dak l-rbit [impenn] vinkolanti fuq l-impriża. Deċiżjoni bħal din tista tiġi adottata għal perjodu speċifiku u ħa [għandha] ttikkonkludi li ma hemmx aktar raġuni għall-azzjoni mil-Kummissjoni.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 1/2003 dwar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Koperazzjoni bejn qrati nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jistabbilixxi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Fil-proċeduri għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [101] jew l-Artikolu [102 TFUE], qrati ta’ Stati Membri jistgħu jistaqsu lil Kummissjoni biex tittrasmettilhom l-informazzjoni fil-pussess tagħha jew l-opinjoni tagħha fuq id-domandi li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1/2003 intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-applikazzjoni uniformi tal-Liġi tal-Kompetizzjoni tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jiddikjara fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Meta il-qrati nazzjonali jiddeċiedu fuq ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi taħt l-Artikolu [101] jew l-Artikolu [102 TFUE] li huma diġa suġġetti għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, huma ma jieħdux id-deċiżjonijiet li jmorru kontra id-deċiżjoni adottata mil-Kummissjoni. Huma jridu jevitaw li jieħdu deċiżjonijiet li huma f’kunflitt ma deċiżjoni kontemplata mil-Kummissjoni fil-proċeduri li jniżjat [mressqa minnha]. Għal dak l-effet, il-qrati nazzjonali jistgħu jagħmlu stima jekk huwiex neċessarju li jpoġġu [jissospendu] dawn il-proċeduri. Dan l-obligu hu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obligazzjonijiet taħt l-Artikolu [267 TFUE].<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="19930215">15 ta’ Frar 1993</DATE>, J. Rico Gil u A. Ferrándiz González ikkonkludew żewġ kuntratti ma’ Repsol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel wieħed minn dawn il-kuntratti intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>att ta’ kostituzzjoni ta’ użufrutt<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> J. Rico Gil u A. Ferrándiz González ikkostitwixxew dritt reali ta’ użufrutt favur Repsol, għal perijodu ta’ 25 sena, fuq biċċa art li tinsab f’Orba (Spanja) u fuq il-pompa tal-petrol mibnija hemmhekk, kif ukoll fuq il-konċessjoni amministrattiva li awtorizzat l-operat ta’ din il-pompa tal-petrol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni wieħed minn dawn il-kuntratti, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>kuntratt ta’ trasferiment tal-operat ta’ pompa tal-petrol, ta’ bini u ta’ industrija u ta’ xiri esklużiv<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>kuntratt ta’ kiri<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), Repsol kriet lil A. Ferrándiz González l-art u l-pompa tal-petrol għal perijodu ta’ 25 sena, bil-korrispettiv ta’ kera fix-xahar ta’ ESP <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> (pesetas Spanjoli) (madwar EUR 60).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19941112">12 ta’ Novembru 1994</DATE>, J. Rico Gil, A. Ferrándiz González u ż-żewġt itfal tagħhom ikkostitwixxew kumpannija Gasorba, li ġiet issurrogata fid-drittijiet ta’ J. Rico Gil u A. Ferrándiz González ibbażati fuq kuntratti konklużi ma’ Repsol, bil-kunsens ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-kuntratt ta’ kera kien jimponi fuq il-kerrejja, matul il-perijodu kollu tal-kuntratt ta’ kera, li jixtru esklużivament mingħand Repsol, li kienet tavżahom perijodikament dwar l-ogħla prezzijiet tal-bejgħ tal-karburant lill-pubbliku u kienet tippermetti lill-kerrejja li jagħtu skontijiet imnaqqsa mill-kummissjoni tagħhom, mingħajr tnaqqis mid-dħul tal-fornitur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni fetħet proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE kontra Repsol. Wara evalwazzjoni preliminari, hija qieset li l-kuntratti ta’ distribuzzjoni esklużiva għal perijodu twil, inklużi l-kuntratti li jorbtu l-partijiet fil-kawża prinċipali, iqajmu dubji dwar il-kompatibbiltà tagħhom mal-Artikolu 101 TFUE, sa fejn setgħu jipprovokaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>effett ta’ saturazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> kbir fuq is-suq Spanjol tal-kummerċ bl-imnut tal-karburant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Bi tweġiba għall-evalwazzjoni preliminari tal-Kummissjoni, Repsol issottomettiet lil din tal-aħħar proposti ta’ impenji li jinkludu, b’mod partikolari, li fil-futur ma tikkonkludix kuntratti ta’ esklużività għal perijodu twil, li toffri inċentivi finanzjarji lill-kerrejja tal-pompi tal-petrol ikkonċernati sabiex itemmu, qabel ma jiskadu, il-kuntratti ta’ xiri għal perijodu twil li kienu jorbtuhom ma’ Repsol, kif ukoll li ma takkwistax, matul perijodu determinat, pompi tal-petrol indipendenti li tagħhom hija ma kinitx diġà l-fornitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-imsemmija impenji ġew reżi obbligatorji permezz tad-Deċiżjoni 2006/446/KE tal-Kummissjoni, tat-<DATE ISO="20060412">12 ta’ April 2006</DATE>, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Kawża COMP/B‑1/38.348 – Repsol CPP) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="176" PAGE.FIRST="104" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 176, p. 104</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>deċiżjoni dwar l-impenji<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Id-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 1</HT></TI.ART><ALINEA>L-impenji […] huma vinkolanti għal Repsol.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 2</HT></TI.ART><ALINEA>Il-proċedura f’din il-kawża għandha tingħalaq.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 3</HT></TI.ART><ALINEA>Din id-deċiżjoni tapplika mid-data tan-notifika tagħha lil Repsol sal-<DATE ISO="20111231">31 ta’ Diċembru 2011</DATE>.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 4</HT></TI.ART><ALINEA>Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Repsol.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Wara l-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni, Gasorba <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ippreżentaw rikors kontra Repsol, quddiem il-Juzgado de lo Mercantil de Madrid Nru 4 (qorti tal-kummerċ ta’ Madrid, Spanja), fis-<DATE ISO="20080417">17 ta’ April 2008</DATE>, intiż, minn naħa, għall-annullament tal-kuntratt ta’ kera għar-raġuni li kien kuntrarju għall-Artikolu 101 TFUE u, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-danni li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-imsemmi kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Madankollu, dawn ġew miċħuda, qabel kollox, permezz ta’ sentenza mogħtija fit-<DATE ISO="20110708">8 ta’ Lulju 2011</DATE> minn din il-qorti, imbagħad, fl-appell, permezz ta’ sentenza ta’ konferma tal-Audiencia Provincial de Madrid (qorti provinċjali ta’ Madrid, Spanja) tas-<DATE ISO="20140127">27 ta’ Jannar 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li d-deċiżjoni dwar l-impenji ma tipprekludix qorti nazzjonali milli tannulla kuntratt kopert minn din l-istess deċiżjoni minħabba ksur tal-Artikolu 101 TFUE, Gasorba <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ippreżentaw appell ta’ kassazzjoni quddiem it-Tribunal Supremo (qorti suprema, Spanja).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Din il-qorti tal-aħħar tqis li jeżistu dubji dwar il-portata tal-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali fir-rigward tal-Artikoli 9 u 16 tar-Regolament Nru 1/2003. F’dan ir-rigward hija tindika li l-Kummissjoni tidher li mminimizzat l-effett tad-deċiżjoni fuq l-impenji billi indikat, fl-avviż tat-<DATE ISO="20090708">8 ta’ Lulju 2009</DATE>, mitlub abbażi tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 1/2003 mill-Juzgado de lo Mercantil de Barcelona (qorti tal-kummerċ ta’ Barcelona) fil-kuntest tal-kawża li tat lok għad-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Bright Service</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑142/13</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:204">EU:C:2014:204</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li din id-deċiżjoni ma tippreġudikax l-analiżi li l-Kummissjoni tista’ twettaq abbażi ta’ investigazzjonijiet sussegwenti u ta’ fatti addizzjonali. L-imsemmija deċiżjoni lanqas ma tippreġudika l-analiżi li għandha twettaq il-qorti nazzjonali. Skont il-Kummissjoni, id-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 għandhom bħala l-uniku għan tagħhom li jagħmlu obbligatorji, għall-impriżi kkonċernati, l-impenji proposti mill-partijiet sabiex jirrimedjaw il-problemi tal-kompetizzjoni kkonstatati, iżda ma jippronunzjawx ruħhom fuq l-eżistenza ta’ ksur passat jew attwali tal-Artikoli 101 jew 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Supremo (qorti suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1)</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1/2003 […] id-deċiżjoni dwar l-impenji tipprekludi li qorti nazzjonali tkun tista’ tannulla l-ftehimiet li tirreferi għalihom din id-deċiżjoni minħabba t-tul ta’ żmien tal-klawżola ta’ provvista esklużiva, minkejja li jistgħu jiġu ddikjarati nulli minħabba kawżi oħra bħal, pereżempju, l-impożizzjoni mill-fornitur fuq ix-xerrej (jew fuq il-bejjiegħ mill-ġdid) ta’ prezz minimu ta’ bejgħ lill-pubbliku?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’din l-ipoteżi, jista’ jitqies li l-kuntratti għal perijodu twil affettwati mid-deċiżjoni fuq l-impenji […] jibbenefikaw, bis-saħħa ta’ din id-deċiżjoni, minn eżenzjoni individwali taħt l-Artikolu 101(3) TFUE?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1/2003 għandux jiġi interpretat li jipprekludi lill-qorti nazzjonali milli tannulla ftehim bejn impriżi abbażi tal-Artikolu 101(2) TFUE, meta l-Kummissjoni tkun aċċettat minn qabel l-impenji li saru fil-kuntest tal-istess ftehim u reżi obbligatorji f’deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1/2003, moqri fid-dawl tal-premessa 22 ta’ dan l-istess regolament, l-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni hija bbażata fuq sistema ta’ kompetenzi paralleli fil-kuntest ta’ liema kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-qrati nazzjonali jistgħu japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-uniformità tal-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni hija ggarantita b’mod partikolari mill-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1/2003 li jobbliga lill-qrati nazzjonali li ma jiħdux deċiżjonijiet li jmorru kontra deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ proċedura miftuħa skont ir-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 9(1) tal-imsemmi regolament jirriżulta li deċiżjoni meħuda abbażi ta’ dan l-artikolu għandha bħala effett b’mod partikolari li tirrendi obbligatorji l-impenji, proposti mill-impriżi, li huma ta’ natura li jwieġbu għall-preokkupazzjonijiet kompetittivi identifikati mill-Kummissjoni matul l-evalwazzjoni preliminari tagħha. Għandu jiġi kkonstatat li tali deċiżjoni ma tiċċertifikax il-konformità tal-prattika, li kienet is-suġġett tal-preokkupazzjonijiet, mal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003, moqri fid-dawl tal-premessa 13 ta’ dan ir-regolament, il-Kummissjoni tista’ tagħmel biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>evalwazzjoni preliminari<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tas-sitwazzjoni kompetittiva, mingħajr ma, sussegwentement, id-deċiżjoni dwar l-impenji meħuda abbażi ta’ dan l-artikolu tistabbilixxi jekk kienx hemm ksur jew le, ma jistax jiġi eskluż li qorti nazzjonali tikkonkludi li l-prattika li hija s-suġġett tad-deċiżjoni dwar l-impenji tikser l-Artikolu 101 TFUE u li, billi tagħmel hekk, hija tintendi, b’differenza mill-Kummissjoni, li tistabbilixxi ksur ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-premessi 13 u 22 tar-Regolament Nru 1/2003, moqrija flimkien, jispeċifikaw espliċitament li d-deċiżjonijiet dwar l-impenji, huma bla preġudizzju għall-fakultà li għandhom l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-qrati tal-Istati Membri li jiddeċiedu l-kawża, u ma jaffettwawx is-setgħa li għandhom il-qrati u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li deċiżjoni meħuda abbażi tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003 ma toħloqx aspettattiva leġittima fir-rigward tal-impriżi kkonċernati dwar il-fatt li l-aġir tagħhom ikun konformi mal-Artikolu 101 TFUE. Fil-fatt, kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-deċiżjoni dwar l-impenji ma tistax ma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>tillegalizzax<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> l-aġir tal-impriża kkonċernata fis-suq, u wisq inqas retroattivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-qrati nazzjonali ma jistgħux jinjoraw deċiżjonijiet bħal dawn. Fil-fatt, dawn l-atti huma, fi kwalunkwe każ, ta’ natura deċiżiva. Barra minn hekk, kemm il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, stipulat fl-Artikolu 4(3) TUE, kif ukoll l-għan ta’ applikazzjoni effettiva u uniformi tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jirrikjedu li l-qorti nazzjonali tikkunsidra l-evalwazzjoni preliminari tal-Kummissjoni u li tikkunsidraha bħala indizju, jew saħansitra bħala provi <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, tan-natura antikompetittiva tal-ftehim inkwistjoni fid-dawl tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandha tingħata risposta għall-ewwel domanda li l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni dwar l-impenji adottata mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ċerti ftehimiet bejn impriżi, skont l-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament, ma tipprekludix lill-qrati nazzjonali milli jeżaminaw il-konformità tal-imsemmija ftehimiet mar-regoli tal-kompetizzjoni u jikkonstataw, fejn xieraq, l-annullament ta’ dawn tal-aħħar skont l-Artikolu 101(2) TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101] u [102 TFUE] għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni dwar l-impenji adottata mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ ċerti ftehimiet bejn impriżi, skont l-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament, ma tipprekludix lill-qrati nazzjonali milli jeżaminaw il-konformità tal-imsemmija ftehimiet mar-regoli tal-kompetizzjoni u jikkonstataw, fejn xieraq, l-annullament ta’ dawn tal-aħħar skont l-Artikolu 101(2) TFUE.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>