21.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/152


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/815

tal-20 ta’ Mejju 2021

li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/450/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/450/PESK tal-10 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/423/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/450/PESK.

(2)

Fil-5 ta’ Marzu 2021, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1591 (2005) tal-KSNU approva t-tneħħija ta’ persuna waħda mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/450/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/450/PESK huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. SANTOS SILVA


(1)   ĠU L 203, 11.7.2014, p. 106.


ANNESS

Fil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/450/PESK, titħassar l-entrata għall-persuna li ġejja:

3.

SHAREIF, Adam.