<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0600583701.case.xml"><NO.CASE>C-98/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009J0098</NO.CELEX><NO.SEQ>0029.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-5861</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-5884</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>24</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20100624">24.6.2010</DATE> — KAWŻA C-98/09</LEFT><RIGHT>SORGE</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzj</HT>A (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20100624">24 ta’ Ġunju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-98/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mit-Tribunale di Trani (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20080609">9 ta’ Ġunju 2008</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20090306">6 ta’ Marzu 2009</DATE>, fil-kawża</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Francesca Sorge</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Poste Italiane SpA</HT>,</P></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-5862"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J. -C. Bonichot, President tal-Awla, C. Toader, K. Schiemann, P. Kūris (Relatur) u L. Bay Larsen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal F. Sorge, minn V. Martire u V. De Michele, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Poste Italiane SpA, minn R. Pessi, L. Fiorillo u A. Maresca, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><?PAGE NO="I-5863"?><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. M. Wissels u M. Noort, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. van Beek u C. Cattabriga, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20100422">22 ta’ April 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Ftehim Qafas<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE>, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill-ETUC [CES], mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn F. Sorge u l-impriża li timpjegaha, Poste Italiane SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Poste Italiane<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar il-legalità tal-klawżola dwar in-natura determinata taż-żmien tal-kuntratt ta’ xogħol tal-persuna kkonċernata mingħajr ma jissemma la l-isem tal-ħaddiem issostitwit u lanqas ir-raġunijiet għaliex dan tal-aħħar kien assenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5864"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 1999/70 hija bbażata fuq l-Artikolu 139(2) KE u hija intiża, skont l-Artikolu 1 tagħha, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>li [ġ]ġib fis-seħħ il-ftehim qafas [...] konkluż [...] bejn l-organizzazzjonijiet ġenerali ta’ l-industrija (ETUC [CES], UNICE u CEEP) annessi hawn<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, f’dan il-każ il-Ftehim Qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE>, bejn dawn l-organizzazzjonijiet sindakali.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-premessa 3 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Il-Punt 7 tal-Karta Komunitarja dwar id-drittijiet Fondamentali Soċjali tal-Ħaddiema jipprovdi, inter alia, li "l-kompletazzjoni tas-suq għandha twassal għal titjib fil-kondizzjonijiet ta’ l-għixien u tax-xogħol tal-ħaddiema fil-Komunità Ewropea. Dan il-proċess għandu jirriżulta minn approssimazzjoni ta’ dawn il-kondizzjonijiet waqt li jinżamm it-titjib, fir-rigward ta’ forom partikolari ta’ impjieg [xogħol] ta’ xort’ oħra minn impjieg b’kuntratti mingħajr terminu fiss [xogħol għal żmien indeterminat], bħal kuntratti għal terminu fiss [xogħol għal żmien determinat], xogħol part–time, xogħol temporanju u xogħol staġjonali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></ITEM></LIST></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>It-tieni paragrafu tal-preambolu tal-Ftehim Qafas jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-partijiet għal dal-ftehim jirrikonoxxu li l-kuntratti għal żmien indefinit [indeterminat] huma, u jibqgħu ikunu, il-forma ġenerali ta’ relazzjoni ta’ impjieg [tar-relazzjonijiet ta’ xogħol] bejn min jimpjega u l-ħaddiema. Huma jirrikonoxxu wkoll li l-kuntratti ta’ impjieg għal żmien fiss [determinat] jirrispondu, f’ċerti sitwazzjonijiet, għall-ħtiġiet ta’ kemm min jimpjega u l-ħaddiema.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-5865"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont it-tielet paragrafu tal-preambolu, il-Ftehim Qafas jistipula l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti minimi għal xogħol għal żmien determinat, billi jistabbilixxi, b’mod partikolari, qafas ġenerali intiż biex ikun żgurat trattament ugwali għall-ħaddiema għal żmien determinat waqt li jkunu protetti mid-diskriminazzjoni u għall-użu ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fuq bażi aċċettabbli għal min jimpjega u għall-ħaddiema</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-punt 7 tal-Kunsiderazzjonijiet Ġenerali tal-Ftehim Qafas jipprevedi:</TXT><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Billi l-użu ta’ kuntratti ta’ l-impjieg [tax-xogħol] għal terminu fiss [żmien determinat] ibbażati fuq raġunijiet oġġettivi huwa mod kif jiġi pprevenut l-abbuż;<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-klawżola 2 tal-Ftehim Qafas tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.P><TXT>Dan il-ftehim japplika għal ħaddiema għal terminu fiss [żmien determinat], li għandhom kuntratt ta’ impjieg [xogħol] jew relazzjoni ta’ impjieg kif definit fil-liġi, fil-ftehim kollettiv jew fil-prattika f’ kull Stat Membru.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Istati Membri wara konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali u/jew l-imsieħba soċjali jistgħu jipprovdu li dan il-ftehim ma japplikax għal:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>relazzjonijiet ta’ taħriġ professjonali u skemi ta’ apprendistat tal-bidu;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-5866"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>kuntratti u relazzjonijiet ta’ impjieg li kienu konklużi fil-qafas ta’ programm speċifiku pubbliku jew bl-appoġġ tal-pubbliku ta’ taħriġ, integrazzjoni u taħriġ professjonali mill-ġdid.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-klawżola 3 tal-istess Ftehim Qafas tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għall-iskop ta’ dan il-ftehim, il-kliem:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ħaddiem għal terminu fiss [żmien determinat]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> ifisser persuna li jkollha kuntratt jew relazzjoni ta’ l-impjieg [xogħol] dirett bejn min jimpiega u ħaddiem meta l-aħħar tal-kuntratt jew tar-relazzjoni ta’ l-impjieg hu ddeterminat b’kundizzjonijiet oġġettivi bħal li jilħaq data speċifika, ilesti xogħol speċifiku, jew it-twettiq ta’ każ speċifiku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ħaddiem kumparabbli permanenti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> ifisser ħaddiem b’kuntratt jew relazzjoni ta’ impjieg għal żmien indefinit, fl-istess stabbiliment, ingaġġat fl-istess xogħol jew xogħol/impjieg simili, wara li tingħata attenzjoni xierqa lill-kwalifiki/kapaċitajiet. Meta ma jkun hemm ebda ħaddiem kumparabbli permanenti fl-istess stabbiliment, il-paragun għandu jsir b’referenza għall-ftehim kollettiv applikabbli, jew meta ma jkun hemm ebda ftehim kollettiv applikabbli, skond il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettiv jew il-prattika.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-5867"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ipprevenut l-abbuż ikkawżat mill-użu ta’ kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ impjieg [xogħol] għal terminu fiss [żmien determinat], wara konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali skond il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettiv jew il-prattika, u/jew l-imsieħba soċjali, għandhom, meta ma hemm ebda miżuri ekwivalenti legali biex jipprevjenu l-abbuż, jintroduċu b’mod li jieħu kont tal-ħtiġiet tas-setturi u/jew kategoriji speċifiċi ta’ ħaddiema, waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ dawn il-kuntratti jew relazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>iż-żmien massimu totali ta’ kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ impjieg għal terminu fiss;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>in-numru ta’ tiġdid ta’ dawn il-kuntratti jew relazzjonijiet.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Istati Membri wara konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali u/jew l-imsieħba soċjali għandhom, meta approprjat, jiddeterminaw taħt liema kondizzjonijiet il-kuntratti jew ir-relazzjonijiet ta’ impjieg għal terminu fiss:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>suċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għandhom jitqiesu bħala kuntratti jew relazzjonijiet għal żmien indefinit [indeterminat].<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-5868"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-klawżola 8 tal-Ftehim Qafas tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.P><TXT>L-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet iktar favorevoli għal ħaddiema milli kif stabbilit f’dan il-ftehim.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim m’għandhiex tikkostitwixxi bażijiet validi għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema fil-qasam tal-ftehim.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta’ kwisjonijiet u lmenti ikkawżati mill-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim għandhom iseħħu skond il-liġi nazzjonali, il-ftehim kolletiv u l-prattika.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5869"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni abrogata</P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 230, li tirregola l-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat (legge n. 230, disciplina del contratto di lavoro a tempo determinato), tat-<DATE ISO="19620418">18 ta’ April 1962</DATE>, (GURI Nru 125, tas-<DATE ISO="19620517">17 ta’ Mejju 1962</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Liġi Nru 230/1962<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), kienet tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Il-kuntratt ta’ xogħol għandu jiġi kkunsidrat bħala kuntratt għal żmien indeterminat, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet imsemmija iktar ’l isfel.</P><P>Jista’ jiġi stabbilit perijodu għat-tul tal-kuntratt:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>meta r-reklutaġġ isir bil-għan li jiġu ssostitwiti ħaddiema assenti li jkollhom id-dritt iżommu l-pożizzjoni tagħhom, kemm-il darba fil-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat jissemmew isem il-ħaddiem issostitwit kif ukoll ir-raġuni għas-sostituzzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="I-5870"?><P>L-istipulazzjoni tat-terminu ma għandha ebda effett jekk din ma tkunx irreġistrata bil-miktub.</P><P>Min iħaddem għandu jagħti kopja tal-att bil-miktub lill-impjegat.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-kawża prinċipali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368, dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva 1999/70/KE dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-CES, mill-UNICE u mis-CEEP (decreto legislativo n. 368, attuazione della direttiva 1999/70/CE relativa all’accordo quadro sul lavoro a tempo determinato concluso dall’UNICE, dal CEEP e dal CES), tas-<DATE ISO="20010906">6 ta’ Settembru 2001</DATE> (GURI Nru 235, tad-<DATE ISO="20011009">9 ta’ Ottubru 2001</DATE>, p. 4, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Digriet Leġiżlattiv 368/2001<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), implementat permezz tal-Liġi Nru 422, dwar dispożizzjonijiet għall-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mis-sħubija tal-Italja għall-Komunitajiet Ewropej — Liġi Komunitarja 2000 (legge n. 422, disposizioni per l’adempimento di obblighi derivanti dall’appartenenza dell’Italia alle Comunità europee — legge comunitaria 2000), tad-<DATE ISO="20001229">29 ta’ Diċembru 2000</DATE> (Suppliment Normali għall-GURI Nru 16, tal-<DATE ISO="20010120">20 ta’ Jannar 2001</DATE>), abroga l-Liġi Nru 230/1962 mill-<DATE ISO="20011024">24 ta’ Ottubru 2001</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5871"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan id-digriet leġiżlattiv jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kuntratt ta’ xogħol ta’ ħaddiem jista’ jinkludi data li fiha jintemm il-kuntratt għal raġunijiet ta’ natura teknika, jew għal raġunijiet ta’ produzzjoni, ta’ organizzazzjoni jew ta’ sostituzzjoni ta’ ħaddiema.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-indikazzjoni ta’ data li fiha jintemm il-kuntratt ma għandha ebda effett jekk din ma tirriżultax direttament jew indirettament minn att bil-miktub li jispeċifika r-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li F. Sorge kienet ġiet irreklutata minn Poste Italiane permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat konkluż fid-<DATE ISO="20040929">29 ta’ Settembru 2004</DATE>. Skont il-kuntratt dan ir-reklutaġġ sar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>għal raġunijiet ta’ sostituzzjoni, marbuta mal-ħtieġa speċifika li jkun sostitwit il-persunal assenti tad-dipartiment tad-distribuzzjoni fiċ-ċentru postali tal-Puglia u tal-Basilicata, bejn l-<DATE ISO="20041001">1 ta’ Ottubru 2004</DATE> u l-<DATE ISO="20050115">15 ta’ Jannar 2005</DATE><QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080218">18 ta’ Frar 2008</DATE>, F. Sorge fetħet kawża kontra Poste Italiane, sabiex tiġi kkonstatata l-illegalità tal-klawżola li tistabbilixxi żmien determinat f’dan il-kuntratt, minħabba li l-isem tal-ħaddiem ssostitwit u r-raġuni għas-sostituzzjoni tiegħu ma kinux espressament indikati hemmhekk.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5872"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Poste Italiane tikkontesta l-obbligu li din l-informazzjoni tiġi indikata billi tinvoka l-fatt li l-Artikolu 1(2)(b) tal-Liġi 230/1962 kien ġie abrogat bl-Artikolu 11(1) tad-Digriet Leġiżlattiv 368/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa rregolat mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001, li huwa intiż għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 1999/70. Dan id-digriet abroga l-Liġi Nru 230/1962 kif ukoll l-emendi li kienu sarulha, inkluż l-Artikolu 1(2)(b) tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-każ tas-sostituzzjoni ta’ ħaddiem huwa minn issa ’il quddiem irregolat bl-Artikolu 1(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001, li jillimita ruħu jippermetti li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>l-kuntratt ta’ xogħol ikun konkluż għal żmien determinat għal raġunijiet […] ta’ sostizzjoni ta’ ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, mingħajr ma jeżiġi li fih jissemmew isem il-ħaddiem issostitwit u r-raġuni għas-sostituzzjoni tiegħu. Tali emenda tikkostitwixxi tnaqqis tal-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan iċ-ċirkustanzi t-Tribunale di Trani ddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1)</NO.P><TXT>Il-klawżola 8 tal-Ftehim Qafas li jinsab fid-Direttiva 1999/70/[…] għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi regoli domestiċi (bħal dawk stabbiliti mill-Artikoli 11 u 1 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001) li, b’implementazzjoni tad-Direttiva 1999/70/[…], abrogaw l-Artikolu 1(2)(b) tal-Liġi 230/1962, li kien jipprovdi li kien <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>permess li jiġi impost limitu temporali fuq it-tul tal-kuntratt meta r-reklutaġġ seħħ sabiex jissostitwixxi ħaddiema assenti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>żammew id-dritt għal<?PAGE NO="I-5873"?> post tagħhom, bil-kundizzjoni li fil-kuntratt għal perijodu [żmien] determinat<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ingħatat informazzjoni dwar l-isem tal-ħaddiem sostitwit u r-raġunijiet għas-sostituzzjoni tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>, u li ssostitwewh b’dispożizzjoni li ma tipprovdix iżjed l-obbligu li tingħata tali informazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, il-qorti nazzjonali hija marbuta li ma tapplikax il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur kontra d-dritt Komunitarju?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Poste Italiane tinvoka n-nuqqas ta’ rilevanza tad-domandi rrinvijati u, għaldaqstant, l-inammissibbiltà tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel domanda, Poste Italiane tqis li din kienet is-suġġett ta’ risposta fis-sentenza tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, Angelidaki <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-378/07+C-379/07+C-380/07" PAGE.ECR="I-3071" YEAR="2009">C-378/07 sa C-380/07, Ġabra p. I-3071</REF.DOC.ECR>). Minn din is-sentenza jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja tħalli f’idejn il-qorti nazzjonali biex tivverifika b’mod indipendenti l-konformità tad-dritt intern mal-prinċipji stipulati fil-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni domanda, u billi tibbaża ruħha fuq il-punti 208 sa 212 tas-sentenza Angelidaki <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar ’il fuq, Poste Italiane tikkunsidra li d-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001 f’ebda waħda mid-dispożizzjonijiet tiegħu ma ta lok għal evoluzzjoni sfavorevoli tar-regoli applikabbli għall-ħaddiema kkonċernati. Min-naħa tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja rrifjutat li tikkunsidra li l-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas jista’ jkollha effetti diretti. Minn dan jirriżulta li l-qorti nazzjonali ma tistax<?PAGE NO="I-5874"?> twarrab l-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali, anki jekk huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, iżda jista’ biss tagħtihom interpretazzjoni konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan id-dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 234 KE, hija l-qorti nazzjonali adita bil-kawża — li hija biss għandha għarfien dirett tal-fatti li wasslu għaliha u li għandha tieħu r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tingħata — li għandha, fir-rigward tal-karatteristiċi partikolari tal-kawża, tevalwa kemm-il ħtieġa għal deċiżjoni preliminari biex tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, meta dawn jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, fil-prinċipju, tagħti deċiżjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20051122">22 ta’ Novembru 2005</DATE>, Mangold, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-144/04" PAGE.ECR="I-9981" YEAR="2005">C-144/04, Ġabra p. I-9981</REF.DOC.ECR>, punti 34 u 35; tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/04" PAGE.ECR="I-6057" YEAR="2006">C-212/04, Ġabra p. I-6057</REF.DOC.ECR>, punt 41, kif ukoll id-digriet tat-<DATE ISO="20080612">12 ta’ Ġunju 2008</DATE>, Vassilakis <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C-364/07, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi kkonstatat li l-kwistjonijiet dwar jekk il-klawżola 8 tal-Ftehim Qafas tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001 u, fl-istess każ, liema konsegwenzi jistgħu jirriżultaw minn tali inkompatibblità, ma humiex relatati mas-suġġett tal-kawża prinċipali u jikkonċernaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonjiet, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi kkunsidrata bħala ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5875"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas għandhiex tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001, li, fil-mument tat-traspożizzjoni fid-dritt intern tad-Direttiva 1999/70 u tal-Ftehim Qafas, neħħa l-obbligu ta’ min iħaddem li jindika fil-kuntratt għal żmien determinat konkluż bil-għan li jiġu ssostitwiti ħaddiema assenti isem dawn il-ħaddiema u r-raġunijiet għas-sostituzzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont l-imsemmija qorti, id-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001 jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema għal żmien determinat skont il-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas, minħabba li l-ħaddiem ma jistax iktar jeżiġi, waqt il-firma tal-kuntratt, li tingħata ċerta informazzjoni li qabel kienet obligatorja u li kienet tippermettilu jevalwa minn qabel il-ġenwità u l-eżistenza effettiva tal-kawża tal-kuntratt, li jkollu informazzjoni kompluta u, fl-aħħar, li jiddeċiedi dwar il-possibbiltà li jressaq kawża quddiem qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Sabiex tingħata deċiżjoni dwar id-domanda preliminari, għandu, l-ewwel nett, jiġi eżaminat jekk il-konklużjoni tal-ewwel kuntratt għal żmien determinat taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Qafas u, it-tieni nett, jekk l-emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li saret mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001 maħsub biex jittrasponi d-Direttiva 1999/70 u l-Ftehim Qafas, tistax titqies, minn naħa, bħala marbuta mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>implimentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> ta’ dan il-ftehim u, min-naħa l-oħra, li tirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>livell ġenerali ta’ protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> mogħti lill-ħaddiema fis-sens tal-klawżola 8(3) tiegħu (ara s-sentenza Angelidaki <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar ’il fuq punt 130).</TXT></NP><?PAGE NO="I-5876"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Qafas</P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont il-kliem stess tal-klawżola 2 tal-Ftehim Qafas, dan japplika għal kull ħaddiem għal żmien determinat li jkollu kuntratt jew relazzjoni ta’ xogħol iddefinit mil-leġiżlazzjoni, mill-ftehim kollettivi jew mill-prattiċi fis-seħħ f’kull Stat Membru (sentenza Angelidaki <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq punt 114).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Taħt il-klawżola 3 ta’ dan il-ftehim qafas, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>ħaddiem għal terminu fiss [żmien determinat]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> ikopri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>persuna li jkollha kuntratt jew relazzjoni ta’ l-impjieg [xogħol] dirett bejn min jimpjiega u ħaddiem meta l-aħħar tal-kuntratt jew tar-relazzjoni ta’ l-impjieg hu ddeterminat b’kondizzjonijiet oġġettivi bħal li jilħaq data speċifika, ilesti xogħol speċifiku, jew it-twettiq ta’ każ speċifiku<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>(sentenza Angelidaki <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq punt 115).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar il-klawżola 8 tal-Ftehim Qafas tipprevedi li l-implimentazzjoni tiegħu mill-Istati Membri jew mill-imsieħba soċjali ma tistax tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>bażijiet validi għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fil-qasam li dan ikopri.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Konsegwentement, jirriżulta b’mod ċar kemm mill-għan imfittex mid-Direttiva 1999/70 u mill-Ftehim Qafas kif ukoll mill-kliem tad-dispożizzjonijiet rilevanti tiegħu li, kuntrarjament għal dak li essenzjalment isostni l-Gvern Taljan, il-qasam kopert minn dan il-ftehim ma huwiex limitat biss għall-ħaddiema li kkonkludew kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, iżda b’mod kuntrarju l-imsemmi ftehim japplika għall-ħaddiema kollha li jipprovdu servizzi bi ħlas fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg partikolari li jorbothom ma’ min iħaddimhom u dan, ikun xi jkun in-numru ta’ kuntratti għal żmien determinat konklużi minn dawn il-ħaddiema (sentenza Angelidaki <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq punt 116, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="I-5877"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, minn naħa li, fid-dawl tal-għanijiet tagħha, il-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas ma tistax tiġi interpretata b’mod restrittiv (sentenza Angelidaki <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq punt 113) u, min-naħa l-oħra li l-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fis-sens ta’ din il-klawżola 8(3), għandha sseħħ fir-rigward tad-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt intern ta’ Stat Membru dwar il-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema fil-qasam tal-kuntratti għal żmien determinat (sentenza Angelidaki <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq punt 120).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-imsemmija klawżola 8(3) għandha tiġi interpretata fis-sens li t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> previst minnha għandu jiġi evalwat fir-rigward tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni li kien applikabbli, fl-Istat Membru kkonċernat, kemm għall-ħaddiema li kkonkludew kuntratti għal żmien determinat suċċessivi, kif ukoll għall-ħaddiema li kkonkludew l-ewwel jew l-uniku kuntratt għal żmien determinat (sentenza Angelidaki <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq punt 121).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-interpretazzjoni tal-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas</P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Qabel kollox għandu jiġi ppreċiżat li peress li huma esklużivament il-qrati nazzjonali li għandhom jinterpretaw id-dritt nazzjonali, huma dawn li għandhom jistabbilixxu safejn l-emendi msemmija iktar ’il fuq, introdotti mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001 fir-rigward tad-dritt nazzjonali preċedenti, hekk kif jirriżulta mil-Liġi Nru 230/1962, wasslu għal tnaqqis tal-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema li kkonkludew kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat, billi jipparagunaw, għal dan il-għan, il-livell ta’ protezzjoni mogħti rispettivament minn kull waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5878"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk ikun il-każ, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha, billi tiddeċiedi fuq talba għal deċiżjoni preliminari, tagħti indikazzjonijiet lill-qorti tar-rinviju bil-għan li tgħinha fl-evalwazzjoni tagħha dwar jekk dan it-tnaqqis eventwali tal-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema li kkonkludew kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat jammontax għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis-sens tal-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas. Għal dan il-għan, għandu jiġi evalwat sa fejn l-emendi introdotti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali intiżi sabiex jittrasponu d-Direttiva 1999/70 u l-Ftehim Qafas jistgħu jitqiesu, minn naħa, bħala marbuta mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ta’ dan il-ftehim u, min-naħa l-oħra, li jirrigwardaw il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>livell ġenerali ta’ protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> mogħti lill-ħaddiema fis-sens tal-klawżola 8(3) tiegħu (sentenza Angelidaki <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq punt 130).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna, fl-ewwel lok, l-implementazzjoni tal-Ftehim Qafas, għandu jiġi kkonstatat li l-għan stess tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001 huwa li jittrasponi d-Direttiva 1999/70 u li din tal-aħħar kienet ġiet adottata b’eżekuzzjoni tal-Liġi Nru 422, tad-<DATE ISO="20001229">29 ta’ Diċembru 2000</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jistax jiġi eskluż li l-emendi introdotti mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001 fir-rigward tad-dritt intern preċedenti huma marbuta mal-implementazzjoni tal-Ftehim Qafas peress li, skont id-deċiżjoni tar-rinviju, il-ħaddiema għal żmien determinat kienu jibbenefikaw, fil-mument tal-adozzjoni tad-Direttiva 1999/70 u ta’ dan il-ftehim qafas, mill-miżuri ta’ protezzjoni previsti mil-Liġi Nru 230/1962 u dan irrispettivament mill-fatt li l-kontenut tal-Artikolu 1 ta’ dan id-digriet leġiżlattiv ma jikkonċernax dispożizzjoni speċifika tal-Ftehim Qafas.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Sabiex issir tali evalwazzjoni, il-qorti tar-rinviju għandha tivverifika jekk it-tneħħija tal-obbligu, għal min iħaddem, li jindika fil-kuntratt għal żmien determinat konkluż bil-għan li jiġu ssostitwiti ħaddiema assenti isem dawn il-ħaddiema u r-raġunijiet għas-sostituzzjoni tagħhom tikkostitwixxix emenda tas-sistema legali tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat li tirriżulta mir-rieda tal-leġiżlatur nazzjonali li joħloq ekwilibriju ġdid fir-relazzjonijiet bejn min iħaddem u l-ħaddiema f’dan il-qasam, fid-dawl tal-garanziji l-ġodda stabbiliti mill-Ftehim Qafas, jew li tirriżulta minn għan identifikat b’mod ċar u differenti. Il-qorti nazzjonali għandha b’mod partikolari<?PAGE NO="I-5879"?> teżamina l-kwistjoni dwar jekk it-tneħħija tar-rekwiżit previst mil-Liġi Nru 230/1962 tistax tiġi kkunsidrata bħala li tirriżulta mir-rieda li jiġu kkumpensati, bil-għan li jsiru iktar flessibbli l-obbligi li għandhom dawk li jħaddmu, ir-regoli ta’ protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema introdotti permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001 fid-dawl tal-implementazzjoni tal-Ftehim Qafas.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu jista’ diġà jiġi rrilevat li mid-deċiżjoni tar-rinviju ma jirriżultax li, billi introduċa l-emendi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-leġiżlatur nazzjonali ried jilħaq għan distint mill-implementazzjoni tal-Ftehim Qafas, fatt li madankollu għandu wkoll jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, f’dak li jirrigwarda l-kundizzjoni li abbażi tagħha dan it-tnaqqis għandu jirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>livell ġenerali ta’ protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> mogħti lill-ħaddiema għal żmien determinat, din timplika li biss tnaqqis ta’ daqs tali li jaffettwa globalment il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kuntratti għal żmien determinat jista’ jaqa’ taħt il-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas (sentenza Angelidaki <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq punt 140, kif ukoll id-digriet tal-<DATE ISO="20090424">24 ta’ April 2009</DATE>, Koukou, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-519/08" PAGE.ECR="I-65" YEAR="2009">C-519/08, Ġabra p. I-65</REF.DOC.ECR>, punt 119).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-emendi introdotti mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001 fir-rigward tad-dritt nazzjonali preċedenti ma jaffettwawx lill-ħaddiema kollha li kkonkludew kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat iżda biss lil dawk li kkonkludew tali kuntratt sabiex jissostitwixxu ħaddiem ieħor, peress li l-possibbiltà li jintużaw tali kuntratti hija waħda minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan id-digriet leġiżlattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Sa fejn dawn il-ħaddiema ma jirrappreżentawx parti sinjifikattiva tal-ħaddiema impjegati għal żmien determinat fl-Istat Membru kkonċernat, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, it-tnaqqis tal-protezzjoni li tibbenefika minnu tali<?PAGE NO="I-5880"?> kategorija limitata ta’ ħaddiema ma jistax, fih innfisu, jaffettwa globalment il-livell ta’ protezzjoni applikabbli fis-sistema legali interna għall-ħaddiema marbuta b’kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 1(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001, il-kuntratt għal żmien determinat għandu jkun bil-miktub u għandu jindika r-raġunijiet li għalihom intuża dan il-kuntratt. Fin-nuqqas ta’ dan, l-indikazzjoni tad-data tat-tmiem tal-kuntratt tkun bla effett. Il-Liġi Nru 230/1962 kienet tillimita ruħha tipprevedi li t-tul tal-kuntratt kellu jissemma bil-miktub, mingħajr ma hija indikata r-raġuni oġġettiva tal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, ħlief fil-każ ta’ sostituzzjoni ta’ ħaddiem.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-aħħar, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 54 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni għandha tkun evalwata fid-dawl tal-garanziji l-oħra kollha li din tipprevedi biex tiżgura l-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema impjegati b’kuntratt għal żmien determinat, bħall-miżuri li jipprevjenu l-użu abbużiv minn kuntratti għal żmien determinat suċċessivi u dawk li għandhom l-għan li jipprojbixxu d-diskriminazzjonijiet li jsiru kontra l-ħaddiema li kkonkludew tali kuntratti.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li emendi li saru minn leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jikkostitwux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema għal żmien determinat fis-sens tal-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas, sa fejn dawn jirrigwardaw kategorija limitata ta’ ħaddiema li kkonkludew kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat jew huma mpaċjija bl-adozzjoni ta’ garanziji jew ta’ miżuri oħrajn ta’ protezzjoni għall-ħaddiema li kkonkludew tali kuntratti, fatt li għandha tivverifikah il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5881"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li neħħiet l-obbligu li min iħaddem jispeċifika, fil-kuntratti għal żmien determinat li għandhom l-għan li jissostitwixxu ħaddiema assenti l-ismijiet ta’ dawn il-ħaddiema u r-raġunijiet għas-sostituzzjoni tagħhom, u li tipprevedi biss li tali kuntratti għal żmien determinat għandhom ikunu bil-miktub u għandhom jindikaw ir-raġunijiet li għalihom intużaw dawn il-kuntratti, sa fejn dawn il-kundizzjonijiet il-ġodda huma mpaċija bl-adozzjoni ta’ garanziji jew ta’ miżuri oħrajn ta’ protezzjoni jew sa fejn jaffettwaw biss kategorija limitata ta’ ħaddiema li kkonkludew kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat, fatt li għandha tivverifikah l-imsemmija qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk essenzjalment hijiex obbligata, skont id-dritt tal-Unjoni, tinjora l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001, fil-każ fejn din ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Qafas u, f’każ ta’ risposta affermettiva, jekk hija għandhiex tapplika l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 230/1962.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi mfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas ma tissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa biex tipproduċi effett dirett. Fil-fatt, minn naħa, din il-klawżola tirrigwarda biss l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> ta’ dan il-ftehim mill-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali, li għandhom l-obbligu jittrasponuh fis-sistema legali interna, billi tipprojbixxi lil dawn tal-aħħar milli jiġġustifikaw, matul din it-traspożizzjoni, tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema minn neċessità tal-implementazzjoni tal-imsemmi ftehim qafas. Minn naħa l-oħra, din il-klawżola, billi tillimita ruħha tipprojbixxi, skont il-kliem tagħha stess, it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema fil-qasam tal-[Ftehim Qafas]<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, timplika li huwa biss tnaqqis ta’ ċertu daqs li jista’<?PAGE NO="I-5882"?> jolqot globalment il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat li jista’ jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Issa, minn tali projbizzjoni, l-individwi ma jistgħu jiddeduċu l-ebda dritt li l-kontenut tiegħu jkun ċar, preċiż u ikkundizzjonat bizzejjed (sentenza Angelidaki <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq punti 209 sa 211, u d-digriet Koukou, iċċitat iktar ’il fuq, punt 128).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu, il-qrati nazzjonali huma obbligati jinterpretaw id-dritt intern, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tat-test u tal-għan tad-direttiva inkwistjoni sabiex jintlaħaq ir-riżultat previst minnha u, b’hekk, li jikkonformaw ruħhom mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE. Dan l-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi jirrigwarda d-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt nazzjonali, kemm preċedenti kif ukoll sussegwenti għall-Ftehim Qafas inkwistjoni (ara, b’analoġija, is-sentenzi Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 108, u tad-<DATE ISO="20100119">19 ta’ Jannar 2010</DATE>, Kücükdeveci, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-555/07" PAGE.ECR="I-365" YEAR="2010">C-555/07, Ġabra p. I-365</REF.DOC.ECR>, punt 48).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Żgur li l-obbligu għall-qorti nazzjonali li tirreferi għall-kontenut ta’ ftehim qafas meta tinterpreta u tapplika r-regoli rilevanti tad-dritt intern huwa limitat mill-prinċipji ġenerali tad-dritt, b’mod partikolari dawk ta’ ċertezza legali kif ukoll ta’ nuqqas ta’ retroattività, u dan l-obbligu ma jistax iservi ta’ bażi għal interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT> tad-dritt nazzjonali (ara, b’analoġija, is-sentenza Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 110).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi madankollu jirrikjedi li l-qrati nazzjonali jagħmlu dak kollu li huwa fil-ġurisdizzjoni tagħhom, billi jieħdu inkunsiderazzjoni d-dritt intern kollu u billi japplikaw metodi ta’ interpretazzjoni rikonoxxuti minnha, sabiex jiggarantixxu l-effettività sħiħa tal-ftehim qafas inkwistjoni u sabiex jaslu għal soluzzjoni konformi mal-għan imfittex minnu (ara, b’analoġija, is-sentenza Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 111).</TXT></NP><?PAGE NO="I-5883"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 68 tal-konklużjonijiet tiegħu, dan il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi ma jistax iwassal biex regoli tad-dritt nazzjonali li ma humiex formalment validi u rilevanti, kemm <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> kif ukoll <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, isiru applikabbli għall-kawża pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li, peress li l-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas ma għandhiex effett dirett, fil-każ fejn il-qorti tar-rinviju jkollha tikkonstata li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, hija ma għandhiex twarrab l-applikazzjoni tagħha, imma għandha tagħtiha sa fejn ikun possibbli, intepretazzjoni konformi mad-Direttiva 1999/70 u mal-għan finali li l-Ftehim Qafas irid jilħaq.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE>, u li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE>, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill-ETUC [CES], mill-UNICE u mis-CEEP għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tipprekludix<?PAGE NO="I-5884"?> leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li neħħiet l-obbligu li min iħaddem jispeċifika, fil-kuntratti għal żmien determinat li għandhom l-għan li jissostitwixxu ħaddiema assenti l-ismijiet ta’ dawn il-ħaddiema u r-raġunijiet għas-sostituzzjoni tagħhom, u li tipprevedi biss li tali kuntratti għal żmien determinat għandhom ikunu bil-miktub u għandhom jindikaw ir-raġunijiet li għalihom intużaw dawn il-kuntratti, sa fejn dawn il-kundizzjonijiet il-ġodda huma mpaċjija bl-adozzjoni ta’ garanziji jew ta’ miżuri oħrajn ta’ protezzjoni jew sa fejn jaffettwaw biss kategorija limitata ta’ ħaddiema li kkonkludew kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat, fatt li għandha tivverifikah l-imsemmija qorti tar-rinviju.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Peress li l-klawżola 8(3) ta’ dan il-ftehim qafas ma għandhiex effett dirett, fil-każ fejn il-qorti tar-rinviju jkollha tikkonstata li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, hija ma għandhiex twarrab l-applikazzjoni tagħha, imma għandha tagħtiha sa fejn ikun possibbli, intepretazzjoni konformi mad-Direttiva 1999/70 u mal-għan finali li dan il-ftehim qafas irid jilħaq.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>